52009PC0202

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd /* KUMM/2009/0202 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 29.4.2009

KUMM(2009) 202 finali

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1. Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

Il-Kummissjoni, megħjuna mill-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji, analizzat it-talbiet kollha għal sospensjoni temporanja tad-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni li ġew ppreżentati mill-Istati Membri. Il-proposta mehmuża tikkonċerna ċerti prodotti industrijali u agrikoli. Talbiet ta' sospensjoni relatati ma' dawn il-prodotti ġew eżaminati fid-dawl tal-kriterji stabbiliti fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tikkonċerna s-sospensjonijiet u l-kwoti tariffarji awtonomi (ara ĠU C 128, 25.4.1998, p. 2). Wara li saret din l-analiżi, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-sospensjoni tad-dazji hija ġustifikata għal prodotti elenkati fl-Anness I tal-proposta mehmuża għal Regolament. Tneħħew dawk il-prodotti li s-sospensjoni tagħhom ma għadhiex fl-interessi ekonomiċi tal-Komunità. L-annessi għal dan ir-Regolament jelenkaw il-prodotti li għalihom ġiet proposta sospensjoni, jew li għalihom kellha tinbidel il-kitba, u l-prodotti li tneħħew mill-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1255/96. Il-perjodu ta' validità tal-miżura huwa mill-1 ta' Lulju 2009 sal-31 ta' Diċembru 2013, sabiex ikunu jistgħu jsiru eżaminazzjonijiet ekonomiċi tas-sospensjonijiet individwali f'dan il-perjodu. Is-sospensjonijiet, li l-kanċellazzjoni jew il-kontinwazzjoni tagħhom titiqies bħala meħtieġa milll-Kummissjoni u tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji għandhom jiġu estiżi jew imħassra wara din id-data.

1.2. Il-kuntest ġenerali

Huwa fl-interess tal-Komunità li tissospendi għal kollox id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fir-rigward ta' numru ta' prodotti ġodda li mhumiex elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-Tariffi Doganali Komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd.

1.3. Id-dispożizzjonijiet li qegħdin fis-seħħ fil-qasam kopert mill-proposta

ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1/2009 (ĠU L 1, 5.1.2009, p. 1).

1.4. Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

Il-proposta hija konformi mal-politiki tal-agrikoltura, tal-kummerċ, tal-impriżi, għall-iżvilupp u tar-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta mhijiex se tkun ta' żvantaġġ għal pajjiżi li qegħdin jibbenifikaw minn ftehim ta' kummerċ preferenzjali mal-UE (per eżempju r-reġimi GSP, ACP, il-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li huma kandidati u dawk li għandhom il-potenzjal li jsiru kandidati).

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U EVALWAZZJONI TAL-IMPATT

2.1. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-metodi ta’ konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu

Il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji li jirrappreżenta l-industriji ta' kull Stat Membru ġie kkosultat.

Sommarju tat-tweġibiet u kif tqiesu

Is-sospensjoniet elenkati kollha jirriflettu xkien ġie miftiehem matul id-diskussjonijiet fi ħdan il-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji.

2.2. Ġabra u użu tal-kompetenza

L-oqsma xjentifiċi jew l-oqsma ta' kompetenza kkonċernati

Esperti li jirrappreżentaw l-Istati Membri fil-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet Tariffarji

Il-Metodoloġija li ntużat

Konsultazzjoni miftuħa.

Organizzazzjonijiet/esperti prinċipali li ġew ikkonsultati

Esperti li ġew maħtura minn kull Stat Membru.

Sommarju tal-konsultazzjoni li ngħatat u li ntużat

L-eżistenza ta' riskji potenzjalment serji b'konsegwenzi irriversibbli ma ssemmitx

Metodi li ntużaw biex ir-riżultati ta' dawn l-opinijonijiet tal-esperti jsiru disponibbli

Il-pubblikazzjoni tal-proposta

2.3. L-evalwazzjoni tal-impatt

Permezz ta' eżenzjoni lill-industrija Komunitarja minn dazju li jammonta għal 11 300 000 €, tnaqqsu l-ispejjeż ta' produzzjoni marbutin mal-prodotti lesti. Dan isaħħaħ il-pożizzjoni ta' prodotti fis-suq magħmulin fl-UE kontra prodotti kompetittivi importati minn pajjiżi terzi. Hija konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li jikkonċernaw is-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi. L-emenda proposta hija strument biex tikkonserva u tipprovdi impjieg ġdid fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Il-proposta inkluża fil-Programm tal-Kummissjoni 2009 dwar ix-Xogħol u l-Leġiżlazzjoni.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1. Sommarju tal-azzjoni proposta

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd.

3.2. Il-bażi legali

L-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE

3.3. Il-prinċipju ta' sussidjarjetà

Il-prinċipju ta' sussidjarjetà ma japplikax, peress illi l-proposta taqa' taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità.

3.4. Il-prinċipju ta' proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin:

Dan is-sett ta' miżuri huwa konformi mal-prinċipji li ġew stabbiliti biex jissimplifikaw il-proċeduri għall-operaturi attivi fil-kummerċ barrani u huma konformi mal-Kommunikazzjoni tal-Kummissjoni li tikkonċerna sospensjonijiet u kwoti ta' tariffi awtonomi.

3.5. L-għażla tal-istrumenti

Strumenti proposti: Regolament

Strumenti oħra mhumiex adattati għar-raġunijiet li ġejjin:

Bis-saħħa tal-Artikolu 26 tat-Trattat tal-KE sospensjonijiet u kwoti tat-tariffi awtonomi huma approvati mill-Kunsill li qiegħed jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq il-bażi ta' proposta min-naħa tal-Kummissjoni.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET GħALL-BAġIT

Dazji doganali li ma nġabrux li jammontaw għal 11 300 000 € fis-sena.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

5.1. Simplifikazzjoni

Fl-Anness I għar-regolament propost se tiġi ppubblikata lista differenzjali ta' sospensjonijiet ta' dazju. Fl-Anness II se jiġi elenkat dak li tħassar.

