Proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. /* KUMM/2009/0117 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 12.3.2009 KUMM(2009) 117 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1) IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Il-bażi u l-għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien mill-importazzjoni ta’ prodotti li huma oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendata l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jikkonċerna l-importazzjoni ta' ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. | 120 | Il-kuntest ġenerali Din il-proposta hi magħmula fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hi r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skont ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stabbiliti fir-Regolament bażiku. | 139 | Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. | 141 | Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. | 2) IL-KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TAL-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 219 | L-applikanti u l-industrija Komunitarja ġew infurmati bis-sejbiet tal-istħarriġ u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. | Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert | 229 | Ma kien hemm ebda ħtieġa għall-għarfien espert estern. | 230 | Evalwazzjoni tal-impatt Din il-proposta hi r-riżultat tal-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix evalwazzjoni tal-impatt ġenerali iżda fih lista eżawrjenti ta’ kundizzjonijiet li jridu jiġu evalwati. | 3) L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sommarju tal-azzjoni proposta Bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005, il-Kunsill impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Minħabba li hemm numru kbir ta’ produtturi esportaturi tal-prodott ikkonċernat fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri saret billi ttieħdu l-kampjuni. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 jagħti l-possibbiltà li l-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw ċerti kriterji jingħataw l-istess trattament bħal dik li ngħatat lill-kumpaniji li kkooperaw mingħajr ma kienu inklużi fil-kampjun ('trattament ta’ produttur esportatur ġdid' jew 'NEPT'). Sitt kumpaniji talbu trattament ta' produttur esportatur ġdid u t-talbiet tagħhom ġew eżaminati. Għalhekk huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament, li jistabbilixxi l-ismijiet u r-rati tad-dazju tal-kumpaniji li jingħatalhom it-trattament ta' produttur esportatur ġdid. Dan ir-Regolament għandu jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. | 310 | Il-bażi legali Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta’prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 (“ir-Regolament bażiku”). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. | 329 | Prinċipju ta' sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Komunità. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax. | Prinċipju ta' proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għal dawn ir-raġunijiet: | 331 | Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ma jħalli ebda ambitu għal deċiżjoni nazzjonali. | 332 | indikazzjoni ta' kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi minimizzat u proporzjonat mal-għan tal-proposta, ma tapplikax. | L-għażla tal-istrumenti | 341 | L-istrumenti proposti: Ir-Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux adegwati għar-raġuni li ġejja: ir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. | 4) IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Il-proposta m’għandha ebda implikazzjoni għall-baġit Komunitarju. | Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjoni ta’prodotti li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea[1] (ir-Regolament bażiku), Wara li kkunsidra l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 tal-25 ta’ Lulju 2005 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti prodotti tal-ħadid fondut li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina[2], Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara li kkonsultat mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: A. MIŻURI FIS-SEĦĦ 1. Bir-Regolament (KE) Nru 1212/2005, il-Kunsill impona dazju definittiv kontra d-dumping fuq l-importazzjoni fil-Komunità ta’ prodotti tal-ħadid fondut li ma jistax jinħadem tat-tip użat biex jgħatti sistemi fl-art jew taħt l-art u partijiet tagħhom u/jew jagħti aċċess għalihom, kemm jekk ikunu maħdumin bil-magni jew le, miksijin jew miżbugħin jew iffitjati b'materjali oħra, minbarra idranti tat-tifi tan-nar, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Popli