5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/145


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

P6_TA(2009)0359

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni ġenerali tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament (2007/2124(REG))

2010/C 212 E/26

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A6-0273/2009),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Jiddeċiedi li jdaħħal il-Kodiċi ta' Kondotta għal negozjar ta' dokumenti ta' kodeċiżjoni kif approvat mill-Konferenza tal-Presidenti tiegħu fit-18 ta' Settembru 2008, fir-Regoli ta' Proċedura tiegħu bħala Anness XVIe;

3.

Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-seba' leġislatura;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

1.

Il-Parlament jista' jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, liema regoli għandhom ikunu mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.

1.

Il-Parlament għandu jistabbilixxi regoli li jirregolaw it-trasparenza ta' l-interessi finanzjarji tal-Membri tiegħu, liema regoli għandhom ikunu mehmuża ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura bħala anness.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 10 a (ġdid)

 

Artikolu 10a

Osservaturi

1.

Meta jkun ġie ffirmat Trattat dwar l-adeżjoni ta' xi Stat mal-Unjoni Ewropea, il-President jista', wara li jkun kiseb il-qbil tal-Konferenza tal-Presidenti, jistieden lill-parlament tal-Istat li qed jaderixxi biex, minn fost il-membri tiegħu stess, jinnomina numru ta' osservaturi li jkun daqs in-nurmu ta' siġġijiet ġejjienin fil-Parlament Ewropew allokati lil dak l-Istat.

2.

Dawk l-osservaturi għandhom jieħdu sehem fil-proċeduri tal-Parlament sakemm jidħol fis-seħħ it-Trattat ta' Adeżjoni, u għandu jkollhom id-dritt li jitkellmu fil-kumitati u l-gruppi politiċi. M'għandux ikollhom id-dritt li jivvutaw jew li joħorġu għall-elezzjoni għal pożizzjonijiet fi ħdan il-Parlament. Il-parteċipazzjoni tagħhom m'għandu jkollha l-ebda effett legali fuq il-proċeduri tal-Parlament.

3.

It-trattament tagħhom għandu jkun assimilat ma' dak ta' Membru tal-Parlament f'dak li għandu x'jaqsam mal-użu tal-faċilitajiet tal-Parlament u r-rimborż tal-ispejjeż li jġarrbu fl-attivitajiet tagħhom bħala osservaturi.

Emenda 51

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 11

L-aktar Membru Anzjan

President proviżorju

1.

Fis-seduta li tinżamm skond l-Artikolu 127(2), u fi kwalunkwe seduta oħra miżmuma bil-għan li jiġu eletti l-President u l-Bureau, l-aktar Membru anzjan preżenti għandu jippresiedi sakemm ikun elett il-President.

1.

Fis-seduta li tinżamm skont l-Artikolu 127(2), u fi kwalunkwe seduta oħra miżmuma bil-għan li jiġu eletti l-President u l-Bureau, il-President uxxenti jew, fl-assenza tiegħu jew tagħha, xi wieħed mill-Viċi Presidenti uxxenti fl-ordni ta' preċedenza jew, fl-assenza tagħhom, il-Membru li jkun żamm il-mandat għall-itwal perijodu għandu jippresiedi sakemm ikun elett il-President.

2.

M'għandu jsir l-ebda xogħol sakemm l-aktar Membru anzjan ikun qed jippresiedi, kemm-il darba ix-xogħol ma jkollux x'jaqsam ma' l-elezzjoni tal-President jew mal-verifika tal-kredenzjali.

2.

M'għandu jsir l-ebda xogħol sakemm xi Membru jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont il-paragrafu 1 , ħlief jekk ix-xogħol ikollu x'jaqsam ma' l-elezzjoni tal-President jew mal-verifika tal-kredenzjali.

L-aktar Membru anzjan għandu jeżerċita s-setgħat tal-President imsemmija fl-Artikolu 3 (2) subparagrafu 2. Kull kwistjoni oħra li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li titqajjem waqt li l-aktar Membru anzjan ikun qiegħed jippresiedi, għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

Il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont il-paragrafu 1 jeżerċita s-setgħat tal-President imsemmija fl-Artikolu 3(2). Kull kwistjoni oħra li għandha x' taqsam mal-verifika ta' kredenzjali li titqajjem waqt li hu jkun qiegħed jippresiedi, għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli mill-verifika tal-kredenzjali.

Emenda 52

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 13

1.

Il-President għandu jkun elett l-ewwel. Nominazzjonijiet għandhom jingħataw qabel kull votazzjoni lill-aktar Membru anzjan , li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

1.

Il-President għandu jkun elett l-ewwel. In-nominazzjonijiet għandhom jingħataw qabel kull votazzjoni lill-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 11 , li għandu jħabbarhom lill-Parlament. Jekk wara tliet votazzjonijiet ebda kandidat ma jġib maġġoranza assoluta tal-voti mitfugħa, ir-raba' votazzjoni għandha tkun biss bejn dawk iż-żewġ kandidati li jkunu ġabu l-akbar numru ta' voti fit-tielet votazzjoni. F' każ ta' voti ndaqs, l-aktar kandidat anzjan għandu jiġi dikjarat elett.

