52009PC0197




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 21.4.2009

KUMM(2009) 197 finali

2009/0059 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

{SEC(2009)531}

{sec(2009)532}

MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. Bħala parti mir-riforma tal-istrumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna għal 2007-2013, li jissostitwixxi aktar minn 30 strumenti legali differenti b’seba’ strumenti ġodda, Regolament (KE) Nru 1905/2006 tat-18 ta’ Diċembru 2006 stabilixxa l-Istrument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (minn issa ‘l quddiem DCI) għall-kooperazzjoni ġeografika ma’ pajjiżi fl-Asja, fl-Asja Ċentrali, u fl-Amerika Latina, kif ukoll l-Iraq, l-Iran, il-Jemen, u l-Afrika t’Isfel.

2. L-għan primarju u dominanti tad-DCI hu l-qerda tal-faqar permezz tat-twettieq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennium. Ir-Regolament għalhekk jipprovdi li miżuri għal programmi ġeografiċi għandhom jissodisfaw il-kriterji għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (GPI) imwaqqfa mill-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (KGI/OKEI).

3. Dan l-iskop limitat ma jwassalx għal djalogu ma’ partijiet bilaterali importanti u ma’ atturi importanti f’fora multilaterali u fl-ambitu tal-governanza globali li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ kuntatti diversifikati. Huwa fl-interess tal-Komunità li tintensifika aktar ir-relazzjoni tagħha ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li huma anke atturi importanti fl-ekonomija dinjija, bħal eżempju l-Indja, iċ-Ċina, il-Brażil u l-Messiku. L-interessi tal-Komunità jmorru wkoll lil hinn mill-eradikazzjoni tal-faqar f’reġjuni bħal Asja Ċentrali u Lvant Nofsani (l-Iraq, l-Iran u l-Jemen), b’mod partikolari fir-rigward ta’ sigurtà tal-enerġija u diplomazija pubblika. Fl-aħħar, il-parti l-kbira tal-Asja u l-Amerika Latina, kif ukoll l-Afrika t’Isfel, jikkonsistu ukoll minn pajjiżi bi dħul medju interessati li jipparteċipaw fi skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, kummerċjali u xjentifiċi mal-Unjoni Ewropea.

4. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni qed tipproponi sabiex issegwi l-Azzjonijiet Preparatorji mwaqqfa permezz tal-proċeduri tal-baġit tal-2007 u l-2008, b’proposti leġiżlattivi sabiex jintroduċu finanzjament stabbli għal kooperazzjoni bħal din u għal miżuri li ma jissodisfawx il-kriterji għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp.

5. Peress li l-għan hu simili għal dak li hemm fir-Regolament (KE) Nru 1934/2006, qed jiġi propost li l-iskop ġeografiku ta’ dan tal-aħħar jiġi estiż għal pajjiżi li għalihom japplika r-Regolament DCI, u li tiżdied ammont ta’ referenza għal kooperazzjoni bħal din ta’ EUR 176 miljun għall-perjodu 2010-2013.

6. Ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna identifikat inkonsistenzi fid-dispożizzjonijiet li jeskludu spejjeż relatati ma’ taxxi, dazji jew ħlasijiet oħra bħala ineleġibbli. Minħabba konsistenza, qed jiġi propost sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati mal-istrumenti l-oħra.

7. Il-proposta hi akkumpanjata minn Valutazzjoni ta' Impatt biex tiżgura l-kompatibbilità bejn il-politiki relevanti tal-Komunità.

2009/0059 (CNS)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 181a tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1) Sa mill-2007 il-Komunità ssimplifikat il-kooperazzjoni ġeografika tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Amerika Latina u mal-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t’Isfel taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabilixxi strument ta' finanzjament tal-koperazzjoni għall-iżvilupp (DCI)[1]

(2) L-għan primarju u dominanti tar-Regolament (KE) Nru 1905/2006 hu l-qerda tal-faqar permezz tat-twettieq tal-Għanijiet tal-Iżvilupp tal-Millennium. L-iskop tal-kooperazzjoni għal programmi ġeografiċi mal-pajjiżi, territorji u reġjuni li qed jiżviluppaw li huma stabbiliti taħt ir-Regolament hu limitat aktar b’mod materjali għal miżuri ta' finanzjament maħsubin biex jissodisfaw il-kriterji għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (GPI) mwaqqfa mill-Kumitat tal-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (KGI/OKEI).

