52009PC0287

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ /* KUMM/2009/0287 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.6.2009

KUMM(2009) 287 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ

MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI

1. Il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, ġie ffirmat fl-10 ta' Novembru 1999. Xi snin ilu, il-Kummissjoni bagħtet proposta lill-Kunsill fejn talbet għall-konklużjoni tal-Ftehim. Madankollu, minħabba tħassib rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill iddeċieda li jitlob ukoll l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (PE).

2. Il-PE approva l-Ftehim biss f'April ta' din is-sena. Mill-1999, madankollu, kien hemm żewġ sensiliet ta' tkabbir u bosta lingwi ġew rikonoxxuti bħala lingwi uffiċjali tal-UE. B'riżultat ta' dan, kien meħtieġ li l-proposta oriġinali tal-Kummissjoni tiġi aġġornata sabiex tikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Komunità. Huwa previst skambju ta' ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda il-Ftehim fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi, li fih it-Turkmenistan tesprimi li taċċetta l-verżjonijiet lingwistiċi.

3. Il-Kummissjoni għalhekk tipproponi li l-Kunsill jikkonkludi l-Ftehim Temporanju f'isem il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 133 flimkien mal-Artiklu 300(2), l-ewwel sentenza tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1]

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2]

Billi:

(1) Sakemm jidħol fis-seħħ il-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fil-25 ta' Mejju 1998, huwa meħtieġ li jkun approvat f'isem il-Komunità Ewropea, il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fl-10 ta' Novembru 1999.

(2) L-Artikolu 31 ta' dan il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ għandu jiġi emendat biex jikkunsidra l-lingwi uffiċjali l-ġodda tal-Komunità mill-iffirmar ta' dan il-ftehim, permezz tal-konklużjoni tal-[Iskambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi].

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, flimkien mal-Annessi tiegħu, il-Protokoll u d-dikjarazzjonijiet, u l-[Iskambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi], li jemenda l-Arikolu 31 ta' dan il-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ huma hawnhekk approvati f'isem il-Komunità Ewropea.

Dawn it-testi huma mehmuża ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuni mogħtija s-setgħa li jiffirmaw l-Iskambju ta' Ittri f'isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 3

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika li hemm provduta fl-Artikolu 32 tal-Ftehim Temporanju f'isem il-Komunità Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS

Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u t-Turkmenistan li jemenda l-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, fir-rigward tal-verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi

A. Ittra mill-Komunità Ewropea

Sinjur,

Il-Ftehim Temporanju bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ, ġie ffirmat fl-10 ta' Novembru 1999.

L-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jaħtar il-verżjonijiet tal-lingwa Daniża, Olandiża, Ingliża, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Taljana, Portugiża, Spanjola, Żvediża u Turkmana bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi ta' dan il-ftehim.

Wara ż-żieda fin-numru ta' lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Komunità Ewropea, b'mod partikolari wara l-adeżjoni ta' 12-il Stat Membru mal-Unjoni Ewropea mill-iffirmar tal-Ftehim Temporanju, huwa meħtieġ li l-verżjonijiet tal-lingwa Bulgara, Ċeka, Estonjana, Ungeriża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Pollakka, Rumena, Slovakka u Slovena tal-Ftehim Temporanju msemmija bħala verżjonijiet awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u li l-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju jiġi emendat skont dan.

Mehmuża ma' din l-ittra ssib dawn il-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali.

Napprezza jekk tkun tista' tesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċ awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-ftehim tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artiklu 31 tal-Ftehim Temporanju.

Dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.

Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Għall-Komunità Ewropea

B. Ittra mit-Turkmenistan

Sinjur,

Għandi l-unur ngħarrfek li rċevejt l-ittra tiegħek [datata …] u l-verżjonijiet lingwistiċi annessi tal-Ftehim Temporanju dwar kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, fuq naħa waħda, u t-Turkmenistan, fuq in-naħa l-oħra, li tgħid dan li ġej:

“[kopja tat-test tal-ittra tal-Komunità]”

Għandi l-unur li nesprimi l-aċċettazzjoni tat-Turkmenistan tal-verżjonijiet lingwistiċi addizzjonali bħala verżjonijiet lingwistiċi awtentiċi tal-Ftehim Temporanju u l-ftehim tat-Turkmenistan mal-emenda korrispondenti tal-Artikolu 31 tal-Ftehim Temporanju.

Kif stabbilit fl-ittra tiegħek, dan l-istrument se jidħol fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tiegħu.

Jekk jogħġbok aċċetta l-assigurazzjoni tal-ogħla stima tiegħi.

Għat-Turkmenistan

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU C , , p. .