Opinjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE /* KUMM/2009/0305 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussell, il-22.6.2009 KUMM(2009)305 finali 2007/0099/COD OPINJONI TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigward proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) LI JEMENDA L-PROPOSTA TAL-KUMMISSJONI skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE OPINJONI TAL-KUMMISSJONIskont l-Artikolu 251(2), , it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KEdwar l-emendi tal-Parlament Ewropewgħall-pożizzjoni komuni tal-Kunsill rigwardproposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq (tfassil mill-ġdid) 1. Daħla L-Artikolu 251(2), it-tielet subparagrafu, il-punt c) tat-Trattat tal-KE jistipula li l-Kummissjoni għandha tressaq opinjoni dwar l-emendi proposti mill-Parlament Ewropew fit-tieni qari. Il-Kummissjoni tressaq l-opinjoni tagħha dwar l-emendi proposti mill-Parlament f'dan li ġej. 2. Sfond tal-Fajl Data tat-trażmissjoni tal-proposta lill-PE u lill-Kunsill (dokument COM(2007)265 finali - 2007/0099 (COD): | it-23 ta' Mejju 2007. | Data tal-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: | it-12 ta' Marzu 2008. | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew fl-ewwel qari: | il-21 ta' Mejju 2008. | Id-data tat-trażmissjoni tal-proposta emendata: | it-13 ta' Ġunju 2008. | Id-data tal-adozzjoni tal-pożizzjoni komuni: | id-9 ta' Jannar 2009. | Data tal-opinjoni tal-Parlament Ewropew fit-tieni qari | it-23 ta' April 2009. | 3. Għan tal-proposta Il-proposta adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Mejju 2007 tistabbilixxi regoli komuni dwar l-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport tal-merkanzija bit-triq. Din il-proposta tissostitwixxi żewġ regolamenti dwar l-aċċess għas-suq ta' trasportaturi ta' merkanzija bit-triq u direttiva tal-Kunsill li teżenta ċerti trasporti mill-awtorizzazzjoni. L-għan tagħha fost oħrajn hu li ttejjeb l-infurzar tal-kabotaġġ bit-triq billi tiċċara d-definizzjoni tiegħu. 4. Opinjoni tal-Kummissjoni dwar l-emendi tal-Parlament Ewropew Wara bosta xhur ta' negozjati taħt il-presidenza Ċeka, il-Parlament u l-Kunsill qablu fuq kompromess fit-tieni qari, b'mod partikulari li jirrigwarda d-definizzjoni tal-kabotaġġ. Il-Kummissjoni tista' taċċetta l-emendi tal-kompromess adottati mill-Parlament Ewropew fi tmiem it-tieni qari sabiex tikkonferma dan il-ftehim. 5. Konklużjoni Skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat tal-KE, il-Kummissjoni temenda l-proposta tagħha kif stabbilit hawn fuq.