(3) Huwa fl-interessi tal-Komunità sabiex ir-relazzjonijiet tagħha jiġu intensifikati aktar mal-pajjiżi kkonċernati li għadhom qed jiżviluppaw, li huma msieħba bilaterali importanti u atturi importanti f’fora multilaterali u f’governanza globali li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni diversifikata tar-relazzjonijiet, b’mod partikolari f’oqsma bħal skambji ekonomiċi, kummerċjali, akkademiċi, ta’ negozju u xjentifiċi. Hi għalhekk għandha bżonn strument finanzjarju li jippermetti l-finanzjament ta’ dawn il-miżuri li, min-natura tagħhom, ma jikkwalifikawx bħala Għajnuna Pubblika għall-Iżvillupp

(4) Għal dak il-għan, erba’ Azzjonijiet Preparatorji ġew imħejjija fil-proċeduri tal-baġit tal-2007 u l-2008 sabiex tibda kooperazzjoni msaħħa skont punt (b) tal-Artikolu 49(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej;[2] skambji ta’ negozju u xjentifiċi mal-Indja; skambji ta’ negozju u xjentifiċi maċ-Ċina; kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Asja; u kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina. Taħt l-istess Artikolu tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura leġiżlattiva, flimkien mal-Azzjonijiet Preparatorji, għandha tiġi konkluża qabel it-tmien tat-tielet sena finanzjarja.

(5) L-għanijiet u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli[3] huma xierqa sabiex titkompla din il-kooperazzjoni msaħħa mal-pajjiżi li jaqgħu taħt ir-Regolament (KE) Nru 1905/2006. Għal dak il-għan, huwa meħtieġ li jiġi estiż l-iskop ġeografiku tar-Regolament (KE) Nru.1934/2006 u sabiex jiġi pprovdut pakkett finanzjarju sabiex ikopri l-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

(6) Ir-reviżjoni tal-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji ta’ azzjoni esterna identifikat inkonsistenzi fid-dispożizzjonijiet li jeskludu spejjeż relatati ma’ taxxi, dazji jew ħlasijiet oħra bħala ineleġibbli. Minħabba konsistenza, qed jiġi propost sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu armonizzati mal-istrumenti l-oħra.

(7) Għalhekk ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1934/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) It-titolu tar-Regolament huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1934/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli u ma’ pajjżi li qed jiżviluppaw u li jaqgħu taħt Regolament (KE) Nru 1905/2006''.

(2) L-Artikolu 1 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 1

L-għan

1. Il-finanzjament Komunitarju għandu jsostni kooperazzjoni ekonomika, finanzjarja u teknika u forom oħrajn ta' kooperazzjoni li jaqgħu fi ħdan l-isferi ta' kompetenza tagħha, ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli u ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw u li jaqgħu taħt Regolament (KE) Nru 1905/2006.

2. L-għan primarju ta' kooperazzjoni ma' dawn il-pajjiżi u territorji msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun li jipprovdi rispons speċifiku għall-ħtieġa li jissaħħu r-rabtiet u li jkun hemm impenn aktar magħhom fuq bażi bilaterali, reġjonali jew multilaterali sabiex jinħoloq ambjent aktar favorevoli għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet tal-Komunità ma' dawn il-pajjiżi u territorji u jiġi inkoraġġut id-djalogu waqt li jiġu promossi l-interessi Komunitarji."

(3) L-Artikolu 2 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1. Il-kooperazzjoni għandha tkun immirata biex isir impenn ma' msieħba li jaqsmu strutturi u valuri politiċi, ekonomiċi u istituzzjonali simili għall-Komunità u li huma msieħba u atturi bilaterali importanti f'fora multilaterali u fil-governanza globali. Il-kooperazzjoni tkopri wkoll imsieħba li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ rabtiet.

