52009PC0198

Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika /* KUMM/2009/0198 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 22.4.2009

KUMM(2009) 198 finali

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Nhar id-19 ta' Frar 2004, il-Kunsill adotta programm supplimentari tar-riċerka ta' tliet snin li kellu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (mill-2004 sal-2006) dwar it-tħaddim tar-Reattur ta' Fluss Għoli (l-HFR) tal-Komunità li jinsab f’Petten (l-Olanda). Nhar is-26 ta’ Novembru 2007, il-Kunsill adotta estensjoni ta’ sena (għall-2007) għal dan il-programm supplimentari. Għaldaqstant, dan il-programm għalaqlu żmienu fil-31 ta' Diċembru 2007. It-tħaddim tal-HFR kompla matul l-2008 mingħajr programm supplimentari tar-riċerka, filwaqt li saru sforzi sabiex it-tħaddim u l-isfruttar tiegħu jissejsu fuq reġim legali indipendenti u iktar sod. Minħabba li dawn l-isforzi fallew, issa se jkun jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar appoġġ finanzjarju kontinwat taħt programm supplimentari ġdid tar-riċerka.

B’hekk, din il-komunikazzjoni tittratta programm ġdid ta’ tliet snin għat-tħaddim tal-HFR (mill-2009 sal-2011).

L-HFR jintuża mill-Kummissjoni skont il-ftehim tal-25 ta’ Lulju 1961 ta’ bejn l-Euratom u l-Olanda. Skont dan il-ftehim, il-Kummissjoni impenjat ruħha, f'isem il-Komunità, li tibni l-faċilitajiet neċessarji u li tipprovdi aktar tagħmir sabiex tagħmel "l-aħjar użu" minn dawn il-faċilitajiet (fosthom l-HFR). Dan il-ftehim kien iffirmat għal perjodu ta' 99 sena. Sabiex jagħmluh realtà, nhar il-31 ta' Ottubru 1962, iż-żewġ partijiet waslu għal ftehim fit-tul dwar il-kera għal 99 sena li jagħti d-dritt in rem (kuntratt ta' enfitewsi).

L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea sabiex jingħata appoġġ għal teknoloġiji nukleari li mhumiex ta' periklu, fir-riċerka dwar il-materjali li jintużaw fil-fużjoni termonukleari, fir-riċerka fundamentali u fl-applikazzjonijiet mediċi:

- Minkejja t-tnaqqis fir-riżorsi tar-riċerka u l-iżvilupp (l-R&Ż) fil-qasam tal-fissjoni nukleari, l-HFR għadu jintuża ferm fir-riċerka dwar is-sikurezza tar-reatturi eżistenti u ta' dawk tal-ġejjieni. L-HFR jagħti kontribut lil dawn il-programmi: reatturi li għadda ż-żmien minn fuqhom u l-ġestjoni taċ-ċiklu ta’ ħajjet ir-reatturi, it-titjib tas-sikurezza tal-fjuwil nukleari, it-trasmutazzjoni tal-iskart nukleari bil-ħsieb li jittejbu l-kundizzjonijiet tar-rimi aħħari tal-iskart, studji dwar is-sikurezza tal-fjuwil għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ reatturi nukleari (il-Ġenerazzjoni nru IV).

- Ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni sabiex tistudja l-istruttura tal-materjali. Din l-attività qiegħda dejjem tiżviluppa u tagħti kontribut għall-fehim tal-mekkaniżmi ta' degradazzjoni u għat-taffija tagħhom, ħaġa li hija rilevanti għas-sikurezza tal-impjanti nukleari eżistenti. Il-metodi li qed jiġu studjati huma t-tekniki ta' evalwazzjoni mhux qerrieda li jużaw ir-raġġi tan-newtroni u l-proprjetajiet tan-newtroni. Il-koordinazzjoni ta' dawn l-isforzi, it-tixrid tar-riżultati u l-appoġġ għall-armonizzazzjoni jitwettqu permezz ta' netwerk Ewropew.

- Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tar-radjuiżotopi għal iktar minn 60% tal-10 miljun dijanjosi medika mwettqa kull sena fl-Ewropa. Ir-rendiment tiegħu jagħmlu apparat importanti għall-kumpaniji farmaċewtiċi Ewropej f’dan il-qasam. Barra minn hekk, minħabba li jinsab fl-Ewropa, il-produzzjoni tar-reattur hija diretta b'ħeffa lejn iċ-ċentri tal-mediċina fl-Ewropa. Dan huwa importanti ferm għall-iżotopi ta' ħajja qasira li qed jintużaw l-iktar bħalissa.