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 26 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni[1],

Billi:

(1) Hija fl-interess tal-Komunità li tissospendi totalment id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq numru ta' prodotti ġodda li ma ġewx elenkati fl-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/96[2]

(2) Il-kodiċijiet NM u TARIC 0304 29 61 10, 0304 99 99 31, 3902 90 90 97, 3903 90 90 85, 7410 21 00 70, 7606 12 91 20 u 7606 12 93 20 għal ħames prodotti li huma attwalment elenkati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandhom jitħassru peress illi ma għadux fl-interess tal-Komunità li tmantni sospensjoni fuq id-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni għal dawn il-prodotti.

(3) Jinħtieġ li tiġi emendata d-deskrizzjoni ta' tlieta u għoxrin sospensjoni elenkati fil-lista sabiex ikunu kkunsidrati l-iżviluppi tekniċi tal-prodott u t-tendenzi ekonomiċi fis-suq. Dawn is-sospensjonijiet għandhom jitħassru mill-lista fl-Anness tar-Regolamnet (KE) Nru 1255/96. Bid-deskrizzjoni ġdida li se tingħatalhom, għandhom ikunu kkunsidrati bħala sospensjonijiet ġodda u għalhekk għandhom jiġu inseriti bħala tali f'dak l-Anness. Minħabba raġunijiet ta' ċarezza s-sospensjonijiet li ġew emendati għandhom ikunu mmarkata b'asterisk fl-ewwel kolonna tal-Anness I u tal-Anness II ta' dan ir-Regolament. Fir-rigward ta' prodotti bil-kodiċi NM u TARIC 9001 90 00 60, id-deskrizzjoni għandha tkun emendata b'effett mill-1 ta' Jannar 2009.

(4) L-esperjenza turi l-ħtieġa ta' data ta' skadenza fir-rigward tas-sospensjonijiet elenkati fir-Regolament (KE) Nru 1255/96 biex jiġi żgurat li tibdiliet teknoloġiċi u ekonomiċi jkunu ġew ikkunsidrati. Dan m'għandux jeskludi t-terminazzjoni qabel il-waqt ta' ċertu miżuri jew il-kontinwazzjoni tagħhom lil hinn minn dak il-perjodu, jekk tressqu raġunijiet ekonomiċi, b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1998 li tikkonċerna s-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi.[3]

(5) Ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 għandu għalhekk jiġi emendat kif inhu xieraq.

(6) Peress illi s-sospensjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament għandhom ikollhom effett mill-1 ta' Lulju 2009, dan ir-Regolament għandu japplika mill-istess data u jidħol fis-seħħ immedjatament,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1255/96 huwa emendat kif ġej:

1. ir-ringieri għall-prodotti elenkati fl-Anness I tar-Regolament ġew inseriti;

2. Tħassru r-ringieri għall-prodotti li għalihom il-kodiċijiet NM u TARIC ġew stabbiliti fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 2

B'effett mill-1 ta' Jannar 2009, fl-Anness tar-regolament (KE) Nru 1255/96 d-deskrizzjoni għall-prodotti bil-kodiċi TARIC 9001 90 00 60 ġiet emendata kif stabbilit fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

L-Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fi L-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunità Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2009.

Madanakollu, l-Artikolu 2 għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2009. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

Prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(1)

Kodiċi NM | TARIC | Deskrizzjoni | Rata ta' dazju awtonomu | Perjodu ta' validità |