2. Għall-iskop ta' dan ir-Regolament, pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli għandhom jinkludu pajjiżi u territorji elenkati fl-Anness I u pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw għandhom jinkludu pajjiżi elenkati fl-Anness II. Dawn huma minn hawn 'il quddiem imsejħa "pajjiżi msieħba". Madankollu, f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi meta tkun qed tadotta l-programmi ta' azzjoni msemmija fl-Artikolu 6 li pajjiżi mhux elenkati fl-Annessihuma eliġibbli, fejn il-proġett jew il-programm li għandu jiġi implimentat huwa ta' natura reġjonali jew transkonfinali. Jistgħu jsiru dispożizzjonijiet għal dan fil-programmi ta' kooperazzjoni multiannwali msemmija fl-Artikolu 5. Il-Kummissjoni għandha temenda l-listi fl-Annessi I u II skont reviżjonijiet regolari tal-OKEI/KGI tal-lista tagħha ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw u għandha tinforma lill-Kunsill b'dan”.

(4) L-Artikolu 8(3) jinbidel b'dan li ġej:

“Finanzjament Komunitarju m'għandux, bħala prinċipju, jintuża biex jitħalsu taxxi, dazji jew spejjeż fil-pajjiżi msieħba.”

(5) L-Artikolu 16 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 16

Dispożizzjonijiet finanzjarji

L-ammont finanzjarju ta’ referenza għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għall-perjodu mill-2007 sal-2013 għandu jkun ta’ EUR 172 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness I u EUR 176 miljun għall-pajjiżi elenkati fl-Anness II. L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-qafas finanzjarju.”

(6) Fl-Anness, it-titlu jiġi sostitwit b' dan li ġej:

“ANNESS I – Lista ta’ pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli koperti minn dan ir-Regolament”.

(7) Jiżdied l-Anness II il-ġdid, li t-test tiegħu jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

Anness

“ANNESS II

Lista ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw koperti minn dan ir-Regolament

L-Amerika Latina1. L-Arġentina

2. Il-Bolivja

3. Il-Brażil

4. Iċ-Ċilì

5. Il-Kolumbja

6. Il-Kosta Rika

7. Kuba

8. L-Ekwador

9. El Salvador

10. Il-Gwatemala

11. Il-Ħonduras

12. Il-Messiku

13. In-Nikaragwa

14. Il-Panama

15. Il-Paragwaj

16. Il-Perù

17. L-Urugwaj

18. Il-VenezwelaL-Asja

19. L-Afganistan

20. Il-Bangladexx

21. Il-Bhutan

22. Il-Kambodja

23. Iċ-Ċina

24. L-Indja

25. L-Indoneżja

26. Ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

27. Il-Laos

28. Il-Malasja

29. Il-Maldive

30. Il-Mongolja

31. Il-Mjanmar/Burma

32. In-Nepal

33. Il-Pakistan

34. Il-Filippini

35. Sri Lanka

36. It-Tajlandja

37. Il-Vjetnam

L-Asja Ċentrali

38. Il-Każakastan

39. Ir-Repubblika Kirgiża

40. It-Taġikistan

41. It-Turkmenistan

42. L-UżbekistanIl-Lvant Nofsani

43. L-Iran

44. L-Iraq

45. Il-JemenL-Afrika t’Isfel

46. L-Afrika t’Isfel

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1. L-ISEM TAL-PROPOSTA:

Regolament tal-Kunsill li jemenda Regolament (KE) Nru 1934/2006 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni ma' pajjiżi u territorji industrijalizzati u oħrajn bi dħul għoli.