- L-HFR iservi wkoll bħala faċilità tat-taħriġ għal studenti li jkunu qed jagħmlu d-dottorat jew studju ta' wara d-dottorat u li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom permezz ta' programm nazzjonali jew Ewropej.

2. IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Fost l-Istati Membri li ġew ikkonsultati minħabba l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom fil-qasam nukleari, tliet Stati Membri (l-Olanda, Franza u l-Belġju) qablu li jagħtu kontribut għall-finanzjament tal-HFR.

3. L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat tal-Euratom.

4. L-IMPLIKAZZJONIJIET FUQ IL-BAĠIT

Fid-dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu, dan il-programm supplimentari l-ġdid juri l-kontribut li għandu jingħata mit-tliet Stati Membri li qed jieħdu sehem fih, jiġifieri l-Olanda, Franza u l-Belġju. Il-kontributi ta’ dawn it-tliet Stati Membri jammontaw għal madwar EUR 35 miljun. Dan l-ammont jinkludi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat ir-reattur. Taħt il-programm supplimentari ta' bħalissa, parti mill-kontributi se tkopri l-ispejjeż (inklużi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat) imġarrba għat-tħaddim tal-HFR matul l-2008, jiġifieri fil-perjodu meta ma kien hemm l-ebda programm supplimentari jew mekkaniżmu ieħor għal dan il-finanzjament.

Il-Kummissjoni tikkonferma d-dikjarazzjoni mniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1996, li fiha ddikjarat li "abbażi ta' finanzjament adegwat, l-HFR jista jagħti kontribut għat-twettiq ta' programmi tal-Komunità, kemm fil-kuntest tal-Programmi ta' Qafas kif ukoll ’il barra minnu. Din il-parteċipazzjoni għandha sseħħ jew fuq bażi kompetittiva jewinkella permezz ta' servizzi ta' irradjazzjoni lill-Istituti taċ-ĊKR waqt l-implimentazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.” Dan ifisser li l-Kummissjoni mhix se tagħti kontribut għall-ispiża tat-tħaddim tal-HFR b’fondi mill-baġit istituzzjonali tagħha, inkluż kwalunkwe spiża għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur.

5. TAGĦRIF ADDIZZJONALI

Mhux applikabbli

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni ta' programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikulari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku[1],

Billi:

(1) Fi ħdan il-qafas taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, ir-Reattur ta' Fluss Għoli li hemm f’Petten (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “l-HFR”), kien u se jibqa’ jkun għal xi żmien, mezz importanti disponibbli għall-Komunità sabiex tagħti kontribut għax-xjenzi u għall-ittestjar tal-materjali, għall-mediċina nukleari u għar-riċerka dwar is-sikurezza fil-qasam tal-enerġija nukleari.

(2) It-tħaddim tal-HFR kien appoġġat minn sensiela ta’ programmi supplimentari tar-riċerka. L-aħħar wieħed fosthom, imwaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2007/773/Euratom tas-26 ta’ Novembru 2007 dwar estensjoni ta’ sena għall-programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika[2], skada fil-31 ta’ Diċembru 2007.

(3) It-tħaddim tal-HFR kompla matul l-2008 mingħajr programm supplimentari tar-riċerka, filwaqt li saru sforzi sabiex it-tħaddim u l-isfruttar tiegħu jissejsu fuq reġim legali indipendenti u iktar sod. Minħabba li dawk l-isforzi fallew, jeħtieġ li jkun hemm dispożizzjoni dwar appoġġ finanzjarju kontinwat taħt programm supplimentari ġdid tar-riċerka.

(4) Bil-liċenzja attwali tal-operat tiegħu, l-HFR jista’ jitħaddem mill-inqas sas-sena 2015.

(5) Minħabba l-ħtieġa kontinwata tal-HFR bħala infrastruttura li ma tista’ tinbidel b’xejn għar-riċerka Komunitarja fl-oqsma tat-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti, tas-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, tal-fużjoni nukleari, tar-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u tal-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sistemi tar-reatturi, dan għandu jkompli jitħaddem taħt dan il-programm supplimentari tar-riċerka sal-2011.

