52009PC0422

Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE /* KUMM/2009/0422 finali - COD 2007/0249 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.7.2009

KUMM(2009) 422 finali

2007/0249 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni

JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI b’mod konformi ma’ l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE

2007/0249 (COD)

OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

skont l-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt (c), tat-Trattat tal-KE, dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill rigward il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni

1. SFOND

Proċedura

Il-Kummissjoni adottat il-proposta tagħha għal Regolament COM (2007) 699 – 2007/0249 (COD) fit-13 November 2007, u ppreżentatha fl-istess jum lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għall-adozzjoni permezz tal-proċedura tal-kodeċiżjoni kif stipulat fl-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ta l-Opinjoni tiegħu fl-29 ta' Mejju 2008. Il-Kumitat tar-Reġjuni adotta l-opinjoni tiegħu fit-19 ta’ Ġunju 2008.

Fil-5 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni adottat il-proposta emendata tagħha[1] skont l-Artikolu 250 tat-Trattat tal-KE, bl-inklużjoni, bis-sħiħ jew parzjalment, ta' ħafna mill-emendi vvotati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu fl-24 ta’ Settembru 2008.

Il-Kunsill, skont l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE, adotta l-pożizzjoni komuni tiegħu dwar il-proposta fis-16 ta' Frar 2009[2].

Il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tagħha dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fis-17 ta' Frar 2009[3].

Il-Parlament Ewropew adotta l-pożizzjoni tiegħu fit-tieni qari fis-6 ta' Mejju 2009.

2. GħAN TAL-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI

L-għan tal-proposta tal-Kummissjoni huwa li jiġi stabbilit korp espert indipendenti li għandu jagħti kontribut effikaċi biex titkompla t-tlestija tas-suq intern, billi jassisti lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettroniċi.

3. KUMMENTI TAL-KUMMISSJONI

3.1. Ġenerali

Fis-Sessjoni Plenarja tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009, il-Parlament Ewropew adotta għadd ta' emendi nnegozjati mal-Kunsill għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill, bil-ħsieb li tiġi żgurata l-adozzjoni fit-tieni qari. Dawn l-emendi jikkonċernaw essenzjalment l-elementi li ġejjin:

Ir-Regolament kif emendat mill-Parlament Ewropew jistabbilixxi struttura b'żewġ livelli: il-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjonjiet Elettroniċi (BEREC), magħmul minn Korp li jikkonsisti minn 27 regolatur nazzjonali, se jkollu poteri ta' konsulenza iżda l-ebda personalità ġuridika; l-Uffiċċju, li se jkollu rwol ta' sostenn u ser ikun il-korp Komunitarju b'personalità ġuridika, se jkun magħmul minn Kumitat tal-Ġestjoni (27 membru + membru ieħor li jirrappreżenta lill-Kummissjoni) u Maniġer Amministrattiv. Il-BEREC għandu jgħin lill-Kummissjoni u lir-regolaturi nazzjonali b'konsulenza esperta fil-firxa tar-responsabbiltajiet tagħhom skont il-qafas regolatorju tal-UE għall-komunikazzjonijiet elettronniċi. L-Uffiċċju għandu jipprovdi s-servizzi ta' sostenn professjonali u amministrattiv meħtieġa mill-BEREC sabiex iwettaq l-impenji tiegħu, u għandu jiġi ffinanzjat minn sussidju Komunitarju u kontributi finanzjarji mill-Istati Membri jew mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali abbażi volontarja, għall-finanzjament ta' elementi speċifiċi tal-ispiża operazzjonali.

Il-Kummissjoni taċċetta l-emendi tal-Parlament Ewropew billi tqis li huma konformi mal-għan globali u l-karatteristiċi ġenerali tal-proposta.

3.2. Proposti Emendati

Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-Proposta tagħha skont l-amendi vvotati mill-Parlament Ewropew fis-sessjoni plenarja tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009.

[1] COM(2008) 720 finali.

[2] ĠU C 75E, 31.3.2009, p. 67.

[3] COM(2009) 78 finali.