2. IL-QAFAS TAL-ABM / ABB

19 09 – Relazzjoni mal-Amerika Latina

19 10 – Relazzjoni mal-Asja, l-Asja Ċentrali u l-Lvant Nofsani (l-Iraq, l-Iran, il-Jemen)

21 06 – Kooperazzjoni ġeografika mal-Istati tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP)

3. IL-LINJI TAL-BAĠIT

3.1. Linji tal-baġit (linji ta' tħaddim u linji ta’ assistenza teknika u amministrattiva relatati (ex-linji BA)) li jinkludu l-intestaturi:

Intestatura 4 – Relazzjoni Esterni

LB . 19.09.02 — Attivitajiet ta’ kooperazzjoni għajr Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp fl-Amerika Latina

LB għandu jkun intitolat mill-ġdid PDB 2010 fuq il-bażi tal-“Azzjonijiet Preparatorji – Kooperazzjoni mal-pajjiżi bi dħul medju fl-Amerika Latina"

LB. 19.10.04 – Attività ta’ kooperazzjoni għajr Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (l-Asja, l-Asja Ċentrali, l-Iran, l-Iraq, u l-Jemen)

LB ġdid mitluba fil-PDB 2010 sabiex ikomplu fuq l-Azzjonijiet Preparatorji taħt LB 19 10 01 03, 19 10 01 04, u 19 10 01 05.

LB . 21.06.06 — Attivitajiet ta’ kooperazzjoni għajr Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (l-Afrika t’Isfel)

LB ġdid mitlub fil-PDB 2010

3.2. It-tul tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

L-azzjoni proposta tkopri l-perjodu 2010-2013.

3.3. Il-karatteristiċi baġitarji (żid il-linji jekk meħtieġ):

Linja baġitarja | Tip ta’ Nefqa | Ġdida | Parteċipazzjoni EFTA | Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi applikanti | Intestatura fil-perspettiva finanzjarja |

19 09 02 | Mhux obblig. | Diff | IVA (Titolu mill-ġdid) | LE | LE | Nru.4 |

19 10 04 | Mhux obblig. | Diff | IVA | LE | LE | Nru 4 |

21 06 06 | Mhux obblig. | Diff | IVA | LE | LE | Nru 4 |

4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI

4.1. Ir-Riżorsi Finanzjarji

4.1.1. Sommarju tal-approprjazzjonijiet għall-impenji (AI) u l-approprjazzjonijiet għall-ħlas (AĦ)

Sors tal-finanzjament:

1) Approprjazzjonijiet addizzjonali huma mitluba biss għall-kontinwazzjoni tal-azzjonijiet preparatorji (Għan 1: Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE). Dan l-ammont jikkorisspondi għal EUR 67.5 miljun u se jkun allokat mill-marġini kif miġjub fit-tabella hawn taħt.

2) L-EUR 108.5 miljun l-ieħor se jiġi ffinanzjat permezz tal-allokazzjoni mill-ġdid mill-pakketti ġeografiċi DCI korrispondenti. Għanijiet 2 (UE mobilità EMEWC) u għan 3 (attivitajiet mhux GPI oħra) se jiġu ffinanzjati totalment permezz tal-allokazzjoni mill-ġdid mill-pakketti ġeografiċi rispettivi DCI. Madanakollu, il-pakketti ġeografiċi indikattivi taħt anness IV tar-Regolament DCI mhumiex modifikati.

Bħala riżultat, għalkemm il-pakkett finanzjarju jammonta għal EUR 176 miljun, l-impatt baġitarju hu EUR 67.5 miljun.

Fit-tabella hawn taħt, approprjazzjonijiet addizzjonali biss allokati mill-marġini huma mniżżla.

Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tip ta’ nefqa | Nru tat-Taqsima | 2009 | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | n + 5 u ta’ wara | Totali |

Spejjeż operattivi[4] |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji (AI) | 8.1 | a | 0 | 15.0 | 17.5 | 17.5 | 17.5 | 0 | 67.5 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet (AĦ) | b | 0 | 7.0 | 15.0 | 18.0 | 18.0 | 9.5 | 67.5 |

Nefqa amministrattiva fl-ambitu tal-ammont ta’ referenza[5] |

Għajnuna teknika u amministrattiva (NDA) | 8.2.4 | c |

L-AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA |

Approprjazzjonijiet għall-Impenji | a + c | 0 | 15.0 | 17.5 | 17.5 | 17.5 | 0 | 67.5 |

Approprjazzjonijiet għall-Ħlasijiet | b+ċ | 0 | 7.0 | 15.0 | 18.0 | 18.0 | 9.5 | 67.5 |

