|
24.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 46/107 |
L-istrateġija tal-UE rigward il-Belarus
P6_TA(2009)0027
Riїoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Jannar 2009 dwar l-istrateġija tal-UE rigward il-Belarus
(2010/C 46 E/16)
Il-Parlament Ewropew,
|
— |
wara li kkunsidra r-riїoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus, b'mod partikolari dik tad-9 ta' Ottubru 2008 dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus wara l-elezzjonijiet parlamentari tat-28 ta' Settembru 2008 (1), |
|
— |
wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni mill-Presidenza f'isem l-Unjoni Ewropea dwar il-Poїizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/844/CFSP tal-10 ta' Novembru 2008 li temenda l-Poїizzjoni Komuni 2006/276/CFSP dwar miїuri restrittivi kontra ċertu uffiċjali tal-Belarus (2), |
|
— |
wara li kkunsidra l-konkluїjonijiet tal-GAERC dwar il-Belarus tat-13 ta' Ottubru 2008, li neħħew il-projbizzjoni ta' kuntatti politiċi mal-awtoritajiet tal-Belarus u ssospendew il-projbizzjoni ta' viїi għal sitt xhur fir-rigward ta' uffiċjali tal-Belarus, inkluї il-President Alexander Lukashenko, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-2008, tas-27 ta' Novembru 2008 (14146/2/2008), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2008 dwar l-Inizjattiva tas-Sħubija tal-Lvant (COM(2008)0823), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Organiїїazzjoni tas-Sigurta u tal-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) Uffiċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u għad-Drittijiet Umani (ODIHR) tas-27 ta' Novembru 2008 dwar l-elezzjonijiet parlamentari fil-Belarus tat-28 ta' Settembru 2008, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
|
A. |
billi l-Kunsill, fil-konkluїjonijiet tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2008 msemmija hawn fuq, ikkonferma tamiet li r-relazzjonijiet mal-Belarus jiġu gradwalment stabbiliti mill-ġdid u r-rieda tiegħu li jiїviluppa djalogu mal-awtoritajiet tal-Belarus, u ma' forzi politiċi oħra fil-pajjiї, bl-għan li jitrawwem progress ġenwin lejn id-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, |
|
B. |
billi sabiex jinkoraġġixxi djalogu mal-awtoritajiet tal-Belarus u l-adozzjoni ta' miїuri poїittivi biex jissaħħu d-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, il-Kunsill iddeċieda li r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti fuq ċertu uffiċjali tal-Gvern tal-Belarus, bl-eċċezzjoni ta' dawk involuti fil-kaїijiet ta' għajbien li ġraw fl-1999 u fl-2000 u taċ-Chairperson tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, mhux se japplikaw għal perjodu ta' sitt xhur li jista' jiġi mġedded, |
|
C. |
billi, bħala reazzjoni għall-passi poїittivi meħudin mill-Belarus, il-Kummissjoni diġà daħlet fi djalogu intensifikat mal-pajjiї imsemmi f'oqsma bħalma huma l-enerġija, l-ambjent, id-dwana, it-trasport u s-sikurezza tal-ikel u kkonfermat ir-rieda tagħha li tkompli tkabbar il-firxa ta' suġġetti trattati minn dawn it-taħdidiet tekniċi, li huma ta' benefiċċju għaї-їewġ naħat, |
|
D. |
