|
24.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 46/116 |
Il-kolp ta' stat fil-Ginea
P6_TA(2009)0030
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2009 dwar il-kolp ta' stat fil-Ginea
(2010/C 46 E/19)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi kien hemm ħtif tal-poter minn grupp ta' uffiċjali, fit-23 ta' Diċembru 2008, l-għada tal-mewt tal-President Lansana Conté, |
|
B. |
billi Lansana Conté, li dak iż-żmien kien uffiċjali, ukoll kien ħataf il-poter bil-forza fl-1984 wara l-mewt tal-predeċessur tiegħu, il-President Sékou Touré, u li żamm il-poter għal 24 sena, |
|
C. |
billi l-armata m'għandu jkollha l-ebda rwol fit-tmexxija tan-nazzjonijiet, |
|
D. |
billi l-mandat tal-Assemblea Nazzjonali skada sentejn ilu u ma saru l-ebda elezzjonijiet leġiżlattivi, |
|
E. |
billi għandhom ikunu l-poplu tal-Ginea u r-rappreżentanti tiegħu li jiddeċiedu dwar il-ġejjieni politiku, ekonomiku u soċjali tal-Ginea, u billi l-iskeda ta' sentejn proposta mill-ġunta militari għall-elezzjonijiet hija twila wisq, |
|
F. |
billi l-kolp ta' stat ġie kkundannat mill-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Punent tal-Afrika (ECOWAS) u mill-Unjoni Afrikana (AU), li t-tnejn iddeċidew li jissospendu lill-Ginea milli tieħu sehem fl-attivitajiet tagħhom, |
|
G. |
billi l-partiti ewlenin tal-oppożizzjoni u l-konfederazzjoni tat-trejdjunjins li organizzat l-istrajks f'Ġunju 2006 u f'Jannar 2007 ħadu nota tat-trasferiment tal-poter, filwaqt li l-President tal-Assemblea Nazzjonali qed jitlob li tiġi rrestawrata l-legalità kostituzzjonali, |
|
H. |
billi, skont il-Bank Dinji, nofs iċ-ċittadini tal-Ginea jgħixu fuq l-ekwivalenti ta' dollaru Amerikan kuljum, u billi d-dħul għal kull ċittadin ilu jitbaxxa kostantament minn wara l-indipendenza, minkejja r-riżorsi sinifikanti tal-ilma u tal-minjieri li għandu l-pajjiż, |
|
I. |
billi l-Ginea ġiet ikklassifikata minn “Transparency International” fost wieħed mill-aktar pajjiżi korrotti tal-Afrika, |
|
J. |
billi l-kolp ta' stat seħħ f'kuntest ta' degradazzjoni ekonomika u soċjali u li l-iżvilupp joffri l-aħjar possibiltajiet għas-suċċess tad-demokrazija, |
|
K. |
billi saru dimostrazzjonijiet bosta drabi f'ħafna bliet tal-Ginea biex jipprotestaw kontra ż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-iskarsezzi tal-ikel bażiku, |
|
L. |
billi l-atteġament tal-ex-president Lansana Conté rigward id-drittijiet tal-bniedem hija ta' tħassib kbir, billi tinkludi l-użu eċċessiv tal-forza mill-armata u mill-pulizija kontra l-persuni ċivili, id-detenzjoni arbitrarja u d-detenzjoni mingħajr ġuri, u l-ksur tal-libertà tal-espressjoni, |
|
M. |
billi jaqbel li wieħed iqis bis-sħiħ il-proposti magħmula mill-partiti politiċi, trejdjunjins u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar kif djalogu nazzjonali jista' jwassal sabiex jintlaħaq ftehim dwar tranżizzjoni paċifika u demokratika kif ukoll dwar kalendarju għall-elezzjonijiet presidenzjali u leġiżlattivi, |
|
N. |
billi d-deċiżjonijiet u l-ħatriet, b'mod partikulari dawk tal-gvern, magħmula mill-ġunta ma jikkonformawx mal-istat tad-dritt, |
|
O. |
billi Kabiné Komara, li kien direttur tal-Bank Afrikan għall-importazzjoni u l-esportazzjoni, inħatar bħala prim ministru, u billi s-Sur Komara kien fuq il-lista ta' kandidati potenzjali għall-ħatra bħala prim ministru li tressqet mit-trejdjunjins fiż-żmien meta seħħew l-avvenimenti ta' Frar, |
|
P. |
billi l-mexxeja militari u ċivili ġew arrestati b'mod arbitrarju, |
|
1. |
Jikkundanna l-ħtif tal-poter minn grupp ta' uffiċjali, u jitlob li fix-xhur li ġejjin isiru elezzjonijiet parlamentari u presidenzjali ħielsa u trasparenti, li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali, bil-koperazzjoni tal-Unjoni Afrikana u l-ECOWAS u bl-appoġġ tal-UE, taħt l-awtorità ta' gvern ċivili tranżitorju; |
|
2. |
Jitlob li jsir djalogu inter-Ginejan, bis-sehem tal-partiti politiċi kollha, tat-trejdjunjins u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tinfetaħ it-triq lejn tranżizzjoni demokratika; |
|
3. |
Jitlob lill-ġunta li tinsab fil-poter sabiex tirrispetta d-drittijiet tal-libertà tal-opinjoni, tal-espressjoni u tal-assoċjazzjoni, inkluż id-dritt ta' assemblea paċifika, kif stipulat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; |
|
4. |
Jikkundanna l-arrest u d-detenzjoni mingħajr akkuża tal-persunal militari u ta' persuni ċivili, u jitlob li dawk arrestati jinħelsu immedjatament jekk ma tkun tista' titressaq l-ebda akkuża serja kontrihom; |
|
5. |
Jinnota l-impenji politiċi meħuda mill-mexxeja l-ġodda tal-Ginea, b'mod partikulari fir-rigward tal-ġlieda bla heda kontra l-korruzzjoni u t-twaqqif ta' sistema demokratika trasparenti fil-Ginea; jitlob li dawn l-impenji jiġu rrispettati; |
|
6. |
Jilqa' d-deċiżjoni tal-Unjoni Afrikana u tal-ECOWAS li jissospendu l-Ginea mill-attivitajiet tagħhom sakemm ma jkollhiex parlament jew gvern elett b'mod demokratiku; |
|
7. |
Jitlob li jinfetaħ djalogu politiku bejn l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tranżitorji li ħadu l-poter fil-Ginea, fil-qafas tal-Artikoli 8 u 96 tal-Ftehima ta' Cotonou; |
|
8. |
Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tkun lesta li tiffriża l-għajnuna kollha ħlief dik umanitarja u tal-ikel, u li tqis sanzjonijiet immirati kontra l-membri tal-entitajiet li ħatfu l-poter jekk ma jkunx hemm tranżizzjoni demokratika; |
|
9. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Afrikana, lill-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-ACP-UE u lill-awtoritajiet tal-Ginea. |