Nefqa amministrattiva mhux inkluzi fl-ammont ta' referenza[6] |

Riżorsi umani u l-infiq assoċjat (NDA) | 8.2.5 | d |

Spejjeż amministrattivi, għajr ir-riżorsi umani u spejjeż assoċjati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (NDA) | 8.2.6 | e |

Spiża finanzjarja indikattiva totali tal-intervent

TOTAL AI, inklużi spejjeż ta' Riżorsi Umani | a+ċ+d+e | 0 | 15.0 | 17.5 | 17.5 | 17.5 | 0 | 67.5 |

TOTAL tal-AĦ inkluża n-nefqa tar-Riżorsi Umani | b+ċ+d+e | 0 | 7.0 | 15.0 | 18.0 | 18.0 | 9.5 | 67.5 |

Id-dettalji tal-kofinanzjament

F’każ li l-proposta tinvolvi kofinanzjament mill-Istati Membri, jew minn entitajiet oħrajn (jekk jogħġbok speċifika liema), għandha tiġi indikata stima tal-livell ta’ dan il-kofinanzjament fit-tabella t'hawn taħt (jistgħu jiżdiedu aktar linji f’każ li entitajiet differenti huma previsti għall-għoti tal-kofinanzjament):

Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali.

L-entità ta’ kofinanzjament | Sena n | n+1 | n+2 | n+3 | n+4 | n + 5 u ta’ wara | Totali |

…………………… | f |

TOTAL AI inkluż il-kofinanzjament | a+c+d+e+f |

4.1.2. Kompatibbiltà mal-Ipprogrammar Finanzjarju

Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju eżistenti.

X Il-proposta teħtieġ ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

( Il-proposta jista’ jkollha bżonn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[7] (i.e. l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

4.1.3. Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

( Il-Proposta m’għandha l-ebda implikazzjonijiet finanzjarji fuq id-dħul

( Il-proposta għandha implikazzjonijiet finanzjarji – l-effett fuq id-dħul hu kif ġej:

NB: Kull dettall u osservazzjoni dwar il-mod kif jinħadem l-effett fuq id-dħul għandu jitniżżel f'anness separat.

EUR miljun (sa punt deċimali wieħed)

Qabel l-azzjoni [Sena n - 1] | Sitwazzjoni wara azzjoni |

Numru totali ta’ riżorsi umani |

5. KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

Dettalji relatati mal-kuntest tal-proposta huma meħtieġa fil-Memorandum ta’ Spjegazzjoni. Din it-taqsima tad-Dikjarazzjoni Finanzjarja Leġiżlattiva għandha tinkludi l-informazzjoni komplementari speċifika li ġejja:

5.1. Għandhom jintlaħqu fi żmien twil jew qasir

Il-proposta leġiżlattiva hi akkumpanjata minn Valutazzjoni ta' Impatt li tagħti dettalji dwar il-bżonnijiet li għandhom jintlaħqu.

Din il-proposta hi segwitu leġiżlattiv għall-Azzjonijiet Preparatorji (APs) li ġew imwaqqfa permezz tal-proċedura tal-baġit 2007 u 2008. Din il-proposta għandha l-għan li timla’ n-nuqqas leġiżlattiv dwar l-iskop limitat tal-Istrument ta’ Kooperazzjoni fl-Iżvilupp (DCI) li jkopri l-kooperazzjoni ġeografika ma’ pajjiżi fl-Asja, l-Asja Ċentrali, l-Amerika Latina u mal-Iraq, l-Iran, il-Jemen u l-Afrika t’Isfel.

Il-pakkett ġie vvalutat għal EUR 176 miljun.

L-erba' Azzjonijiet Preparatorji tul l-2007-2009 ġew iffinanzjati mill-marġini fuq inizzjattiva tal-awtorità tal-baġit. Attivitajiet relatati mas-segwitu ta’ dawn l-azzjonijiet jammontaw għal EUR 67.5 miljun. Il-bżonnijiet l-oħra li għandhom jiġu koperti (EUR 108.5 miljun) jittrattaw dwar il-mobilità għall-istudenti tal-UE taħt Erasmus Mundus u attivitajiet maħsuba taħt il-pakkett DCI iżda mhux eleġibbli minħabba l-iskop limitat dwar l-eliġibilità għal Għajnuna Pubblika għall-Iżvilupp (e.ż. programmi ta’ viżibilità, assistenza teknika f’oqsma relatati mal-enerġija).