(6) Minħabba l-interess partikulari tagħhom li l-HFR jibqa’ jitħaddem, l-Olanda, Franza u l-Belġju għandhom, hekk kif indikaw, jiffinanzjaw dan il-programm permezz ta’ kontributi finanzjarji, mogħtijin bħala dħul assenjat, għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(7) Il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari għandhom ikopru wkoll l-ispiża ta’ matul l-2008,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm supplimentari tar-riċerka dwar it-tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli li hemm f’Petten (l-HFR), (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-programm”), li l-għanijiet tiegħu huma mogħtija fl-Anness I, qiegħed jiġi adottat għal perjodu ta' tliet snin, li jibda mill-1 ta' Jannar 2009.

Artikolu 2

Il-kontribut finanzjarju stmat li hu meħtieġ biex jitwettaq il-programm jammonta għal EUR 34,992 miljun. Dan l-ammont huwa mqassam hekk kif mogħti fl-Anness II. Dan il-kontribut għandu jitqies bħala dħul assenjat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002[3].

Artikolu 3

1. Il-Kummissjoni għandu jkollha f’idejha l-ġestjoni tal-programm. Għal dan il-għan, għandha titlob is-servizzi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka.

2. Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għandu jinżamm mgħarraf dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Artikolu 4

Kull sena, qabel il-15 ta’ Settembru, il-Kummissjoni għandha tagħti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ dakinhar tal-pubblikazzjoni tagħha f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

L-GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

L-għanijiet prinċipali ta’ dan il-programm huma dawn li ġejjin:

1. Li jkun żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli tar-reattur ta’ fluss għoli (l-HFR), sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà tal-fluss tan-newtroni għall-għanijiet tal-esperimenti.

2. Li jitħalla jsir użu effiċjenti tal-HFR mill-istituti tar-riċerka f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini: fit-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti, fis-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, fil-fużjoni nukleari, fir-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u fil-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tas-sistemi tar-reatturi.

___________________________________________________________________________

ANNESS II

IT-TAQSIM TAL-KONTRIBUTI

Il-kontributi għall-programm ġejjin mill-Olanda, minn Franza u mill-Belġju.

Dawn il-kontributi huma mqassma kif ġej:

L-Olanda: EUR 32,892 miljun;

Franza: EUR 0.9 miljun

Il-Belġju: EUR 1.2 miljun

It-Total: EUR 34.992 miljun.

Dawn il-kontributi għandhom isiru għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom jingħataw għal dan il-programm. Il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari jistgħu jkopru wkoll l-ispiża li saret matul l-2008 biex jitħaddem l-HFR.

ID-DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. ISEM IL-PROPOSTA:

Programm supplimentari tar-riċerka li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

Il-qasam/l-oqsma tal-politika kkonċernat/i u l-attività/l-attivitajiet assoċjata/i:

Il-qasam tal-politika: It-Titolu 10 – Ir-riċerka diretta

L-attività: 10 04 It-tlestija tal-programmi ta' qafas ta' qabel u attivitajiet oħrajn

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Il-linji tal-baġit (linji operattivi u linji għall-għajnuna teknika u amministrattiva relatati (li qabel kienu l-linji B..A)) inklużi l-intestaturi:

10 04 04 It-tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli (l-HFR)

Il-partita 10 04 04 02 [4] — Il-programm supplimentari għall-HFR (mill-2009 sal-2011)

Il-partita 6 2 2 1 — Dħul mit-tħaddim tal-HFR li għandu jintuża sabiex jingħataw approprjazzjonijiet addizzjonali - Dħul assenjat

3.2. It-tul ta’ żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

Mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 (il-kontributi taħt dan il-programm supplimentari jistgħu jkopru wkoll l-ispiża ta’ matul l-2008)

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji:

Il-linja tal-baġit | It-tip ta' nfiq | Ġdida | Kontribuzzjoni tal-EFTA | Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti | L-intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

Mhux obbligatorju | Mhux iddifferenzjat[5] | IVA | LE | LE | Nru 1a |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-riżorsi finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) u tal-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ)

f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ nfiq | It-Taqsima nru. | 2009 | 2010 | 2011 | It-total |