*ex 1511 90 19 *ex 1511 90 91 *ex 1513 11 10 *ex 1513 19 30 *ex 1513 21 10 *ex 1513 29 30 | 10 10 10 10 10 10 | Żejt tal-palm, żejt tal-ġewż tal-Indi (kopra), żejt tal-qalba tal-ġewż tal-palm, għall-manifattura ta’: — aċti xaħmin monokarbosiliċi industrijali li jaqgħu taħt is-sottointestatura 3823 19 10, — esteri tal-metil tal-aċti xaħmin li jaqgħu taħt l-intestatura 2915 jew 2916 — aċtu steariku li jaqa' taħt l-intestatura 3823 11 00 jew — prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura Nru 3401 (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 1518 00 99 | 10 | Żejt tal-jojoba, idroġenizzat u mnisseġ | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2804 50 90 | 10 | Tellirju ta' purità bil-piż ta' 99.99 % jew iżjed, iżda li ma jaqbiżx 99.999 % | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2827 39 85 | 30 | Diklorodju tal-magniżju | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2903 39 90 | 75 | Trans-1,3,3,3-tetrafluoroprop-1-ene | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2903 69 90 | 50 | Floworur tal-benzene | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2903 69 90 | 60 | α-Chloro(ethyl)toluenes | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2904 90 40 | 10 | Trichloronitromethane, għall-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt l-instestatura 3808 92 (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2909 19 90 | 60 | 1-Methoxyheptafluoropropane | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2921 19 85 | 60 | Żirkonju Tetrakis(ethylmethylamino) (IV) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 2921 51 19 | 20 | Toluene diamine (TDA), li fih bil-piż 4-methyl-m-phenylenediamine b'perċentwali ta' 78% jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 82% u 2-methyl-m-phenylenediamine b'perċentwali ta' 18% iżda li ma jaqbiżx 22%, u b'kontenut ta' qatran reżidwali li ma jaqbiżx 0.23 % bil-piż. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2922 29 00 | 46 | Aċtu sulfoniku-p-Anisidine-3 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2926 90 95 | 35 | 2-Bromo-2(bromomethyl)pentanedinitrile | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2928 00 90 | 70 | Butanone oxime | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2931 00 95 | 20 | Magniżju Methylcyclopentadienyl tricarbonyl b'kontenut bil-piż ta' magniżju cyclopentadienyl tricarbonyl b'perċentwali li ma jaqbiżx 4.9%. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2932 13 00 | 10 | Tetrahydrofurfuryl alcohol | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2932 19 00 | 40 | Furan li għandu purità bil-piż ta' 99% jew aktar | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2932 19 00 | 41 | 2,2 di(tetrahydrofuryl)propane | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2932 99 00 | 35 | 1,2,3-trideoxy-4,6:5,7-bis-O-[(4-propylphenyl)methylene]-nonitol | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2933 49 10 | 20 | aċtu 3-Hydroxy-2-methylquinoline-4-carboxylic | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2933 79 00 | 50 | 6-Bromo-3-methyl-3H-dibenz(f,ij)isoquinoline-2,7-dione | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 2934 99 90 | 66 | Diossidu-1,tetrahydrothiophene-1 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3207 40 80 | 20 | Qxur tal-ħġieġ miksija bil-fidda, b'dijametru medju ta' 40 (± 10) µm | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3208 20 10 | 20 | Kisja ta' immersjoni f'forma likwida b'kontenut bil-piż ta' acrylate-methacrylate-alkenesulphonate-copolymers b'perċentwali ta' 2% jew aktar iżda li ma jaqbiżx 15% b'katini fil-ġenb flowurunati, fl-likwidu magħmul minn n-butanol u/jew 4-methyl-2-pentanolu/jew diisoamylether. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3208 90 19 | 50 | Likwidu b'kontenut bil-piż ta': — (65 ± 10) % γ-butyrolactone, — (30 ± 10) % reżina polyamide, — (3,5 ± 1,5) % derattiv ta' naphthoquinone ester u — (1,5 ± 0,5) % aċtu arilsilkiku | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3215 90 80 | 30 | Inka, b'kontenut bil-piż ta' diossidu amorphous silicon b'perċentwali ta' 5% jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 10%, imferra' f'skartoċċi li jintużaw u jintremew, għall-użu fil-kummerċjalizzazzjoni ta' ċirkuwiti integrati (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3808 91 90 | 30 | Preparazzjoni b'kontenut ta' endospori jew spori u kristalli tal-proteini ġejjin minn: —Bacillus thuringiensis Berliner subsp. aizawai u kurstaki jew, —Bacillus thuringiensis subsp. kurstaki jew, —Bacillus thuringiensis subsp. israelensis | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3808 91 90 | 50 | Virus polyhedroisis nukleari Spodoptera exigua (SeNPV) f'sospensjoni akwea tal-gliċerina. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3811 19 00 | 10 | Likwidu b'kontenut bil-piż ta' magniżju methylcyclopentadienyl tricarbonyl b'perċentwali ta' iżjed minn 61% iżda li ma jaqbiżx 63% f'solvent aromatiku idrokarbonju, li fih bil-piż mhux aktar minn: — 4.9 % 1,2,4-trimethyl-benzene, — 4.9 % naphthalene, u — 0.5 % 1,2,4-trimethyl-benzene, | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3811 90 00 | 10 | Aċtu tal-melħ Dinonylnaphthylsulfoniku, fl-likwidu taż-żejt minerali | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3815 90 90 | 77 | Trab katalist f'sospensjoni akwea b'kontenut bil-piż ta': — palladium b'perċentwali ta' 1 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 3%, — ċomb b'perċentwali ta' 0.25 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 3%, — ċomb idrossidu b'perċentwali ta' 0.25 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 0.5 %, — aluminju b'perċentwali ta' 5.5 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 10 %, — magniżju b'perċentwali ta' 4% jew aktar iżda li ma jaqbiżx 10 %, — diossidu tas-silikonju b'perċentwali ta' 30 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 50 % | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3817 00 50 | 10 | Taħlita ta' alkylbenzenes (C14-26) b'kontenut bil-piż ta': — benzeni eicosyl b'perċentwali ta' 35 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 60 %, — docosylbenzene b'perċentwali ta' 25 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 50 %, — tetracosylbenzene b'perċentwali ta' 5 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 25 %, | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3817 00 80 | 20 | Taħlita ta' benzeni alkyl bil-fergħat li fiha prinċiplament benzeni dodecyl | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3824 90 97 | 15 | Fosfat tal-alumina silika strutturata | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3824 90 97 | 16 | Taħlita ta' phenylsulphone bis{4-(3-(3-phenoxycarbonylamino)tolyl)ureido, diphenyltoluene-2,4-dicarbamate u 1-[4-(4-aminobenzenesulphonyl)-phenyl]-3-(3-phenoxycarbonylamino-tolyl)-urea | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3824 90 97 | 17 | Taħlita ta' aċetati ta' 3-butylene-1,2-diol b'kontenut bil-piż ta' 65% jew iżjed iżda mhux aktar minn 90% | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3902 20 00 | 10 | Polyisobutylene, ta’ piż molekolari medju (Mn) ta' 700 jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 800 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3902 20 00 | 20 | Polyisobutene idroġenizzat, fi forma likwida | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3902 90 90 | 55 | Elastomeru termoplastiku, b'struttura ta' kopolimeru f'blokka A-B-A tal-polystyrene, polyisobutylene u polystyrene b'kontenut bil-piż ta' polystyrene b'perċentwali ta' 10% jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 35% | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3903 90 90 *ex 3911 90 99 | 40 50 | Kopolimeru ta' styrene b' α-methylstyrene u aċidu akriliku, b'piż molekulari (Mn) ta' 500 jew aktar iżda mhux aktar minn 6 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3904 69 90 | 81 | Trab Poly(vinylidene fluoride) jew f'sospensjoni akwea | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3905 99 90 | 96 | Polimeru ta' vinyl formali, f'waħda mill-forom imsemmija f'nota 6(b) ta' Kapitolu 39, b'piż molekulari ta' (Mw) 25 000 iżda mhux aktar minn 150 000 u li fih bil-piż: — gruppi acetyl valutati bħala vinyl acetate b'perċentwali ta' 9.5% jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 13% u — gruppi hydroxy valutati bħala vinyl alcohol b'perċentwali ta' 5 % jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 6.5 % | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3906 90 90 | 25 | Likwidu trasparenti, li ma jinħallx fl-ilma, b'kontenut bil-piż ta': — kopolimeru poly(methyl metacrylate) b'perċentwali ta' 50 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 51 %, — xylene b'perċentwali ta' 37 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 39 % u — n-butyl acetate b'perċentwali ta' 11 % jew aktar iżda li ma jaqbiżx 13 %, | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3906 90 90 | 30 | Kopolimeru ta' styrene b' hydroxyethyl methacrylate u 2-ethylhexyl acrylate, b'piż molekulari (Mn) ta' 500 jew aktar iżda mhux aktar minn 6 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3906 90 90 | 35 | Trab abjad ta' kopolimeru 1,2-ethanediol dimethacrylate-methyl methacrylate li kull molekula għandha daqs li ma jabiżx 18 µm, u li ma jinħalx fl-ilma | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3906 90 90 | 65 | Polyalkylacrylate, immodifikat kimikament bil-kobalt, li it-temperatura li fiha jinħall huwa ta' (Tm) of 65 °C (± 5 °C), li tkejjel permezz ta' Differential Scanning Calorimetry (DSC) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3907 20 11 | 10 | Poly(ethylene oxide) b'piż molekulari medju ta' (Mn) 100 000 jew iżjed | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3907 20 11 | 20 | Bis[Methoxypoly[ethyleneglycol)]-maleimidopropionamide, immodifikat kimikament bil-lysine, b'piż molekulari medju ta' (Mn) 40 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3907 20 11 | 30 | Bis[Methoxypoly[ethyleneglycol)]-maleimidopropionamide, immodifikat kimikament bil- lysine, terminat bil-bis(maleimide) , b'piż molekulari medju ta' (Mn) 40 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3907 20 21 | 20 | Kopolimeru ta' tetrahydrofuran u tetrahydro-3-methylfuran b'piż molekulari medju ta' (Mn) 3500 (± 100) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3907 20 99 | 50 | Polimeru Vinyl-silyl terminat bil-perfluoropolyether jew taħlita ta' żewġ komponimenti li fihom l-istess tip ta' polimeru Vinyl-silyl terminat bil-perfluoropolyether bħala l-ingredjent ewlieni. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3907 20 99 | 55 | Succinimidyl ester ta' aċtu propojoniku methoxy poly(ethylene glycol), b'piż molekulari medju ta' (Mn) 5 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3907 30 00 | 50 | Reżina epoxide f'forma likwida b' kopolimeru 2-propenenitrile/1,3-butadiene-epoxide, li ma fih xi tip ta' solvent, b'kontenut ta': — żingu borate hydrate b'perċentwali li ma jaqbiżx 40% tal-piż — diantimony trioxide b'perċentwali tal-piż li ma jaqbiżx 5% tal-piż | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3908 90 00 | 10 | Poly(iminomethylene-1,3-phenylenemethyleneiminoadipoyl), f'waħda mill-forom imsemmija f'nota 6 (b) tal-Kapitolu 39 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3911 10 00 | 81 | Reżina mhux idroniġinizzata Idrokarbonja, magħmula permezz tal-polimerizzazzjoni ta' alkeni C-5 sa C-10, cyclopentadiene u dicyclopentadiene, b'Gardner Color ta' aktar minn 10 fir-rigward tal-prodott pur jew b'Gardner Color ta' aktar minn 8 fir-rigward tal-likwidu ta' 50% bħala volum ta' toluene (kif ġie ddeterminat bil-metodu ASTM, D6166) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3911 90 19 | 10 | Poly(oxy-1,4-phenylenesulfonyl-1,4-phenyleneoxy-4,4’-biphenylene) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3913 90 00 | 85 | Sodium hyaluronate sterili | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3913 90 00 | 92 | Porteina, immodifikata kimikament biż-żieda ta' aċtu carboxylation u/jew phthalic, li għandha piż molekulari medju minn (Mw) 100 000 sa 300 000 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3919 10 61 *ex 3919 10 69 *ex 3919 90 61 *ex 3919 90 69 ex 3920 10 89 | 94 92 93 93 25 | Film le jeħel li għandu bażi magħmula minn kopolimeru ta' acetate ethylene u vinyl (EVA) bi ħxuna ta' 70 µm jew iżjed u biċċa tape akriliku li teħel bi ħxuna ta' 5 µm jew iżjed, għall-protezzjoni tal-wiċċ tad-diski tas-silikone (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3919 10 69 ex 3919 90 69 | 96 98 | Folja laminata riflettenti li teħel waħeda, li turi diżinn regolari, magħmula minn film ta' polimeru akriliku bi folja ta' poly(methyl methacrylate) fuqu, li fiha mikroprisms u li fiha jew ma fihiex folja adizzjonali ta polyester u kolla bi folja ta' rilaxx. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3919 90 31 | 45 | Film trasparenti poly(ethylene terephtalate) li jeħel waħdu, li ma fihx impuritajiet jew nuqqasijiet, b'kisja fuq naħa waħda ta' kolla tal-akriliku li teħel permezz tal-pressjoni u burdura protettiva, u li għandu fuq in-naħa l-oħra saff ta' compound tal-choline organiku bbażat fuq il-joni u saff li jiflaħ għat-trab u li jista' jiġi stampat magħmul minn kompound organiku b'katini twal ta' alkyl modifikati, li għandu ħxuna totali mingħajr il-burdura ta' 54 μm jew iżjed iżda li ma taqbiżx 64 μm u ħxuna ta' aktar minn 1295 mm iżda li ma taqbiżx 1305 mm. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3919 90 61 | 51 | Film trasparenti poly(ethylene terephtalate) li jeħel waħdu, li ma fihx impuritajiet jew nuqqasijiet, b'kisja fuq naħa waħda ta' kolla tal-akriliku li teħel permezz tal-pressjoni li għandu ħxuna ta' 60 μm jew iżjed, iżda li ma taqbiżx 70 μm, li huwa wiesa' bejn 1245mm u 1255 mm | 0 % | 1.7.2009 - 31.12.2013 |

