Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE pprovduti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra /* KUMM/2009/0414 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.8.2009 KUMM(2009) 414 finali Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE pprovduti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, ġie ffirmat fis-26 ta’ Novembru, u l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mill-Kosta tal-Avorju hija mistennija dalwaqt. L-Artikolu 73 tal-Ftehim jistabbilixxi Kumitat tal-FSE li għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim u mit-twettiq tal-kompiti kollha msemmija fih. Il-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina r-regoli li jmexxu l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu u, fid-dawl tal-ħtieġa biex jiġi żgurat il-bidu rapidu tal-implimentazzjoni tal-Ftehim, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE li għandha ssir qabel tmiem l-2009. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE pprovduti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 300(2), it-tieni subparagrafu tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra[1], Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra ġie ffirmat fis-26 ta’ Novembru 2008. (2) L-Artikolu 73 tal-Ftehim imsemmi jistabbilixxi Kumitat tal-FSE li għandu jkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim u mit-twettiq tal-kompiti kollha msemmija fih. (3) L-Artikolu 73 jipprovdi li l-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina r-regoli li jmexxu l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu. (4) Il-Komunità għandha tiddetermina l-pożizzjoni li se tittieħed fir-rigward tal-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura għall-Kumitat tal-FSE, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku Il-pożizzjoni tal-Komunità fid-dawl tal-adozzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE pprovduta mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, dwar ir-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-FSE anness għal din id-Deċiżjoni. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS DEĊIŻJONI Nru .../2009 TAL-KUMITAT TAL-FSE stabbilita mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra rigward l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE IL-KUMITAT TAL-FSE, Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (minn issa ’l quddiem imsejjaħ il-“Ftehim”), iffirmat f'Abidjan fis-26 ta’ Novembru 2008, u partikolarment l-Artikolu 73 tiegħu, Billi: Il-Ftehim jipprovdi li l-Kumitat tal-FSE għandu jiddetermina r-regoli li jmexxu l-organizzazzjoni u l-operat tiegħu. IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE huma stabbiliti kif imniżżel fl-Anness I. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi … . Magħmul fi, ANNESS I REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦALL-KUMITAT TAL-FSE stabbiliti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, min-naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra Artikolu 1 Kompożizzjoni u Presidenza 1. Il-Kumitat tal-FSE huwa magħmul mir-rappreżentant tal-membri tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tal-Kummissjoni Ewropea min-naħa, u mir-rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju fuq il-livell ministerjali jew dak ta’ uffiċjali għolja min-naħa l-oħra. 2. Ir-referenza għall-“Partijiet” fir-Regoli ta' Proċedura hija skont id-definizzjoni pprovduta fl-Artikolu 72 tal-Ftehim. 3. Il-Kumitat tal-FSE għandu jkollu presidenza alternata għal perjodi ta’ 12-il xahar minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u minn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju. L-ewwel perjodu tal-Presidenza għandu jibda fid-data tal-ewwel laqgħa tal-Kumitat tal-FSE tal-Ftehim u jintemm fil-31 ta' Diċembru tas-sena ta’ wara. Il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE l-ewwel għandha tkun f’idejn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju. 4. Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent (WAEMU) u tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati Afrikani tal-Punent (ECOWAS) jistgħu jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE. Il-Partijiet jistgħu jiddeċiedu li jistiednu osservaturi addizzjonali fuq bażi ad hoc. Artikolu 2 Laqgħat 1. Il-Kumitat tal-FSE għandu jiltaqa’ f’intervalli regolari, li ma jaqbżux perjodu ta’ sentejn, u jkollu laqgħat straordinarji kull meta ċ-ċirkostanzi jeħtieġu dan, jekk il-Partijiet jaqblu dwar dan. 2. Kull sezzjoni tal-Kumitat tal-FSE għandha ssir f’data u post li dwarhom ikun hemm qbil miż-żewġ Partijiet. 3. Il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE għandhom jissejħu mis-Segretarju/a tal-Kumitat tal-FSE. Artikolu 3 Delegazzjonijiet Qabel kull laqgħa, il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tiġi mgħarrfa bil-kompożizzjoni maħsuba tad-delegazzjonijiet tal-Kosta tal-Avorju u tal-Parti tal-KE. Artikolu 4 Segretarjat L-uffiċjali tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kosta tal-Avorju għandhom jaġixxu fuq bażi alternata għal perjodi ta' tnax-il xahar bħala Segretarju/a tal-Kumitat tal-FSE. Dawn il-perjodi għandhom jikkoinċidu mal-perjodu ta’ Presidenza tal-Kumitat tal-FSE mill-Parti tal-KE u l-Kosta tal-Avorju rispettivament. Artikolu 5 Dokumenti Meta d-deliberazzjonijiet tal-Kumitat tal-FSE jkunu bbażati fuq dokumenti ta’ appoġġ bil-miktub, it-tali dokumenti għandhom jiġu nnumerati u ċċirkolati bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE mis-Segretarju/a. Artikolu 6 Korrispondenza 1. Kull korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lis-Segretarju/a tal-Kumitat tal-FSE. 2. Is-Segretarju/a għandu/ha tiżgura/jiżgura li l-korrispondenza indirizzata lill-Kumitat tal-FSE tintbagħat lill-Presidenza tal-Kumitat u, fejn huwa xieraq, tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, lill-punti fokali tal-Partijiet ipprovduti fl-Artikolu 73 tal-Ftehim. 3. Il-korrispondenza mill-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE għandha tintbagħat lill-punti fokali tal-Partijiet mis-Segretarju/a u, fejn huwa xieraq, tiġi ċċirkolata bħala dokumenti msemmija fl-Artikolu 5 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. Artikolu 7 Aġenda għal-laqgħat 1. Għandha titfassal aġenda provviżorja għal kull laqgħa mis-Segretarju/a tal-Kumitat tal-FSE abbażi tal-proposti li jsiru mill-Partijiet. Din għandha tintbagħat mis-Segretarju/a tal-Kumitat tal-FSE lill-punti fokali tal-Partijiet mhux iktar tard minn ħmistax-il ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa. 2. L-aġenda provviżorja għandha tinkludi l-punti li dwarhom tkun saret talba għal inklużjoni fl-aġenda li għandha tasal għand is-Segretarju/a mhux iktar tard minn 21 ġurnata qabel il-bidu tal-laqgħa, għalkemm it-tali punti ma għandhomx jitniżżlu fl-aġenda provviżorja sakemm id-dokumenti ta’ appoġġ rilevanti jkunu waslu għand is-Segretarju/a mhux iktar tard mid-data li fiha tintbagħat l-aġenda provviżorja. 3. L-aġenda għandha tkun adottata mill-Kumitat tal-FSE fil-bidu ta' kull laqgħa. Punt differenti minn dawk li jidhru fl-aġenda provviżorja jista' jiddaħħal fl-aġenda jekk il-Partijiet jaqblu li jsir dan. 4. Il-Presidenza tal-Kumitat tal-FSE, bi ftehim mal-Partijiet, tista’ tistieden esperti biex jattendu l-laqgħat tagħha sabiex jipprovdu informazzjoni fuq suġġetti speċifiċi. 5. Bi ftehim mill-Partijiet, is-Segretarju/a jista’/tista’, iqassar/tqassar il-limiti ta' żmien speċifikati fil-paragrafu 1 sabiex iqis/tqis ir-rekwiżiti ta' każ partikolari. Artikolu 8 Minuti 1. Is-Segretarju/a għandu/ha jfassal/tfassal abbozz tal-minuti għal kull laqgħa kemm jista’ jkun malajr. 2. Il-minuti għandhom, bħala regola ġenerali, jagħtu fil-qosor kull punt fl-aġenda, u jispeċifikaw meta applikabbli: (a) id-dokumenti kollha sottomessi lill-Kumitat tal-FSE, (b) kwalunkwe dikjarazzjoni li membru tal-Kumitat tal-FSE jkun talab li tiddaħħal, (c) id-deċiżjonijiet meħuda, ir-rakkommandazzjonijiet magħmula, id-dikjarazzjonijiet miftiehma u l-konklużjonijiet adottati dwar punti speċifiċi. 3. Il-minuti għandhom jinkludu wkoll lista tal-parteċipanti tal-Kumitat tal-FSE u lista tal-membri tad-delegazzjonijiet li jkunu qed jakkumpanjawhom. 4. Il-minuti għandhom jiġu approvati bil-miktub miż-żewġ Partijiet fi żmien xahrejn mid-data tal-laqgħa. Meta jkunu approvati, is-Segretarju/a għandu/ha jiffirma/tiffirma żewġ kopji tal-minuti u kull Parti għandha tirċievi kopja oriġinali minn dawn id-dokumenti awtentiċi. Artikolu 9 Deċiżjonijiet 1. Il-Kumitat tal-FSE għandu jadotta d-deċiżjonijiet b’kunsens. 