taċ-Ċina (RPĊ) ('il-prodott ikkonċernat'), normalment ikklassifikat bil-kodiċijiet NM 7325 10 50, 7325 10 92 u qabel 7325 10 99 (kodiċi Taric 7325 10 99 10). Billi kien hemm numru kbir ta’ partijiet li kkooperaw, ittieħed kampjun ta’ produtturi esportaturi Ċiniżi waqt l-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri. 2. Il-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjuni ġew attribwiti rati individwali tad-dazju li ġew stabbiliti waqt l-investigazzjoni. Dawk il-kumpaniji li kkooperaw imma ma ttiħdux bħala kampjuni li ngħataw trattament tal-ekonomija tas-suq (‘MET’), b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, ġew attribwiti d-dazju kontra d-dumping ta’ 0 % li ġie stabbilit għall-kumpanija unika li ttieħdet bħala kampjun li ngħatat il-MET. Il-kumpaniji li kkooperaw li ma ttiħdux bħala kampjuni u li ngħataw trattament individwali ('TI'), skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku, irċevew id-dazju ta’ piż medju differenzjat ta’ 28,6 % li ġie stabbilit għall-kumpaniji li ttieħdu bħala kampjuni li ngħataw it-TI. Fuq il-kumpaniji kollha l-oħra ġie impost dazju mal-pajjiż kollu ta’ 47,8 %. 3. L-Artikolu 1(4) tar-Regolament (KE) Nru 1212/2005 jagħti l-possibbiltà lill-produtturi esportaturi Ċiniżi li jissodisfaw l-erba’ kriterji stipulati f’dan l-Artikolu li jingħataw l-istess trattament bħal dak imsemmi fil-premessa (2) hawn fuq għall-kumpaniji li kkooperaw mingħajr ma kienu inklużi fit-teħid ta’ kampjun ('Trattament ta’ Produttur Esportatur Ġdid' jew 'NEPT'). B. IT-TALBIET TAL-PRODUTTURI ESPORTATURI ĠODDA 4. Sitt kumpaniji talbu li jingħataw l-NEPT. Sussegwentement, waqt l-investigazzjoni, kumpanija waħda rtirat it-talba tagħha. 5. Sar eżami biex jiġi ddeterminat jekk kull applikant jissodisfax il-kriterji biex jingħata l-NEPT kif stipulat fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005, billi jiġi vverifikat li: 6. ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità waqt il-perjodu tal-investigazzjoni li l-miżuri ġew ibbażati fuqu (mill-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004) (l-ewwel kriterju); 7. mhux konness ma’ ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma suġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imposti minn dan ir-Regolament (it-tieni kriterju); 8. huwa esporta l-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew għandu obbligu irrevokabbli li jesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità (it-tielet kriterju); 9. jopera taħt kundizzjonijiet tal-ekonomija tas-suq kif definiti fl-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew alternattivament li jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa biex ikollu dazju individwali applikat skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku (ir-raba’ kriterju). 10. Billi r-raba’ kriterju jimplika li l-applikanti jissottomettu talba għat-Trattament tal-Ekonomija tas-Suq (‘TES’) u/jew għat-Trattament Individwali ('TI'), il-Kummissjoni bagħtet formoli għat-talba tal-MET u tat-TI lill-applikanti Ċiniżi kollha. Ħames kumpaniji applikanti Ċiniżi talbu l-MET skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku. Kumpanija waħda talbet biss l-IT skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. 11. Intbagħtu l-kwestjonarji lill-applikanti kollha li ġew mitluba biex jagħtu provi li jissodisfaw il-kriterji msemmija hawn fuq. 12. Il-produtturi esportaturi li jissodisfaw dawn il-kriterji jistgħu, skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005, jingħataw jew ir-rata tad-dazju ta’ 0 % li tapplika għall-kumpaniji li ngħataw l-MET b’konformità mal-Artikolu 2(7)(c) tar-Regolament bażiku, jew ir-rata ta’ piż medju differenzjata tad-dazju ta’ 28,6 % li hi applikabbli għall-kumpaniji li ngħataw it-TI individwali b’konformità mal-artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. 13. Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li qieset li kien meħtieġ biex jiġi ddeterminat li l-erba’ kriterji stipulati fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 kienu sodisfatti. C. TISJIB 14. Meta ġew eżaminati t-talbiet instab li żewġ kumpaniji ma kinux esportaw lejn il-Komunità il-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqha kienu bbażati l-miżuri, u l-anqas ma kellhom obbligu kuntrattwali irrevokabbli li jesportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx it-tielet kriterju msemmi fil-premessa (5) ta’ hawn fuq u għalhekk ma setgħux jingħataw l-NEPT. 15. Żewġ produtturi esportaturi Ċiniżi ma setgħux jippruvaw li ma kellhom l-ebda konnessjoni ma’ xi esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping li ġew imposti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005; fil-fatt, ma