L-infiq operattiv[6] |

L-approprjazzjonijiet tal-impenn (AI) | 8.1. | a | pm | pm | pm | Pm |

L-approprjazzjonijiet tal-ħlas (AĦ) | b | pm | pm | pm | pm | pm | pm |

L-infiq amministrattiv inkluż fl-ammont ta' referenza[7] |

L-għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) | 8.2.4. | c | pm | pm | pm |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

L-Approprjazzjonijiet tal-Impenn | a+c | pm | pm | pm |

L-Approprjazzjonijiet tal-Ħlas | b+c | pm | pm | pm | pm | pm | pm |

L-infiq amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza[8] |

Ir-riżorsi umani u l-infiq li għandu x'jaqsam magħhom (AMD) | 8.2.5. | d | pm | pm | pm |

L-ispejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) | 8.2.6. | e | pm | pm | pm |

L-ispiża finanzjarja totali indikattiva tal-intervent |

It-TOTAL tal-AI, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | a+c+d+e | pm | pm | pm |

It-TOTAL tal-AĦ, inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani | b+c+d+e | pm | pm | pm | pm | pm | pm |

Id-dettalji tal-kofinanzjament

f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

L-entità tal-kofinanzjament | 2009 | 2010 | 2011 | It-total |

L-Olanda | f | 16.446 | 8.223 | 8.223 | 32.892 |

Franza | 0.300 | 0.300 | 0.300 | 0.900 |

Il-Belġju | g | 0.600 | 0.300 | 0.300 | 1.200 |

It-TOTAL tal-AI, inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f | 17.346 | 8.823 | 8823 | 34.992 |

* L-ispejjeż tal-2008 se jkunu koperti mill-kontributi mogħtija għall-2009. Il-kontributi huma dħul assenjat.

Dan l-ammont ġie kkalkulat mill-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu bbilanċjati l-ispejjeż imbassra għar-reattur għall-perjodu mill-2008 sal-2011 filwaqt li jitqies il-livell ta' dħul kummerċjali mistenni. Il-Kummissjoni fl-ebda każ mhi se tkopri defiċit operattiv, inklużi spejjeż potenzjali għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur.

4.1.2. Il-kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

x Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

( Il-proposta se tkun teħtieġ l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Jista' jkun li l-proposta tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[9] (jiġifieri l-istrument tal-flessibbilità jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. L-impatt finanzjarju fuq id-dħul

( Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

x Il-proposta għandha impatt finanzjarju — l-effett fuq id-dħul huwa kif ġej:

It-tliet Stati Membri, l-Olanda, Franza u l-Belġju, se jiffinanzjaw dan il-Programm Supplimentari.

f’miljuni ta’ EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

Qabel l-azzjoni [Is-sena n-1] | Il-qagħda wara l-azzjoni |

L-għadd totali tar-riżorsi umani | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. | p.m. |

5. IL-KARATTERISTIĊI U L-GĦANIJIET

5.1. Ħtieġa li għandha tintlaħaq fi żmien qasir jew fit-tul

L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea sabiex jingħata appoġġ għal teknoloġiji nukleari li mhumiex ta' periklu, appoġġ fl-oqsma tar-riċerka dwar impjanti nukleari li għadda ż-żmien minn fuqhom u dwar it-titwil ta' ħajjithom, appoġġ għat-trasmutazzjoni tal-aktinidi b'ħajja fit-tul bil-ħsieb li tittejjeb is-sikurezza tal-ħżin tal-iskart, appoġġ għat-titjib tas-sikurezza tal-fjuwil u għal studji dwar is-sikurezza tal-fjuwil għall-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ reatturi nukleari (il-Ġenerazzjoni nru IV). Barra minn hekk, ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni sabiex tistudja l-istruttura tal-materjali. Din l-attività qiegħda dejjem tiżviluppa u tagħti kontribut għall-fehim tal-mekkaniżmi ta' degradazzjoni u għat-taffija tagħhom, ħaġa li hija rilevanti għas-sikurezza tal-impjanti eżistenti. Fil-qafas tal-fużjoni termonukleari, qed jiġu implimetati diversi proġetti sabiex jiġu ttestjati materjali strutturali u tar-riproduzzjoni għar-reatturi tal-fużjoni tal-ġejjieni.