5.2. Il-valur miżjud tal-involviment Komunitarju u l-koerenza tal-proposta mal-istrumenti finanzjarji l-oħra u s-sinerġija possibbli

L-estensjoni ġeografika tar-Regolament ICI se tippermetti għal djalogu ma’ partijiet bilaterali importanti u ma’ atturi importanti f’fora multilaterali u fl-ambitu tal-governanza globali li magħhom il-Komunità għandha interess strateġiku fil-promozzjoni ta’ kuntatti diversifikati. Huwa fl-interess tal-Komunità li tintensifika aktar ir-relazzjoni tagħha ma’ pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw u li huma anke atturi importanti fl-ekonomija dinjija, bħal eżempju l-Indja, iċ-Ċina, il-Brażil jew l-Afrika t’Isfel. L-interessi tal-Komunità jmorru wkoll lil hinn mill-eradikazzjoni tal-faqar f’reġjuni bħal Asja Ċentrali u Lvant Nofsani, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sigurtà tal-enerġija u diplomazija pubblika. Fl-aħħar, parti kbira mill-Asja u l-Amerika Latina huma wkoll Pajjiżi bi Dħul Medju interessati sabiex jidħlu fi djalogu mal-Unjoni Ewropea għal skambji li jmorru lil hinn mill-Għajnuna Pubblika għall-Iżvillupp.

5.3. Għanijiet, riżultati previsti u indikaturi relatati tal-proposta fil-kuntest tal-qafas ABM

Ir-regolament propost se jipprovdi fondi għal programmi u proġetti li jissodisfaw l-għanijiet operazzjonali prinċipali li ġejjin:

L-Għan Nru 1:

- Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE

L-Għan Nru 2:

- Konnessjonijiet ta’ Nies ma’ nies/kooperazzjoni fl-edukazzjoni

L-Għan Nru 3:

- Diplomazija u sensibilizzazzjoni pubblika

- Djalogi :

- Proġetti ta’ kooperazzjoni li ma jissodisfawx il-kriterji GPI

19 09:

- Aċċess Ewropew imtejjeb għas-swieq tal-Amerika Latina mill-komunitajiet Ewropej ta’ negozju, tal-industrija u ta’ riċerka.

- Tassigura partiċipazzjoni Ewropea għall-Opportunitajiet ta’ Kooperazzjoni Esterna ta’ Erasmus Mundus .

- Livell ta’ tagħrif imtejjeb u fehma tajba tal-politiki prinċipali tal-UE u tal-għanijiet strateġiċi.

19 10

- Aċċess imtejjeb tas-swieq Ewropej għas-swieq Asjatiċi waqt li jwettqu l-interessi tal-komunitajiet Ewropej ta’ negozju, tal-industrija u ta’ riċerka b’enfasi partikolari fuq teknoloġiji nodfa u sostenibbli u attenzjoni speċjali fuq tisħiħ tal-preżenza kummerċjali tal-SMEs Ewropej fl-Asja; Progress lejn titjib tal-kummerċ u kundizzjonijiet tal-investiment;

- Livell ta’ tagħrif imtejjeb u fehma tajba tal-UE; Tassigura u żżid partiċipazzjoni Ewropea għall-Opportunitajiet ta’ Kooperazzjoni Esterna ta’ Erasmus Mundus (EMECW);

- Tassigura partiċipazzjoni fil-Fieri Ewropej tal-Edukazzjoni fl-livell mill-anqas indaqs għal dak miksub b’suċċess fil-passat.

- Progress fl-aġenda kooperattiva aktar wiesà dwar l-enerġija, b’mod partikolari fl-Asja Ċentrali;

21 06

- Tassigura parteċipazzjoni Ewropea għall-Opportunitajiet ta’ Kooperazzjoni Esterna ta’ Erasmus Mundus .