2. Il-Kumitat tal-FSE jista’ jiddeċiedi li jissottometti kwalunkwe kwistjoni ġenerali ta’ kull interess AKP-KE ġejja mill-Ftehim mal-Kunsill tal-Ministri AKP-KE kif definit fl-Artikolu 15 tal-Ftehim ta' Cotonou. 3. Fil-perjodu ta' bejn il-laqgħat, il-Kumitat tal-FSE jista' jadotta d-deċiżjonijiet bi proċedura bil-miktub jekk iż-żewġ Partijiet jaqblu li jsir dan. Proċedura bil-miktub għandha tikkonsisti minn skambju ta' noti bejn il-Partijiet. 4. Id-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-FSE għandhom ikollhom l-intestatura “Deċiżjoni” u jkunu segwiti bin-numru tas-serje, id-data tal-adozzjoni tagħhom u deskrizzjoni tas-suġġett tagħhom. Kull deċiżjoni għandha tipprovdi għad-data tad-dħul fis-seħħ tagħha. 5. Id-deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat tal-FSE għandhom jiġi awtentikati minn rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea f’isem il-Parti tal-KE u minn rappreżentant tal-Kosta tal-Avorju. 6. Id-Deċiżjonijiet għandhom jintbagħtu lill-Partijiet bħala dokumenti tal-Kumitat tal-FSE. Artikolu 10 Pubbliċità 1. Sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor, il-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE ma għandhomx ikunu pubbliċi. 2. Kull Parti tista' tiddeċiedi dwar il-pubblikazzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-FSE fil-pubblikazzjoni uffiċjali rispettiva tagħha. Artikolu 11 Lingwi 1. Il-lingwa proċedurali tal-Kumitat tal-FSE għandha tkun il-lingwa uffiċjali komuni għall-Partijiet. 2. Il-Kumitat tal-FSE għandu jibbaża d-deliberazzjonijiet tiegħu u jadotta d-deċiżjonijiet dwar id-dokumentazzjoni u l-proposti mħejjija fil-lingwa msemmija fil-paragrafu 1. Artikolu 12 Infiq 1. Kull Parti għandha tieħu ħsieb l-ispejjeż li ġġarrab bħala riżultat tal-parteċipazzjoni fil-laqgħat tal-Kumitat tal-FSE, kemm fir-rigward tal-impjegati, l-ivvjaġġar u n-nefqa tal-għajxien kif ukoll fir-rigward tan-nefqa tal-posta u tat-telekomunikazzjonijiet. 2. In-nefqa marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat u mar-riproduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. 3. In-nefqa marbuta mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni fil-laqgħat u mat-traduzzjoni tad-dokumenti għandha titħallas mill-Parti li tkun qed tospita l-laqgħa. In-nefqa assoċjata mal-forniment tas-servizzi tal-interpretazzjoni u t-traduzzjoni tad-dokumenti fil-lingwi u mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha titħallas mill-Parti tal-KE. DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT FUQ IL-BAĠIT ESKLUSSIVAMENT LIMITAT GĦAN-NAĦA TAD-DĦUL 1. ISEM IL-PROPOSTA: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar Pożizzjoni Komunitarja rigward ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat tal-FSE pprovduti mill-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika tranżizzjonali bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra. 2. LINJI TAL-BAĠIT: Il-Kapitolu u l-Artikolu: Riżorsi amministrattivi tal-Kummissjoni biex ikopru l-ispejjeż tal-interpretazzjoni u tal-post fejn isiru l-laqgħat. Ammont allokat għas-sena konċernata: Fil-każ ta’ ħtiġijiet mhux previsti, ir-riżorsi jistgħu jittieħdu mil-linji tal-baġit li ġejjin: 20.02.01 – Relazzjonijiet esterni tal-kummerċ, inkluż aċċess għas-swieq tal-pajjiżi mhux Komunitarji 20.01.02.11.00.02.40 – Laqgħat li jinkludu biss persunal mill-Kummissjoni (interni)/Konferenzi. 3. IMPATT FINANZJARJU X Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji ( Il-proposta ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul – l-effett huwa kif ġej: (€ miljun sa punt deċimali wieħed) Linja tal-baġit | Dħul[3] | perjodu ta' 12-il xahar, li jibda minn jj/xx/ssss | [Is-Sena n] | L-Artikolu ... | L-Artikolu ... | Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni | [n+1] | [n+2] | [n+3] | [n+4] | [n+5] | L-Artikolu ... | L-Artikolu ... | 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI 5. RIMARKI OĦRAJN [1] ĠU L 59, 3.3.2009, p. 3. [2] ĠU [3] Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (dazji fuq l-agrikoltura, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara t-tnaqqis ta’ 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir