52009PC0321

Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 /* KUMM/2009/0321 finali - CNS 2009/0084 */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.6.2009

KUMM(2009) 321 finali

2009/0084 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Il-kuntest tal-proposta

- Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

L-għan tal-proposta huwa li tiċċara żewġ aspetti ta’ interpretazzjoni fl-Artikoli 11 u 69(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009.

- Il-kuntest ġenerali

L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jistabbilixxi l-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja li jipprovdi għal aġġustament tal-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet jindikaw li jkun inqabeż il-limitu massimu għall-għajnuna diretta u għall-miżuri tas-suq, skont l-intestatura 2 tal-Anness I għall-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] [titlu mhux uffiċjali], b'marġni ta’ sigurtà ta’ EUR 300 000 000. Il-limitu skont l-intestatura 2 jkopri l-infiq għall-għajnuna diretta qabel kull trasferiment għall-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, l-infiq li għandu jitqabbel mal-limitu għall-aġġustament għandu jsir qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti lill-iżvilupp rurali. Tqabbil korrett bejn l-infiq u l-limitu għandu għalhekk jinkludi wkoll it-trasferiment possibbli lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, imsemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll l-ammonti li jirriżultaw mill-Artikolu 190a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 rigward it-trasferimenti finanzjarji lill-iżvilupp rurali fis-settur tal-inbid.

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jidderoga mill-Artikolu 69(4) tal-istess Regolament, f'dak li jirrigwarda l-użu tal-Artikoli 68 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tistabbilixxi perjodu ta’ tranżizzjoni għal adattament gradwali tal-appoġġ fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella. Għaldaqstant, din id-deroga għandha tkun limitata għal każijiet fejn l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ntuża prinċipalment bħala appoġġ għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella.

- Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003.

- Konsistenza mal-bqija tal-politiki u l-miri tal-Unjoni Ewropea

Ma japplikax.

2. Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati u l-valutazzjoni tal-impatt

- Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

- Ġbir u użu tal-għarfien espert

Ma kienx hemm bżonn ta’ konsultazzjoni ma’ partijiet interessati jew ta’ għarfien espert estern.

- Valutazzjoni tal-impatt

Ma japplikax.

3. L-elementi legali tal-proposta

- Sinteżi tal-azzjoni proposta

Għandha tiddaħħal korrezzjoni teknika fil-formola tal-kalkolu tal-Artikolu 11 (Dixxiplina finanzjarja) sabiex jitqiesu t-trasferimenti lill-Iżvilupp Rurali pprovduti bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. Dan l-aġġustament diġà ddaħħal fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005.

Barra minn hekk, huwa propost aġġustament tal-Artikolu 69(5) sabiex jinġieb konformi tal-punt 6.6 tal-Kompromess Finali tal-Presidenza dwar il-Proposti għall-Kontroll tas-Saħħa.

- Bażi legali

L-Artikolu 37(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.

- Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Għaldaqstant, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

- Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

- L-għażla tal-istrumenti

L-istrument li qed jiġi propost: Regolament tal-Kunsill.

Mezzi oħra ma jkunux tajbin minħabba r-raġuni li ġejja: Regolament irid jiġi emendat b’Regolament.

4. L-implikazzjoni għall-baġit

Din il-miżura ma tinvolvi l-ebda nefqa Komunitarja addizzjonali.

Għandha tiddaħħal korrezzjoni teknika fil-formola tal-kalkolu tal-Artikolu 11 (Dixxiplina finanzjarja) sabiex jitqiesu t-trasferimenti lill-Iżvilupp Rurali pprovduti bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. Dan l-aġġustament diġà ddaħħal fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005.

Barra minn hekk, huwa propost aġġustament tal-Artikolu 69(5) sabiex jinġieb konformi mal-punt 6.6 tal-Kompromess Finali tal-Presidenza dwar il-Proposti għall-Kontroll tas-Saħħa.

5. Tagħrif addizzjonali

- Simplifikazzjoni

Ma tapplikax.

2009/0084 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 37 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1) L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009[3] jistabbilixxi l-mekkaniżmu ta’ dixxiplina finanzjarja li jipprovdi għal aġġustament tal-pagamenti diretti meta l-previżjonijiet jindikaw li jkun inqabeż il-limitu massimu għall-għajnuna diretta u għall-miżuri tas-suq, skont l-intestatura 2 tal-Anness I għall-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina finanzjarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[4] [titlu mhux uffiċjali], b'marġni ta’ sigurtà ta’ EUR 300 000 000.

(2) Il-limitu skont l-intestatura 2 jkopri l-infiq għall-għajnuna diretta qabel kull trasferiment għall-iżvilupp rurali. Għaldaqstant, l-infiq li għandu jitqabbel mal-limitu għall-aġġustament għandu jsir qabel il-modulazzjoni u t-trasferimenti lill-iżvilupp rurali. Tqabbil korrett bejn l-infiq u l-limitu għandu għalhekk jinkludi wkoll it-trasferiment possibbli lill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, imsemmi fl-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, kif ukoll l-ammonti li jirriżultaw mill-Artikolu 190a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS)[5], f'dak li jirrigwarda t-trasferimenti finanzjarji lill-iżvilupp rurali fis-settur tal-inbid.

(3) L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 69(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 jidderoga mill-Artikolu 69(4) tal-istess Regolament, f'dak li jirrigwarda l-użu tal-Artikoli 68 u 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003. L-għan ta’ din id-deroga huwa li tistabbilixxi perjodu ta’ tranżizzjoni għal adattament gradwali tal-appoġġ fis-settur taċ-ċanga u tal-vitella. Għaldaqstant, din id-deroga għandha tkun limitata għal każijiet fejn l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 ntuża prinċipalment bħala appoġġ għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella.

(4) Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jiġi emendat kif ġej:

(1) Fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 jinbidel bit-test li ġej:

"1. Bil-ħsieb li jkun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tan-nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti tal-PAK preżentament taħt l-intestatura 2 tal-Anness I għall-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja soda* jirrispettaw il-limiti massimi annwali kif imniżżla fid-Deċiżjoni 2002/929/KE tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fil-Kunsill fit-18 ta' Novembru 2002, dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew li ltaqa' fi Brussell fl-24 u l-25 ta' Ottubru 2002**, aġġustament tal-pagamenti diretti għandu jkun determinat meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-miżuri msemmija aktar 'il fuq taħt l-intestatura 2 għal sena finanzjarja partikolari, biż-żieda tal-ammonti mogħtija fl-Artikolu 190a tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 kif ukoll bl-ammonti msemmija fl-Artikoli 134, 135 u 136 ta' dan ir-Regolament, qabel l-applikazzjoni tal-modulazzjoni pprovduta bl-Artikoli 7 u 10 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 378/2007, jindikaw li ser jinqabeż il-limitu massimu applikabbli msemmi aktar 'il fuq, b'kont meħud tal-marġni ta' EUR 300 000 000 taħt dak il-limitu.

* ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

** ĠU L 323, 28.11.2002, p. 48.”

(2) Fl-Artikolu 69(5), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b’dan li ġej:

"B'deroga mill-paragrafu 4, matul is-snin kalendarji 2010 sa 2013, f'dawk l-Istati Membri li taw appoġġ fir-rigward ta' baqar li jreddgħu skont l-Artikolu 69 tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003 filwaqt li ma applikawx l-għażla pprovduta fl-Artikolu 68(2)(a)(i) ta' dak ir-Regolament, u għal dak il-għan użaw 'il fuq minn 50 % tal-ammonti stabbiliti skont l-Artikolu 69 tal-istess Regolament għas-settur taċ-ċanga u tal-vitella, il-limitu stabbilit fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun stabbilit għal 6 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, fl-Istati Membri fejn aktar minn 60% tal-produzzjoni tal-ħalib issir fit-Tramuntana mit-62 parallel, dak il-limitu għandu jkun stabbilit għal 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 40 ta’ dan ir-Regolament."

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, […]

Għall-Kunsill

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA | AGRI/I.1-D/95345 (HA) 6.15.2009.1 |

DATA: 29/04/2009 |

1. | INTESTATURA TAL-BAĠIT: 05 03 Għajnuna diretta | APPROPRJAZZJONIJIET |

2. | TITOLU: Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għall-bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007, u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003. |

3. | BAŻI LEGALI: L-Artikolu 37 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea |

4. | GĦANIJIET: L-introduzzjoni ta’ aġġustamenti tekniċi fir-Regolament Nru 73/2009. |

5. | IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI | PERJODU TA' 12-IL XAHAR (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA ATTWALI 2008 (EUR miljuni) | SENA FINANZJARJA LI JMISS 2009 (EUR miljuni) |

5.0 | INFIQ - KOPERT MILL-BAĠIT TAL-KE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) - AWTORITAJIET NAZZJONALI - OĦRAJN | - | - | - |

5.1 | DĦUL - RIŻORSI PROPRJI TAL-KE (TAXXI/DAZJI DOGANALI) - NAZZJONALI | - | - | - |

2010 | 2011 | 2012 | 2013 |

5.0.1 | STIMA TAL-INFIQ | - | - | - | - |

5.1.1 | STIMA TAD-DĦUL | - | - | - | - |

5.2 | METODU TA’ KALKOLU: - |

6.0 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MILL-APPROPRIJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RILEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA-LE |

6.1 | IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENT BEJN IL-KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? | IVA-LE |

6.2 | SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? | IVA-LE |

6.3 | HUWA MEĦTIEĠ LI L-APPROPRIJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU F'BAĠITS FUTURI? | IVA-LE |

OSSERVAZZJONIJIET: Dan ir-Regolament ma jinvolvi l-ebda nefqa Komunitarja addizzjonali. Għandha tiddaħħal korrezzjoni teknika fil-formola tal-kalkolu tal-Artikolu 11 (Dixxiplina finanzjarja) sabiex jitqiesu t-trasferimenti lill-Iżvilupp Rurali pprovduti bl-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 479/2008 u l-Artikolu 136 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. Dan l-aġġustament diġà sar fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005. Barra minn hekk, huwa propost aġġustament tal-Artikolu 69(5) sabiex jinġieb konformi tal-punt 6.6 tal-Kompromess Finali tal-Presidenza dwar il-Proposti għall-Kontroll tas-Saħħa. |

[1] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2] ĠU C [...], [...], p. [...].

[3] ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[4] ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[5] ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.