- Progress fl-aġendas kooperattivi aktar wiesà dwar kwistjonijiet bħal enerġija, xjenza u teknoloġija jew trasport, inkluż progress lejn titjib tal-kummerċ u tal-kundizzjonijiet tal-investiment;

EUR miljuni | 2010 | 2011 | 2012 | 2013 | TOTAL |

L-Asja | 16.5 | 19.5 | 20.5 | 21.0 | 77.5 |

Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE (Azzjonijiet Preparatorji li jsegwu). | 12.0 | 13.0 | 14.0 | 14.0 | 53.0 |

Mobilità UE EMEWC | 3.0 | 5.0 | 5.0 | 5.5 | 18.5 |

Azzjonijiet oħra mhux-GPI | 1.5 | 1.5 | 1.5 | 1.5 | 6.0 |

L-Amerika Latina | 11.5 | 16.0 | 16.0 | 16.0 | 59.5 |

Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE (Azzjonijiet Preparatorji li jsegwu). | 3.0 | 4.0 | 4.0 | 4.0 | 15.0 |

Mobilità UE EMEWC | 0.5 | 5.0 | 5.0 | 5.0 | 15.5 |

Azzjonijiet oħra mhux-GPI | 8.0 | 7.0 | 7.0 | 7.0 | 29.0 |

L-Asja Ċentrali | 4.0 | 6.0 | 6.0 | 6.0 | 22.0 |

Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE (Azzjonijiet Preparatorji li jsegwu). | - | - | - | - | - |

Mobilità UE EMEWC | 1.0 | 2.0 | 2.0 | 2.0 | 7.0 |

Azzjonijiet oħra mhux-GPI | 3.0 | 4.0 | 4.0 | 4.0 | 15.0 |

L-Iraq, l-Iran, il-Jemen | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 2.5 | 10.0 |

Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE (Azzjonijiet Preparatorji li jsegwu). | - | - | - | - | - |

Mobilità UE EMEWC | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 0.5 | 2.0 |

Azzjonijiet oħra mhux-GPI | 2.0 | 2.0 | 2.0 | 2.0 | 8.0 |

L-Afrika t’Isfel | - | 1.0 | 3.0 | 3.0 | 7.0 |

Promozzjoni tal-isħubija ekonomika u negozju fl-interessi tal-UE (Azzjonijiet Preparatorji li jsegwu). | - | - | - | - | - |

Mobilità UE EMEWC | - | 1.0 | 2.0 | 2.0 | 5.0 |

Azzjonijiet oħra mhux-GPI | - | - | 1.0 | 1.0 | 2.0 |

Pakkett Totali | 34.5 | 45.0 | 48.0 | 48.5 | 176.0 |

5.4. Il-Metodu ta' Implimentazzjoni (indikattiv)

L-implimentazzjoni se tkun amministrazzjoni ċentralizzata direttament mill-Kummissjoni, u għall-komponent tal-mobilità tal-UE tal-Erasmus Mundus ECW mill-Aġenzija Eżekuttiva EAC.

6. IS-SORVELJANZA U L-EVALWAZZJONI

6.1. Sistema ta’ monitoraġġ

Il-programmi se jsegwu sistema regolari ta’ monitoraġġ.

6.2. Valutazzjoni

6.2.1. Evalwazzjoni ex-ante

L-implimentazzjoni tad-DCI, l-Azzjonijiet Preparatorji u l-Valutazzjoni tal-Impatt jipprovdu għal valutazzjoni ex-ante proporzjonata.

6.2.2. Miżuri meħuda wara evalwazzjoni intermedjarja jew ex post (tagħlim meħud minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

L-Azzjonijiet Preparatorji se jiġu valutati.

6.2.3. It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni futura

Ir-regolament ICI jipprovdi għal valutazzjonijiet regolari.

7. MIżURI GħAL KONTRA L-FRODI

Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u l-ġlieda kontra l-frodi u l-irregolaritajiet jiffurmaw parti integrali mir-Regolament ICI.

Tingħata attenzjoni partikolari għax-xorta ta’ nfiq (eliġibbiltà ta’ infiq), għar-rispett lejn il-baġits (nfiq attwali) u għall-verifika tal-informazzjoni ta’ appoġġ u ta’ dokumentazzjoni rilevanti (prova ta’ nfiq).