billi l-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjoni tal-OSCE/ODIHR iddikjarat fir-rapport finali tagħha li għalkemm kien hemm xi titjib їgħir, l-elezzjonijiet tat-28 ta' Settembru 2008, li saru f'ambjent ikkontrollat b'mod strett b'kampanja li bilkemm inħasset u li kienu kkaratterizzati b'nuqqas ta' trasparenza fl-għadd tal-voti u fil-ġbir tar-riїultati minn postijiet tal-votazzjoni differenti, fl-aħħar mill-aħħar ma laħqux l-istandards demokratiċi rikonoxxuti f'livell internazzjonali, billi Lidziya Yarmoshyna, Chairperson tal-Kumissjoni Elettorali Ċentrali, ammettiet li l-elezzjonijiet ta' Settembru 2008 ma kinux irċevew ‧rikonoxximent sħiħ u mingħajr kundizzjonijiet bħala elezzjonijiet li kienu konformi mal-istandards internazzjonali min-naħa tas-sħab Ewropej‧ u għalhekk l-‧għan aħħari‧ tal-elezzjonijiet ma kienx intlaħaq, |
|
E. |
billi l-Kummissjoni nediet l-‧Inizjattiva ta' Sħubija mal-Lvant‧ biex iїїid il-koperazzjoni ma' numru ta' pajjiїi tal-Lvant tal-Ewropa, inkluї il-Belarus, bil-kundizzjoni li l-pajjiї imsemmi jissodisfa l-kriterji speċifiċi relatati mad-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, |
|
F. |
billi l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Belarus, Syarhei Martynau, iddikjara li ‧il-Belarus hu ta' fehma poїittiva rigward il-parteċipazzjoni fl-Inizjattiva tas-Sħubija tal-Lvant‧ u їied li l-Belarus għandha l-intenzjoni li tipparteċipa f'din l-inizjattiva, |
|
G. |
billi l-awtoritajiet tal-Belarus imponew sentenza ta' “liberta ristretta” għal sena fuq l-attivist tal-oppoїizzjoni Alyaksandr Barazenka minħabba l-irwol tiegħu f'dimostrazzjoni li seħħet f' Jannar 2008, |
|
H. |
billi l-awtoritajiet Belarussi jiċħdu d-dritt lil numru li qed jikber ta' saċerdoti u sorijiet Protestanti u Kattoliċi Rumani li jippridkaw u jgħallmu, |
|
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiїjoni tal-awtoritajiet tal-Belarus li jirreġistraw il-moviment ‧Għal-Libertà‧ mmexxi mill-eks kandidat presidenzjali tal-Belarus Aliaksandr Milinkevich; jittama li l-Gvern tal-Belarus se jtejjeb il-kundizzjonijiet li jirregolaw ir-reġistrazzjoni u l-ħidma ta' gruppi nongovernattivi oħra, inkluїi l-partiti politiċi u l-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem ‧Nasha Viasna‧; |
|
2. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiїjoni tal-awtoritajiet tal-Belarus li jippermettu l-istampar u t-tqassim ta' їewġ gazzetti indipendenti Narodnaia Volia u Nasha Niva; jirrimarka, fl-istess ħin, li għad hemm 13-il gazzetta indipendenti li għadha qed tistenna aċċess għar-reġistrazzjoni; jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiїjoni tal-Gvern tal-Belarus li jiddiskuti l-istandards internazzjonali fir-rigward tal-midja tal-internet u li jikkonsulta dwar dawn il-kwistjonijiet mal-Assoċjazzjoni tal-Ġurnalisti tal-Belarus; jittama li jinħolqu wkoll kundizzjonijiet xierqa għall-ħidma ta' midja oħra indipendenti fil-Belarus, inkluїi l-possibilitajiet ta' reklamar; |
|
3. |
Jinnota r-rieda tal-Belarus li jiddiskuti f'dettall ir-rakkomandazzjonijiet tal-OSCE/ODIHR rigward titjib fil-liġi elettorali; iqis li dan huwa pass importanti u inkoraġġanti min-naħa tal-Belarus u jħares 'il quddiem lejn l-implimentazzjoni rapida tiegħu u lejn aktar passi bi qbil mal-aspettattivi tal-UE; |
|
4. |
Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħelsien ta' priġunieri politiċi fil-Belarus, iїda jikkundanna l-fatt li Alyaksandr Kazulin, Syarhei Parsyukevich u Andrei Kim ma jgawdux id-drittijiet kollha garantiti liċ-ċittadini tal-Belarus mill-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Belarus u, bħal fil-kaї ta' Alyaksandr Barazenka, li nїamm f'kustodja għal ġimgħat sħaħ waqt li kien qed jistenna l-proċess kriminali tiegħu minħabba l-parteċipazzjoni tiegħu f'dimostrazzjoni li saret f'Jannar 2008, jikkritika wkoll il-fatt li xi attivisti oħra għadhom soġġetti għal forom differenti ta' restrizzjonijiet fuq il-libertà tagħhom; |
|
5. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiїjoni tal-awtoritajiet tal-Belarus sabiex temporanjament jeliminaw il-projbizzjoni ta' vvjaġġar għal numru ta' vittmi tad-diїastru ta' Chernobyl sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw fi programmi ta' serħan u ta' rkupru, u jittama li eventwalment tinstab soluzzjoni strutturali fit-tul; iħeġġeġ lill-Presidenza Ċeka sabiex tagħmilha prijorità li tinnegozja ftehima tal-UE kollha mal-awtoritajiet tal-Belarus biex it-tfal ikunu jistgħu jivvjaġġaw mill-Belarus għal kwalunkwe Stat Membru tal-UE li jorganizza dawn il-programmi ta' rkupru; |
|
6. |
Ifakkar li sabiex ittejjeb sew ir-relazzjonijiet mal-UE, il-Belarus għandha (1) tibqa' pajjiї mingħajr priġunieri politiċi, (2) il-gvern għandu jiggarantixxi libertà tal-espressjoni lill-midja, (3) tkompli tikkopera mal-OSCE dwar riformi tal-leġiїlazzjoni elettorali, (4) ittejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-organiїїazzjonijiet non-governattivi (NGOs), u (5) tiggarantixxi l-libertà ta' assemblea u ta' assoċjazzjoni politika; |
|
7. |
Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Belarus biex jirrispetta d-Drittijiet tal-Bniedem billi:
sabiex jintemm l-iїolament tal-pajjiї mill-bqija tal-Ewropa impost minnu stess u sabiex ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Belarus jitjiebu b'mod sinifikanti; |
|
8. |
Jenfasizza li l-oppoїizzjoni demokratika għandha tkun parti mill-proċess ta' twaqqif mill-ġdid u gradwali tar-relazzjonijiet mal-Belarus; |
|
9. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jieħdu passi ulterjuri biex jilliberalizzaw il-proċeduri tal-viїi għaċ-ċittadini tal-Belarus, peress li azzjoni ta' dan it-tip hija kruċjali biex jitwettaq l-għan ewlieni tal-politika tal-UE dwar il-Belarus, jiġifieri li jiġu intensifikati l-kuntatti bejn il-popli u b'hekk tiġi ffaċilitata d-demokratizzazzjoni tal-pajjiї; iħeġġeġhom, f'dan il-kuntest, biex iqisu l-iskop għal tnaqqis tal-ispejjeї tal-viїa għal ċittadini tal-Belarus li jidħlu fiz-Zona tax-Schengen u jissimplifikaw il-proċedura biex jakkwistawhom; |
|
10. |
Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu li japplikaw l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (3) u l-Istrument għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija Ewropew (4) għall-Belarus b'mod selettiv billi jestendu aktar appoġġ għas-soċjetà ċivili tal-Belarus, biex iħeġġu lill-gvern tal-Belarus jagħti sinjal ta' volontà tajba u ta' tibdil poїittiv billi jippermetti li ‧l-Università tal-Istudji Umanistiċi Ewropej‧ tal-Belarus li tinsab f'eїilju f'Vilnius (Litwanja) tirritorna b'mod legali fil-Belarus u terġa' tistabbilixxi ruħha f'kundizzjonijiet adegwati għall-iїvilupp futur tagħha f'Minsk, sabiex jagħtu appoġġ finanzjarju lill-istazzjon televiїiv indipendenti tal-Belarus Belsat, biex jinkoraġġixxu lill-Gvern tal-Belarus sabiex uffiċjalment jirreġistra l-istazzjoni televiїiv tal-Belarus Belsat; |