ex 3919 90 61 | 55 | Film ta' poly(vinyl chloride) li jintuża fil-qtugħ tas-silikone (1), bi ħxuna ta' 78 μm jew iżjed, li għandu fuq naħa waħda saff ta' akriliku li jeħel bi ħxuna ta' 8 µm jew aktar bi folja ta' rilaxx, u li jeħel b'saħħa ta' 1 764 mN/25 mm jew aktar. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3920 62 19 | 20 | Folji ta' polyester riflettivi stampati b'disinn ta' piramidi, għall-produzzjoni ta' stikers u tesseri tas-sigurtà, ilbies u aċċessorji tas-sigurtà, jew ta' bagalji tal-iskola, basktijiet jew kontenituri simili (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3920 62 19 ex 3920 62 19 | 75 77 | Film trasparenti polyethylene terephthalate, kopert fuq żewġ naħat minn sustanzi organiċi bbażati fuq l-acryl f'saffi irqaq ta' 7-80nm-il wieħed, li jeħel tajjeb b'tensjoni tal-wiċċ ta' 37 Dyne/cm, u li jgħaddi d-dawl minnu b'perċentwali ta' aktar minn 93%, u li għandu valur ta' tiċpir ta' inqas minn 1,3 %, u ħxuna totali ta' 125 µm jew 188 µm u huwa wiesa' bejn 850 mm u 1600 mm | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3920 91 00 | 95 | Film ta' poly(vinyl butyral) ko-estruż bi tliet saffi li għandu faxx bil-kuluri li jisfumaw b'kontenut ta' 2,2’-ethylenedioxydiethyl bis(2-ethylhexanoate) b'perċentwali ta' 29% tal-piż iżda li ma jaqbiżx 31%, li jintuża bħala plastifikant. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3920 99 28 | 40 | Film tal-polimeru li fih il-monomeri li ġejjin: —Poly (tetramethylene ether glycol), —Bis (4-isocyanotocyclohexyl) methane, —1,4-Butanediol or 1,3-Butanediol, —bi ħxuna ta' 0.25mm jew aktar iżda li ma taqbiżx 5.0mm —stampat b'disinn regolari fuq naħa waħda, —u kopert bi folja ta' rilaxx | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 3921 19 00 | 93 | Strixxa ta' politetrafluworoetilen mikroporuż fuq irfid mhux minsuġ, għall-użu fil-produzzjoni ta' filtri għat-tagħmir tad-dijaliżi tal-kliewi (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 3921 90 55 | 20 | Fibreglass saturat minn qabel u msaħħaħ li fih reżina cyanate ester jew reżina bismaleimide (B) triazine (T) mħalta ma' reżina epoxide, bil-qisien li ġejjin: —469.9 mm (± 2 mm) x 622.3 mm (± 2 mm), jew —469.9 mm (± 2 mm) x 414.2 mm (± 2 mm), jew —546.1 mm (± 2 mm) x 622.3 mm (± 2 mm) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 5603 13 10 ex 5603 14 10 | 10 10 | Materjal mhux meħjut u li mhuwiex kunduttur tal-elettriku, magħmul minn film prinċipali ta' poly(ethylene terephthalate) laminate fuq kull naħa b'fibri tal-poly(ethylene terephthalate), li huma alineati kollha f'direzzjoni waħda, u miksi fuq żewġ naħat b'reżina ta' grad għoli li mhuwiex kunduttur tal-elettriku u li jirriżisti temperaturi għoljin, li jiżen 147 g/m2 jew iżjed iżda mhux aktar minn 265 g/m2, b'saħħa tensili mhux isotropika f'żewg direzzjonijiet, biex tintuża bħala materjal ghall-iżolament tal-elettriku. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