8. DETTALJI TAR-RIŻORSI

8.1. Għanijiet tal-proposta f’termini tal-ispiża finanzjarja tagħhom

Approprjazzjonijiet għall-impenn f’EUR miljuni (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 |

Uffiċjali jew persunal temporanji[10] | A*/AD |

B*, C*/AST |

Persunal iffinanzjat[11] permezz tal-Artikolu XX 01 02 |

Persunal ieħor[12] iffinanzjat mill-Art. XX 01 04/05 |

TOTAL |

8.2.2. Id-deskrizzjoni tal-eżerċizzji li jirriżultaw mill-azzjoni

8.2.3. Sorsi tar-riżorsi umani (statutorji)

(Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors)

( (Postijiet attwalment allokati għall-ġestjoni tal-programm li jkun irid jinbidel jew jittawwal

( (Postijiet allokati minn qabel fl-ambitu tal-eżerċizzju APS/PDB għas-sena n

( (Postijiet li ser jintalbu fil-proċedura APS/PDB li jmiss

( (Postijiet li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu tar-riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

( (Postijiet meħtieġa għas-sena n għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju APS/PDB tas-sena kkonċernata

8.2.4. Nefqa Amministrattiva Oħra inkluża fl-ammont ta' referenza (XX 01 04/05 - In-nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Linja baġitarja (numru u intestatura) | Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

Assistenza teknika u amministrattiva oħra |

-intra muros |

-extra muros |

Għajnuna Teknika u amministrattiva totali |

8.2.5. Spiża finanzjarja tar-riżorsi umani u spejjeż assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza

Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

Tipi ta' riżorsi umani | Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara |

Uffiċjali u persunal temporarju (XX 01 01) |

Persunal iffinanzjat permezz tal-Art XX 01 02 (awżiljarju, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja baġitarja) |

L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ

Kalkolu - Persunal iffinanzjat fl-ambitu tal-Art. XX 01 02

Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk ikun meħtieġ

8.2.6. Spejjeż oħra amministrattivi mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza Miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali) |

Sena n | Sena n+1 | Sena n + 2 | Sena n + 3 | Sena n + 4 | Sena n + 5 u wara | TOTAL |

XX 01 02 11 01 — Missjonijiet |

XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi |

XX 01 02 11 03 — Kumitati[14] |

XX 01 02 11 04 — Studji u konsultazzjonijiet |

XX 01 02 11 05 — Sistemi ta’ informazzjoni |

2 Nefqa Oħra ta’ Ġestjoni Totali (XX 01 02 11) |

3 Nfiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika u inkludi r-referenza għal-linja baġitarja) |

In-nefqa Amministrattiva Totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inklużi fl-ammont ta’ referenza) |

Kalkolu — Infiq ieħor amministrattiv mhux inkluż fl-ammont ta’ referenza

[1] ĠU L 378, 27.12.2006, p. 41.

[2] Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġtt ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

[3] ĠU L 405, 30.12.2006, p. 41. verżjoni korretta: ĠU L 29, 3.2.2007, p. 16).

[4] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx O1 tat-Titolu xx ikkonċernat.

[5] Spejjeż skont l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

[6] Nefqa skont il-Kapitlu xx 01 barra mill-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05

[7] Ara l-punti 19 u 24 tal-ftehim Interistituzzjonali.

[8] Jistgħu jiżdiedu kolonni addizzjonali jekk ikun hemm bżonn, jiġifieri jekk it-tul taż-żmien tal-azzjoni jaqbeż is-sitt snin.

[9] Kif deskritt taħt it-Taqsima 5.3.

[10] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ riferenza.

[11] L-ispiża tiegħu MHIX koperta mill-ammont ta’ referenza.

[12] Spejjeż tiegħu huma inklużi fl-ammont ta’ referenza.

[13] Għandha ssir referenza għad-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva speċifika għall-Aġenzija/i Eżekuttiva/i kkonċernata/i.

[14] Speċifika t-tip ta’ kumitat u l-grupp li jappartjeni għalih.