52009PC0308

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE /* KUMM/2009/0308 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.6.2009

KUMM(2009) 308 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ mekkaniżmu ta’ flessibilità, fil-limitu annwali ta' EUR 1 biljun, minbarra l-intestaturi relevanti tal-qafas finanzjarju. Il-kundizzjonijiet tal-eliġibilità għall-Fond huma ppreżentati fid-dettall fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002[2].

Fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għal għajnuna mill-Fond minn Franza wara maltempata f’Jannar 2009, l-estimi totali tal-ħsara kkawżata huma kif ġej:

(EUR) |

Ħsara diretta | Limitu | Ammont ibbażat fuq 2,5 % | Ammont ibbażat fuq 6 % | Ammont totali ta’ għajnuna proposta |

Maltempata fi Franza (Klaus) | 3 805 470 000 | 3 398 60 000 | 84 965 025 | 24 412 140 | 109 377 165 |

Fid-dawl tal-eżami ta’ din l-applikazzjoni[3], u meta titqies l-għotja massima possibbli mill-Fond flimkien mal-ambitu għal allokazzjoni mill-ġdid tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li jirrikjedu nefqa addizzjonali, il-Kummissjoni tipproponi li jkun mobilizzat il-Fond tas-Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal ammont totali ta' EUR 109 377 165, li għandu jkun allokat taħt l-intestatura 3b tal-qafas finanzjarju.

Bil-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex jiġi mobilizzat il-Fond, il-Kummissjoni qiegħda tagħti bidu għall-proċedura ssimplifikata tat-trilogu, kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex jinkiseb il-ftehim taż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit dwar il-ħtieġa li jiġi użat il-Fond u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-Awtorità tal-Baġit li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta tal-mobilizzazzjoni, fil-livell politiku xieraq, biex tinforma lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħha.

Fil-każ li jkun hemm nuqqas ta' ftehim minn waħda mill-fergħat tal-Awtorità tal-Baġit, għandha tissejjaħ laqgħa ta' trilogu formali.

Il-Kummissjoni se tippreżenta Abbozz Preliminari ta’ Baġit ta’ Emenda (PDAB) sabiex jiddaħħlu fil-baġit tal-2009 approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji u għall-ħlasijiet kif mitlub mill-Punt 26 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[4], u b'mod partikulari l-punt 26 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea[5],

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni[6],

Billi:

(1) L-Unjoni Ewropea ħolqot il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") sabiex turi solidarjetà mal-popolazzjoni ta’ reġjuni milquta minn diżastri.

(2) Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond sal-limitu annwali ta’ EUR 1 biljun.

(3) Ir-Regolament (KE) Nru 2012/2002 fih id-dispożizzjonijiet li permezz tagħhom il-Fond jista’ jiġi mobilizzat.

(4) Franza ressqet applikazzjoni biex il-Fond jiġi mobilizzat, fir-rigward ta' diżastru naturali kkaġunat minn maltempata.

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta’ EUR 109 377 165 f’approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil- Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill

Il-President Il-President

[1] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[2] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3

[3] Komunikazzjoni lill-Kummissjoni SEC(2009)730 dwar l-applikazzjoni biex jiġi mobilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata minn Franza, wara għargħar.

[4] ĠU C 139, 14.06.2006, p. 1.

[5] ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

[6] ĠU C […], […], p. […]