7011 20 00 | Invilops tal-ħġieġ (inklużi bozoz u tubi), miftuħin, u l-bċejjeċ tagħhom tal-ħġieġ, mingħajr tagħmir, għal lampi elettriċi, tubi tar-raġġi bil-katowd jew bħalhom | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 7019 19 10 | 30 | Ħjut ta' E-glass ta' 22 tex (± 1.6 tex), magħmul minn filamenti kontinwi ta' ħġieġ mibrum ta' diametru nominali ta' 7 µm, li fih filamenti ta' diametru ta' 6.35 µm jew iżjed iżda li ma jaqbiżx 7.61 µm jippredominaw. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 7320 90 10 | 91 | Molla ċatta magħmula mill-azzar f'forma ta' spiral: — bi ħxuna ta' 2.67 mm jew aktar iżda li ma taqbiżx 4.11 mm, — wiesgħa 12.57 mm jew aktar, iżda mhux aktar minn 16.01 mm, — b'ġibda ta' 18.05 Nm jew aktar iżda li ma taqbiżx 73.5 Nm — b'anglu ta' bejn il-pożizzjoni merħija u l-pożizzjoni nominali ta' 76° jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 218° għall-użu fil-produzzjoni ta' mollol tat-tensjoni għal cinturini ta' transmissjoni, f'magni ta' kumbustjoni interna (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 7410 21 00 | 40 | Folji jew pjanċi — li jikkonsistu mill-inqas f'saff prinċiplali tal-karti jew folja prinċipali unika ta' kwalunkwe tip ta' fibra mhux meħjuta, laminata fuq kull naħa b'tessut tal-glass-fibre u saturata bir-reżina epoxy, jew — li huma magħmulin minn numru ta' saffi tal-karti, saturati bir-reżna phenolic, miksija fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat b'film tar-ramm bi ħxuna massima ta' 0,15 mm | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 7410 21 00 | 50 | Pjanċi — magħmulin tal-inqas minn saff uniku tat-tessut tal-fiberglass saturat bir-reżina epoxide, — kopert fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat b'fojl tar-ramm bi ħxuna massima ta' mhux aktar minn 0,15 mm u — b'kostanti dielettrika (DK) ta' inqas minn 3.9 u fattur ta' telf (Df) ta' inqas minn 0.015 b'frekwenza ta' kejl ta' 10GHz, kif imkejjel skont l-IPC-TM-650 | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 7604 21 00 ex 7604 29 90 | 10 30 | Profili magħmulin minn alloy tal-aluminju li huma konformi mal-istandard EN AW-6063 T5 — anodizzat — jekk huma jew mhumiex ivverniċjati — bi ħxuna ta' 0.5 mm (± 1.2 %) jew aktar iżda li ma taqbiżx 0.8 mm (± 1.2 %) għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt l-instestatura 8302 (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8108 20 00 | 30 | Trab tat-titanium li 90% tal-piż tiegħu jew iżjed jgħaddi minn ġo għarbiel b'apertura ta' 0.224 mm | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8501 10 99 | 80 | Mutur li jużu kurrent Dirett: — b'anglu ta' 7.5° (± 0.5°), — b'ġibda ta' ħruġ ta' 7.5° (± 0.5°) f'temperatura ta' 25°, — b'rata ta' impulsi ta' ħruġ ta' 1 960 pps jew iżjed — b'tidwir two-phase, u — b'vultaġġ imkejjel ta' 10.5 V jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 16.0 V | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8504 40 90 | 40 | Konvertituri statiċi għall-użu fil-produzzjoni tal-kontrolli ta' muturi single-phase li jikkonsmaw l-elettriku b'rata ta' mhux aktar minn 3 kW (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 8519 81 35 | 10 | Tagħmir żarmat jew mhux komplut, li fih minn tal-inqas unità ottika unika u muturi DC u cirkuwit ta' kontroll operattiv, b'konvertitur diġitali/analogue, għall-użu fil-manifattura tas-CD players, riċevituri għax-xandir tar-radju minn dawk li jintużaw fil-karozzi jew f'apparat għan-navigazzjoni (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 8522 90 80 | 83 | Apparat blu-ray ta’ detezzjoni li jista’ jirriproduċi/jirrikordja sinjali ottiċi għal/minn diski DVD, kif ukoll għar-riproduzzjoni ta' sinjali ottiċi minn CDs u diski Blu-ray, li jinkludu minn tal-inqas: — 3 tipi ta’ diodes tal-lejżer, — ċirkuwit tal-lejżer driver integrat, — ċirkuwit integrat tad-detezzjoni tar-ritratti — b’monitor fuq quddiem integrat u actuator, għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt l-instestatura Nru 8521 (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 8522 90 80 | 84 | Mekkaniżmu jew unità Blu-ray kemm jekk jirrekordjaw u kemm jekk le għar-riproduzzjoni jew ir-rekordjar ta' sinjali ottiċi minn/għal diski Blu-ray u DVD, kif ukoll għar-riproduzzjoni ta' sinjali ottiċi minn CDs, li jinkludi minn tal-inqas: — apparat ta' detezzjoni ottika bi tliet tipi ta' lejżer, — mutur tat-tip spindle, — mutur tat-tip stepping, — kemm jekk b'ċirkuwit stampat għall-kontroll tad-drajv immuntat fuq pjanċa, ċirkuwit integrat għar-regolazzjoni tal-mutur u l-memorja u kemm jekk le għall-użu fil-produzzjoni ta' prodotti li jaqgħu taħt l-instestatura 8521 (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 8525 80 19 | 30 | Kameras kompatti tat-tip xasi għat-televiżjoni b'ċirkuwit magħluq (CCTV), b'piż ta' mhux aktar minn 250 g, kemm jekk f'kontenitur b'dimensjonijiet ta' mhux aktar minn 50mm × 60mm × 89.5 mm, b'apparat għat-trasferiment taċ-ċarġ (Charge-Couple Device, CCD), b'piksils effettivi ta' mhux aktar minn 440 000, għall-użu f'sistemi ta' sorveljanza bis-CCTV (1) u kemm jekk le. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8528 59 90 | 30 | Moniter tal-kristalli likwidi tal-kulur b’qies djagonali tal-iskrin ta’ 660.4mm (±13mm), mingħajr kontenitur, bi frejm għall-immuntar għall-istallazzjoni fi prodotti li jaqgħu taħt l-intestatura nru 9504 | 0 % | 1.7.2009 - 31.12.2009 |