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma' strumenti finanzjarji oħrajn u s-sinerġija possibbli

Il-Kummissjoni hija sid l-HFR. Dan il-Programm Supplimentari huwa meħtieġ sabiex l-HFR ikompli jitħaddem, minħabba li l-Impriża Konġunta li kienet prevista ma setgħetx titwaqqaf minħabba nuqqas ta' appoġġ min-naħa ta’ sieħba potenzjali għal din it-tip ta' entità legali. Ta' min jinnota li, minbarra l-użu xjentifiku tiegħu, ir-reattur hu ta' importanza kbira għas-settur mediku (il-produzzjoni ta' radjuiżotopi mediċi).

5.3. L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

L-għanijiet prinċipali tal-Programm Supplimentari għall-HFR huma:

1. It-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR f’Petten; din l-attività tinvolvi l-użu normali tal-istallazzjoni għal perjodu operattiv massimu, u l-forniment tal-fluss tan-newtroni għall-esperimenti;

2. L-użu razzjonali ta' dan ir-reattur se jiġi żviluppat f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini; it-temi prinċipali tar-riċerka u l-iżvilupp li jinvolvu l-użu tal-HFR joħorġu minn dawn l-eżempji: it-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari eżistenti u ta’ dawk tal-ġenerazzjoni l-ġdida, is-saħħa, inkluż l-iżvilupp ta’ iżotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, ir-riċerka dwar il-materjali għar-reatturi tal-fużjoni, ir-riċerka u t-taħriġ fundamentali, u l-ġestjoni tal-iskart, inkluża l-possibbiltà li tiġi studjata s-sikurezza tal-fjuwils nukleari għall-ġenerazzjoni l-ġdida tar-reatturi.

5.4. Il-metodu tal-implimentazzjoni (indikattiv)

x Ġestjoni ċċentralizzata

( direttament mill-Kummissjoni

( indirettament b’delega lil:

( Aġenziji eżekuttivi

( entitajiet imwaqqfin mill-Komunitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju

( entitajiet nazzjonali tas-settur pubbliku/entitajiet b'missjoni ta' servizz pubbliku

( Ġestjoni konġunta jew iddeċentralizzata

( mal-Istati Membri

( ma' pajjiżi terzi

( Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika)

Kummenti rilevanti:

6. IL-MONITORAĠĠ U L-EVALWAZZJONI

6.1. Is-sistema tal-monitoraġġ

Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tmexxi l-Programm Supplimentari u, minħabba f'hekk, li tirrapporta dwar (i) l-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur, (ii) l-użu xjentifiku tiegħu, (iii) il-qagħda tal-baġit tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul finanzjarju mill-Istati Membri, u (iv) il-ħlasijiet li jkunu saru.

Il-programm huwa inkluż fiċ-ċiklu ta’ ppjanar tal-ABM taċ-ĊKR u fil-Pjan Annwali tal-Ġestjoni. Minħabba f’hekk, il-monitoraġġ tal-għanijiet imsemmija se jkun inkluż fir-Rapport annwali dwar l-attività taċ-CKR.

Barra minn hekk, se jitħejja rapport annwali miċ-ĊKR (mill-Istitut għall-enerġija). Dan se jittratta l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari, u se jkopri l-affarijiet li ġejjin:

- ir-rappurtaġġ tekniku li jinkludi d-dejta dwar it-tħaddim tal-HFR;

- deskrizzjoni fil-qosor tal-kisbiet xjentifiċi prinċipali;

- l-istat tal-attivitajiet tat-tiswija u tal-manutenzjoni;

- il-qagħda tal-baġit f’dak li għandu x’jaqsam mad-dħul mill-Istati Membri u mal-użu tal-baġit tal-Programm Supplimentari (inklużi d-dispożizzjonijiet biex jiġi żarmat ir-reattur, il-ħlasijiet tal-ġestjoni, il-ħlasijiet lill-operatur, eċċ.).

- Ir-rapport se jkun indirizzat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, u lill-Bord tal-gvernaturi taċ-ĊKR.

6.2. L-evalwazzjoni

6.2.1. L-evalwazzjoni minn qabel

Dan huwa t-tiġdid tal-Programmi Supplimentari ta’ qabel. It-tħejjija ta’ dan il-Programm Supplimentari l-ġdid kienet it-tema ta' valutazzjoni interna li saret mill-Istati Membri li qed jieħdu sehem fih.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja/ta’ wara (tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi):

Se jittejjeb il-kontenut tar-rappurtaġġ kif indikat hawn fuq, f’konformità mal-obbligi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

L-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-programm għandhom iwettqu valutazzjoni interna meta jitlesta l-Programm Supplimentari.

7. Il-miżuri kontra l-frodi

Il-verifika u l-kontroll intern tar-rappurtaġġ imsemmi hawn fuq se jitwettqu mill-uffiċjali taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, u jkopru kemm l-aspett tekniku kif ukoll dak tal-baġit. Il-Qorti tal-Awdituri se tingħata aċċess għall-verifiki u l-kontrolli interni kollha.

Il-kontroll taċ-ċirkulazzjoni tal-materjali fissili hu kopert mill-Euratom u mill-IAEA.

8. ID-DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. L-għanijiet tal-proposta skont l-ispiża finanzjarja tagħhom

L-approprjazzjonijiet tal-impenn f’miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 |

L-uffiċjali jew il-persunal temporanju[11] (XX 01 01) | A*/AD |

B*, C*/AST |

Il-persunal iffinanzjat[12] permezz tal-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor[13] iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 04/05 |

IT-TOTAL |

8.2.2. Deskrizzjoni tal-ħidmiet imnissla mill-azzjoni

L-unika ħidma li se jwettaq iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka hija l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari. Dan il-persunal taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (AD wieħed u AST wieħed) huwa ffinanzjat għal kollox mill-Programm Supplimentari.

8.2.3. Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

x Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li jridu jinbidlu jew jittawlu

( Postijiet allokati minn qabel fl-eżerċizzju tal-APS/PDB għas-sena n

( Karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura tal-APS/PDB li jmiss

( Karigi li għandhom jitqassmu mill-ġdid bl-użu tar-riżorsi eżistenti fi ħdan is-servizz ta’ ġestjoni (tqassim intern mill-ġdid)

( Karigi meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju tal-APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Infiq amministrattiv ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva) Mhux applikabbli

f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Il-linja tal-baġit (in-numru u l-intestatura) | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL |

Għajnuna teknika u amministrattiva oħra |

- intra muros |

- extra muros |

It-total tal-għajnuna teknika u amministrattiva |

8.2.5. L-ispiża finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha li mhumiex inklużi fl-ammont ta’ referenza

f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

It-tip ta’ riżorsi umani | Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara |

L-uffiċjali u l-persunal temporanju (XX 01 01) |

Il-persunal iffinanzjat permezz tal-Artikolu XX 01 02 (il-persunal awżiljarju, l-SNEs, il-persunal b’kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja tal-baġit) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u tal-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħha (li MHUMIEX inklużi fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu – Uffiċjali u aġenti temporanji |

AD wieħed u AST wieħed huma koperti minn dħul allokat apposta li ġej direttament minn dan il-Programm Supplimentari |

Kalkolu - Persunal iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 |

p.m. |

8.2.6. Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza f'miljuni ta’ EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) |

Is-sena n | Is-sena n+1 | Is-sena n+2 | Is-sena n+3 | Is-sena n+4 | Is-sena n+5 u wara | IT-TOTAL |

XX 01 02 11 01 – Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u konferenzi |

XX 01 02 11 03 – Kumitati[15] |

XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 – Sistemi tat-tagħrif |

2 It-total ta’ nfiq ieħor tal-ġestjoni (XX 01 02 11) |

3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja tal-baġit) |

It-total tal-infiq amministrattiv, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż li għandhom x’jaqsmu magħhom (MHUX inklużi fl-ammont ta' referenza) |

Kalkolu – Infiq amministrattiv ieħor mhux inkluż fl-ammont ta' referenza |

p.m. |

[1] L-Opinjoni tal-1 ta' April 2009.

[2] ĠU L 312, 30.11.2007, p. 29.

[3] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

[4] Trid tinħoloq linja ġdida tal-baġit.

[5] Approprjazzjonijiet mhux iddifferenzjati, minn hawn ’il quddiem imsejħa AMD.

[6] Infiq li ma jaqax fi ħdan il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[7] Infiq li jaqa’ fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[8] Infiq li jaqa’ fi ħdan il-Kapitolu xx 01 minbarra l-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

[9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

[10] Kif deskritt fit-Taqsima 5.3.

[11] Li l-ispiża tagħhom MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[12] Li l-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta' referenza.

[13] Li l-ispiża tiegħu hija inkluża fl-ammont ta' referenza.

[14] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[15] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jagħmel parti minnu.