52009PC0486

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-trattat tal-KE dwar l-emenda tal-parlament ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li temenda l-proposta tal-kummissjoni f'konformita mal-artikolu 250(2) tat-trattat KE /* KUMM/2009/0486 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 17.9.2009

KUMM(2009) 486 finali2006/0258 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emenda tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li temenda l-proposta tal-Kummissjoni f'konformita mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2006/0258 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KEdwar l-emenda tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardproposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna statistika dwar prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, li temenda l-proposta tal-Kummissjonif'konformita mal-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

1. Introduzzjoni

L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c) tat-Trattat tal-KE jipprovdi lill-Kummissjoni li tagħti opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tistipula l-opinjoni tagħha dwar l-emenda proposta mill-Parlament f'dan li ġej.

2. Kuntest

Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (id-dokument COM(2006) 778 finali – 2006/0258 (COD): | 11 ta' Diċembru 2006 |

Id-data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | 11 ta' Lulju 2007 |

Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, l-ewwel qari: | 12 ta' Marzu 2008 |

Id-data tal-adozzjoni, bl-unanimità, tal-pożizzjoni komuni (b'unanimità): | 20 ta' Novembru 2008 |

Id-data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew, it-tieni qari: | 24 ta' April 2009 |

3. L-għan tal-proposta

Ir-Regolament propost joћloq qafas legali u jistabbilixxi regoli armonizzati gћall-ġbir u t-tixrid ta’ statistiċi dwar il-bejgħ u l-użu ta’ prodotti gћall-ħarsien tal-pjanti. B'mod partikulari, jistabbilixxi regoli għal: frekwenza tal-ġbir tad-dejta (annwalment għall-bejgħ – kull ħames snin għall-użu); metodi tal-ġbir tad-dejta, bi flessibilità konsiderevoli mogħtija lill-Istati Membri; il-format u l-perjodiċità tal-obbligazzjonijiet ta' rappurtaġġ, li jistgħu jkunu speċifikati fid-dettall mill-Kummissjoni bl-użu tal-proċedura ta' komitoloġija. |

- Dan ir-Regolament li jikkonċerna statistiċi dwar prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti huwa parti minn pakkett leġiżlattiv li jinkludi l-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jitwaqqaf qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinstab użu sostenibbli tal-pestiċidi (COM(2006) 373 finali) u l-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti gћall-ћarsien tal-pjanti (COM(2006) 388 finali), li dwarha ntlaħaq ftehim bejn il-ko-leġiżlaturi f'Jannar 2009 (Kunsill AGRI).

4. L-opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi mill-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni tilqa’ l-emenda 41.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tilqa' l-istedina mwassla lill-Kunsill mill-Presidenti tal-gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew biex tikkonferma mill-ġdid il-kompromess kollu kif innegozjat matul it-tieni stadju ta' qari bejn rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill

5. KONKLUżJONI

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stipulat hawn fuq.