ex 8540 91 00 | 40 | Kullar devjatur ta' tubi vakwi | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8540 91 00 | 50 | Buttuna anodu tal-metal li meta tingħafas ikun hemm kuntatt elettriku mal-anodu li jinsab ġot-tubu li juri stampa tal-kulur | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

*ex 8543 70 90 | 90 | Modulu b'batterija bil-karburant li fih minn tal-inqas batteriji bil-karburant tat-tip polymer electrolyte membrane f'kontenitur b'sistema ta' li tkessaħ integrata, għall-użu fil-produzzjoni ta' sistemi ta' propulsjoni tal-karozzi (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8544 42 90 | 10 | Kejbil għat-tranżmissjoni tad-dejta b'rata ta' tranżmissjoni ta' 600 Mbit/s jew iżjed: — b'vultaġġ ta' 1.25V (± 0.25V) — konnetturi mwaħħlin ma' kull tarf, li minn tal-inqas wieħed minnhom ikolli labar b' xengil ta' 0.5mm, — protezzjoni ta' barra f'forma ta' skrin, — par wajers milwijin tar-ramm b'resistenza ta' 100 Ohms u xengil tal-liwja ta' mhux aktar minn 8mm li jintużaw biss għall-komunikazzjoni bejn panel LCD u ċirkuwiti elettroniċi li jipproċessaw il-videos | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 8544 49 93 | 20 | Kejbil flessibli iżolat bil-PET/PVC: — b'vultaġġ ta' mhux aktar minn 60V, — b'kurrent ta' mhux aktar minn 1 A, —b'resistenza għas-sħana ta' mhux aktar minn 105°C, — b'wajers individwali bi ħxuna ta' 0,05 mm (± 0,01 mm) u wiesa' mhux ahtar minn 0,65 mm (± 0,03 mm) — b'distanza ta' bejn il-kundutturi li ma taqbiżx 0.5mm u — b'xengil (id-distanza bejn punt ċentrali sa ieħor tal-kundutturi) ta' mhux aktar minn 1.08mm | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9001 20 00 ex 9001 90 00 | 20 55 | Folji ottiċi, diffusivi, rifletturi jew priżmi, pjanċi diffusivi mhux stampati, ikollhom jew ma jkollhomx proprjetatjiet polarizzanti, maqtugħin speċifikanment | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9001 90 00 | 60 | Folji rifletturi jew diffusivi mkebbin f'rombli | 0 % | 1.1.2009-31.12.2013 |

ex 9013 20 00 | 10 | Lejżer tad-diossidu tal-karbonju stimulat b'frekwenza għolja, li għandu saħħa medja ta' 12-il Watt jew aktar, iżda li ma taqbiżx il-200 Watt | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9013 20 00 | 20 | Tagħmir tal-lajżer għall-użu fil-produzzjoni ta' makkinarju li jkejjel jew jikkontrolla, għal apparat jew wafers ta’ semikonduttur (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9013 20 00 | 30 | Lajżer għall-użu fil-produzzjoni ta' makkinarju li jkejjel jew jikkontrolla, għal apparat jew wafers ta’ semikonduttur (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9022 90 90 | 10 | Pannelli għal apparat tar-raġġi X (sensuri tar-raġġi x fuq pjanċa ċatta/ sensuri tar-raġġi x) magħmulin minn pjanċa tal-ħġieiġ b'matrix ta' transistors b'film irqiq, mgħottijin b'film tas-silkonju armophous, b'kopertura ta' saff xintillatur ta' cesium oxide u saff protettiv metallizzat, b'wiċċ attiv ta' 409.6 mm² x 409.6 mm² u b'pixels li għandhom daqs ta' 200 µm² x 200 µm² kull wieħed. | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9405 40 39 | 10 | Modulu tad-dawl ambjentali b'tul ta' 300 mm jew aktar, iżda li ma jaqbiżx 600 mm, fuq il-bażi ta' ġeneratur tad-dawl b'serje ta' 3 jew aktar, iżda mhux aktar minn 9 LEDs speċifiċi tad-dawl aħmar, aħdar u blu b'ċippa waħda mmuntati fuq bord (PCB), b'dawl imqabbad ma' quddiem u/jew wara t-Televiżjoni Ċatta (1) | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

ex 9405 40 39 | 20 | Sensiela LED tas-silikone, li fiha: — modulu ta' matrix LED kbir 38.6 mm x 20.6 mm (± 0.1 mm), u mgħammar b'128 ċippa LED ħomor u ħodor, u — ċirkuwit stampat fuq pjanċa flessibbli, mgħammar b'Termistor li jkejjel il-Koeffiċjent tat-Temperatura Negattiva | 0 % | 1.7.2009-31.12.2013 |

(1) | Id-dħul taħt din is-sottointestatura huwa suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fid-dispożizzjonijiet relevanti tal-Komunità (ara l-Artikoli 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 – ĠU L 253 11.10.1993 p. 1). |

(*) | Pożiżżjoni emendata |

ANNESS II

Prodotti msemmijin fl-Artikolu 1(2)

Kodiċi NM | TARIC |

ex 0304 29 61 ex 0304 99 99 | 10 31 |

*ex 1511 90 19 *ex 1511 90 91 *ex 1513 11 10 *ex 1513 19 30 *ex 1513 21 10 *ex 1513 29 30 | 10 10 10 10 10 10 |