rnexxilhomx jirrifjutaw il-provi li tassew kienet teżisti din il-konnessjoni. Dawn il-kumpaniji ma ssodisfawx it-tieni kriterju msemmi fil-premessa (5) ta’ hawn fuq u għalhekk ma setgħux jingħataw l-NEPT. 16. Produttur esportatur Ċiniż, Weifang Stable Casting, li talab biss it-TI, wera biżżejjed provi li jissodisfa l-erba’ kriterji li huma msemmija fil-premessa (5) ta’ hawn fuq. Din il-kumpanija setgħet fil-fatt turi li i) ma kenitx esportat il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità waqt il-perjodu tal-1 ta’ April 2003 sal-31 ta’ Marzu 2004, ii) mhijiex konnessa ma’ ebda wieħed mill-esportaturi jew produtturi fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li huma soġġetti għall-miżuri kontra d-dumping imposti mir-Regolament (KE) Nru 1212/2005, iii) fil-fatt kienet bdiet tesporta kwantità sinifikanti tal-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità mis-sena 2008, iv) tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tat-TI u għalhekk tista' tingħata dazju individwali skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dan il-produttur seta’ jingħata r-rata tad-dazju ta’ piż medju differenzjat għall-kumpaniji li ngħataw it-TI applikabbli għall-kumpaniji li jikkooperaw li ma kinux inklużi fil-kampjun (jiġifieri 28,6%) skont l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 u jiżdiedu mal-lista ta’ produtturi esportaturi tal-Artikolu 1(2) ta' dan ir-Regolament. D. MODIFIKAZZJONI TAL-LISTA TAL-KUMPANIJI LI JGAWDU MINN RATI INDIVIDWALI TAD-DAZJU 17. B’konsiderazzjoni tas-sejbiet tal-investigazzjoni kif indikat fil-premessa (12) ta’ hawn fuq, ġie konkluż li l-kumpanija Weifang Stable Casting għandha tiżdied mal-lista tal-kumpaniji msemmija individwalment skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 li għandhom rata ta’ dazju ta' 28,6 %. 18. L-applikanti kollha u l-Industrija Komunitarja ġew infurmati bis-sejbiet tal-investigazzjoni u kellhom l-opportunità li jibagħtu l-kummenti tagħhom. Il-kummenti tagħhom ittieħdu f’kunsiderazzjoni fejn xieraq, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1212/2005 għandu jiġi mibdul b’dan li ġej: ' 2. Ir-rata tad-dazju definittiv kontra d-dumping applikabbli għall-prezz nett ħieles fuq il-fruntiera tal-Komunità, qabel id-dazju, għall-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u manifatturati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandha tkun kif ġej: Il-kumpanija | Dazju kontra d-dumping (%) | Kodiċi Addizzjonali Taric | Shijiazhuang Transun Metal Products Co. Ltd., Xinongcheng Liulintun, Luancheng County, Shijiazhuang City Hebei Province, 051430 PRC | 0 | A675 | Shaoshan Huanqiu Castings Foundry, Fengjia Village Yingtian Township, Shaoshan, Hunan, PRC | 0 | A676 | Fengtai Handan Alloy Casting Co. Ltd. Beizhangzhuang Town, Handan County, Hebei, PRC | 0 | A677 | Shanxi Jiaocheng Xinglong Casting Co. Ltd. Jiaocheng County, Shanxi Province, PRC | 0 | A678 | Tianjin Jinghai Chaoyue Industrial and Commercial Co. Ltd. Guan Pu Tou Village, Yang Cheng Zhuang Town Jinghai District, 301617 Tianjin, PRC | 0 | A679 | Baoding City Maikesaier Casting Ltd. Xin'anli Town, Tang County Hebei; Baoding 072350, PRC | 0 | A867 | Baoding Yuehai Machine Manufacturing Co., Ltd., No 333 Building A Tian E West Road, Baoding, Hebei, PRC | 0 | A868 | Shanxi Yuansheng Casting and Forging Industrial Co. Ltd 8 DiZangAn, Taiyuan, Shanxi, 030002, PRC | 18,6 | A680 | Botou City Simencum Town Bai fo Tang Casting Factory Bai Fo Tang Village, Si Men Cum Town, Bo Tou City 062159, Hebei Province, PRC | 28,6 | A681 | Hebei Shunda Foundry Co. Ltd., Qufu Road, Quyang 073100, PRC | 28,6 | A682 | XianXian Guozhuang Precision Casting Co., Ltd. Guli Village, Xian County, Hebei, Gouzhuang, PRC | 28,6 | A869 | Wuxi Norlong Foundry Co., Ltd. Wuxi New District Jiangsu, PRC | 28,6 | A870 | HanDan County Yan Yuan Smelting and Casting Co., Ltd South of Hu Cun Village, Hu Cun Town, Han Dan County, Hebei, PRC | 28,6 | A871 | Tianjin Loiselet Art Casting Co., Ltd Dongzhuangke, Yangchenzhuang, Jinghai, Tianjin, PRC | 28,6 | A872 | Weifang Stable Casting Co., Ltd Fangzi District, Weifang City, Shandong Province, PRC | 28,6 | A931 | Changan Cast Limited Company of Yixian Hebei Taiyuan main street, Yi County, Hebei Province 074200, PRC | 31,8 | A683 | Shandong Huijin Stock Co. Ltd., North of Kouzhen Town Laiwu City, Shandong Province, 271114, PRC. | 37,9 | A684 | Il-kumpaniji l-oħra kollha | 47,8 | A999' | Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea . Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u hu applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1 [2] ĠU L 199, 29.7.2005, p. 1