|
11. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, biex iqisu miїuri sabiex itejbu l-ambjent tan-negozju, il-kummerċ, l-investiment, l-infrastuttura tal-enerġija u tat-trasport u l-koperazzjoni transkonfinali bejn l-UE u l-Belarus, sabiex ikun hemm kontribut għall-benesseri u l-prosperità taċ-ċittadini tal-Belarus, kif ukoll għall-abilità tagħhom li jikkomunikaw mal-UE u jivvjaġġaw b'mod ħieles lejn l-UE; |
|
12. |
Jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqisu l-parteċipazzjoni tal-Bank tal-Investiment Ewropew sabiex isir investiment fl-infrastruttura ta' tranїitu tal-enerġija tal-Belarus; jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni min-naħa ta' kumpaniji Ewropej fil-proċess tal-privatizzazzjoni fil-Belarus; |
|
13. |
Jistieden lill-awtoritajiet tal-Belarus biex josservaw bis-sħiħ l-istandards u r-rekwiїiti tas-sikurezza internazzjonali fil-proċess ta' kostruzzjoni ta' impjant ta' enerġija nukleari ġdid; jistieden lill-Belarus biex tirratifika l-Protokoll Addizzjonali tal-IAEA għall-Ftehima ta' Salvagwardji Komprensivi; jistieden lill-Kummissjoni biex timmonitorja u tirraporta lill-Parlament u lill-Istati Membri dwar il-konformità mill-Belarus tar-rakkomandazzjonijet tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika (IAEA) u tar-rekwiїiti tal-Konvenzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari u t-Trattat ta' Non-Proliferazzjoni Nukleari, kif ukoll fuq l-effetti li t-tħaddim tal-impjant tal-enerġija nukleari jista' jkollu fuq l-Istati Membri ġirien tal-UE; |
|
14. |
Jiddeplora d-deċiїjoni ripetuta tal-awtoritajiet tal-Belarus f'dan l-aħħar sentejn biex jirrifjutaw viїi ta' dħul lill-Membri tal-Parlament Ewropew u l-parlamentari nazzjonali; jitlob lill-awtoritajiet tal-Belarus biex ma joħolqux iktar xkiel li jїommu lid-delegazzjonijiet għar-relazzjonijet mal-Belarus milli jїuru l-pajjiї; |
|
15. |
Jilqa' b'sodisfazzjon l-approċċ li ħadu s'issa l-awtoritajiet tal-Belarus, minkejja l-pressjoni enormi, biex ma jirrikonoxxux l-indipendenza unilaterali ddikjarata mill-Ossetja tan-Nofsinhar u mill-Abkaїja; |
|
16. |
Jinkundanna l-fatt li l-Belarus huwa l-uniku pajjiї fl-Ewropa li għad għandu l-piena tal-mewt, li tmur kontra l-valuri tan-Nazzjonijiet Uniti; |
|
17. |
Jitlob lill-awtoritajiet tal-Belarus sabiex jirrispettaw il-libertà tar-reliġjon; jikkundanna l-fatt li ċ-ċittadini Ewropej, inkluїi qassisin, repetutatment qed jitkeċċew mill-Belarus, li jmur kontra l-proċess tal-bini ta' fiduċja mal-UE; |
|
18. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riїoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Assemblej Parlamentari tal-OSCE u lill-Kunsill tal-Ewropea, lis-Segretarjat tal-Commonwealth tal-Istati Independenti (CIS) u lill-Parlament u lill-Gvern tal-Belarus. |
(1) Testi adottati, P6_TA(2008)0470.
(2) OJ L 300, 11.11.2008, p. 56.
(3) Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 24 ta' Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispoїizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta' Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1).
(4) Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' l- 20 ta' Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta' strument ta' finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1).