*ex 2921 51 19 | 20 |

*ex 3808 91 90 | 30 |

*ex 3815 90 90 | 77 |

*ex 3817 00 50 | 10 |

*ex 3902 20 00 | 10 |

ex 3902 90 90 | 97 |

*ex 3903 90 90 *ex 3911 90 99 | 40 50 |

ex 3903 90 90 | 85 |

*x 3905 99 90 | 96 |

*ex 3906 90 90 | 30 |

*ex 3907 20 11 | 10 |

*ex 3907 20 11 | 20 |

*ex 3907 20 11 | 30 |

*ex 3907 20 21 | 20 |

*ex 3907 30 00 | 50 |

*ex 3911 10 00 | 81 |

*ex 3913 90 00 | 92 |

*ex 3913 90 00 | 98 |

*ex 3919 10 61 *ex 3919 10 69 *ex 3919 90 61 *ex 3919 90 69 | 94 92 93 93 |

*ex 3919 90 31 | 45 |

*ex 3919 90 61 | 51 |

*ex 3920 99 28 | 40 |

*ex 3921 90 55 | 20 |

*ex 7011 20 00 | 20 |

*ex 7011 20 00 | 50 |

*ex 7409 19 00 *ex 7410 21 00 | 20 50 |

*ex 7410 21 00 | 40 |

ex 7410 21 00 | 70 |

ex 7606 12 91 ex 7606 12 93 | 20 20 |

*ex 8519 81 35 | 10 |

*ex 8522 90 80 | 83 |

*ex 8522 90 80 | 84 |

*ex 8525 80 19 | 30 |

*ex 8543 70 90 | 90 |

*ex 9001 90 00 | 60 |

(*) | Pożiżżjoni emendata |

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI LI GĦANDHOM IMPATT BAĠITARJU LI HUWA LIMITAT ESKLUSSIVAMENT GĦAD-DĦUL

1. ISEM TAL-PROPOSTA:

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jamenda ir-Regolament (KE) Nru 1255/96 li jissospendi b'mod temporanju d-dazji awtonomi tat-tariffi doganali komuni fuq ċerti prodotti industrijali, agrikoli u tas-sajd.

2. IL-LINJI BAĠITARJI:

Il-Kapitolu u l-Artikolu: Kapitolu 12, Artikolu 120

Ammont stmat għas-sena kkonċernata: € 17 655 800 000

3. IMPATT FINANZJARJU

x( Din il-proposta ma għandha l-ebda impatt fuq l-infiq, imma għandha impatt finanzjarju fuq id-dħul - l-effett huwa kif ġej:

(Miljuni ta’ EUR sa punt deċimali wieħed)

Linja baġitarja | Dħul[4] | perjodu, li jibda'dd/mm/aaa | [It-tieni semestru tas-sena 2009 u 2010-2013] |

Artikolu 120 | L-impatt fuq ir-riżorsi propji | 01/07/2009 - 31/12/2013 | -11.3/sena |

4. MIŻURI KONTRA L-FRODI

SEJRIN JITWETTQU KONTROLLI FUQ L-UżU AħħARI TA' XI PRODOTTI KOPERTI B'DAN IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL SKONT L-ARTIKOLI 291 SA 300 TAR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) NRU 2454/93 LI JISTABBILIXXI D-DISPOżIZZJONIJIET GħALL-IMPLEMENTAZZJONI TAL-KODIċI DOGANALI KOMUNITARJU

5. KUMMENTI OĦRA

Ġiet stabbilita data ta' skadenza sabiex jitnaqqsu l-problemi ekonomiċi.

Din il-proposta tinkludi l-emendi li għandhom isiru għall-Anness għar-Regolament eżistenti sabiex jitqies dan li ġej:

1. talbiet ġodda għal sospensjoni li ġew ippreżentati u aċċettati;

2. żviluppi tekniċi ta' prodotti u tendenzi ekonomiċi fis-suq li jwasslu biex jitneħħew ċerti sospensjonijiet eżistenti.

Addizzjoni

Dan l-Anness, flimkien mal-emendi kkaġunati minn tibdil fid-deskrizzjonijiet, fih 66 prodott ġdid. Id-dazji mhux miġbura li jikkorrespondu għal dawn is-sospensjonijiet, kkalkulati fuq il-bażi ta' importazzjonijiet previsti ġewwa l-Istat Membru li qed jagħmel ir-rikjesta għat-tieni semestru tal-2009, l-2008 sa l-2011, totali ta' MEUR 10.2/sena.

Fuq il-bażi ta' l-istatistiċi eżistenti għas-snin preċedenti, jidher, madankollu, li dan l-ammont għandu jiżdied b'fattur medju, li huwa stmat għal madwar 1.8, biex jitqiesu l-importazzjonijiet ġewwa Stati Membri oħra li qed jużaw l-istess sospensjonijiet. Dan ifisser telf ta' dħul ta' xi MEUR 18.4/sena.

Irtirar:

Tneħħew 7 prodotti minn dan l-Anness li jirriflettu l-introduzzjoni mill-ġdid tad-dazji doganali. Dan jirrapreżenta żieda ta' MEUR 3.4 f'riżorsi , kif ikkalkulat minn rikjesti għal sospensjoni jew statistiċi disponibbli (2008).

Spiża stmata ta' din l-operazzjoni

Jekk jitqiesu l-istatistiċi disponibbli bħala bażi, l-impatt fuq it-telf tad-dħul b'riżultat ta' dan ir-Regolament jista' għalhekk jiġi stmat li huwa ta' 18.4 – 3.4 = MEUR 15.0 (bħala ammont gross, fosthom spejjeż mġarrba waqt il-ġbir) x 0.75EUR = EUR 11.3 MEUR/sena għall-perjodu 01.07.2007 - 31.12.2013

It-telf ta' dħul fir-Riżorsi Proprji Tradizzjonali għandu jkun ikkumpensat minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri abbażi tad-Dħul Nazzjonali Gross (GNI).

[1] ĠU C , , p. .

[2] ĠU L 158, 29.6.1996, p. 1.

[3] ĠU C 128, 25.4.1998, p.2.

[4] F'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi proprji tradizzjonali (dazji agrikoli, taxex imposti fuq iz-zokkor, dazji tad-dwana) jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti gross wara t-tnaqqis ta' 25% ta' l-ispejjeż tal-ġbir.