2.

Malli jiġi elett il-President, l-aktar Membru anzjan m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ.

2.

Malli jiġi elett il-President, il-Membru li jkun qiegħed jippresiedi proviżorjament skont l-Artikolu 11 m'għandux jibqa jippresiedi. Huwa biss il-President elett li jista' jagħmel l-indirizz tal-ftuħ .

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 24 – paragrafu 4 a (ġdid)

 

4a.

Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun responsabbli biex torganizza konsultazzjonijiet strutturati mas-soċjetà ċivili Ewropea dwar kwistjonijiet ewlenin. Dan għandu jinkludi ż-żamma ta' dibattiti pubbliċi, li jkunu miftuħa għall-parteċipazzjoni taċ-ċittadini interessati, dwar suġġetti ta' interess ġenerali Ewropew. Il-Bureau għandu jaħtar Viċi President responsabbli mill-implimentazzjoni ta' konsultazzjonijiet ta' dan it-tip, li għandu jirrapporta lura lill-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 28 – paragrafu 2

2.

Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jkollhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kwesturi. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President bil-miktub u ppubblikati fil-Bullettin tal-Parlament , flimkien mat-tweġibiet li jingħataw, fi żmien tletin jum minn meta jitressqu.

2.

Kull Membru jista' jagħmel mistoqsijiet li jkollhom x'jaqsmu max-xogħol tal-Bureau, tal-Konferenza tal-Presidenti u tal-Kwesturi. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu ppreżentati lill-President bil-miktub , innotifikati lill-Membri u ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-Parlament , flimkien mat-tweġibiet li jingħataw, fi żmien tletin jum minn meta jitressqu.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 30 a (ġdid)

 

Artikolu 30a

Intergruppi

1.

Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, minn fost il-gruppi politiċi kollha biex jiġu organizzati skambji informali ta' fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta' kumitati parlamentari differenti, u biex jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2.

Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f'attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f'konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku. Dawn il-gruppi għandhom jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ minn barra skont l-Anness I.

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 36 – paragrafu 1

1.

Bla ħsara għall-Artikolu 40, il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-kompatibilità finanzjarja ta' kull proposta tal-Kummissjoni u kull dokument ieħor ta' natura leġiżlattiva mal - Perspettiva Finanzjarja .

1.

Bla ħsara għall-Artikolu 40, il-kumitat responsabbli mis-suġġett għandu jivverifika l-kompatibilità finanzjarja ta' kull proposta tal-Kummissjoni u kull dokument ieħor ta' natura leġiżlattiva mal-qafas finanzjarju plurijennali.

 

(Emenda orizzontali: il-kliem “Perspettiva Finanzjarja” għandhom jiġu ssostitwiti tul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “qafas finanzjarju plurijennali”)

Emenda 7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 39 – paragrafu 1

1.

Il-Parlament, billi jadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja li jsir mill-kumitat responsabbli, jista' jitlob lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE, sabiex tressaq quddiemu kwalunkwe proposta xierqa biex jiġu adottati atti ġodda jew jiġu emendati atti eżistenti. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament. Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

1.

Il-Parlament, billi jadotta riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' rapport fuq inizjattiva proprja li jsir mill-kumitat responsabbli, jista' jitlob lill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 192, it-tieni paragrafu, tat-Trattat KE, sabiex tressaq quddiemu kwalunkwe proposta xierqa biex jiġu adottati atti ġodda jew jiġu emendati atti eżistenti. Ir-riżoluzzjoni għandha tiġi adottata mill-maġġoranza tal-Membri li jiffurmaw il-Parlament fil-votazzjoni aħħarija . Il-Parlament jista', fl-istess ħin, jistabbilixxi limitu ta' żmien għall-preżentazzjoni ta' din il-proposta.

Emenda 8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 45 – paragrafu 2

2.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 131a. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn m'humiex ammissibbli biex jitqiesu fil-plenarja kemm-il darba ma jkunux imressqa mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid, imma mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi jistgħu jitressqu skond l-Artikolu 151(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 38a jew 39, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti.

2.

Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet li jkunu f' rapporti fuq inizjattiva proprja għandhom jiġu eżaminati mill-Parlament skond il-proċedura bi preżentazzjoni qasira stipulata fl-Artikolu 131a. Emendi għal mozzjonijiet għal riżoluzzjoniijiet bħal dawn għandhom ikunu ammissibbli biss biex jitqiesu fil-plenarja jekk jitqiegħdu fuq il-Mejda mir-rapporteur biex jitqies tagħrif ġdid jew minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-Membri tal-Parlament. Il-gruppi politiċi jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet alternattivi skond l-Artikolu 151(4). Dan il-paragrafu m'għandux japplika fejn is-suġġett tar-rapport jikkwalifika għal dibattitu ta' prijorità fil-plenarja, fejn ir-rapport jitfassal skond id-dritt ta' inizjattiva msemmi fl-Artikoli 38a jew 39, jew fejn ir-rapport jista' jitqies bħala rapport strateġiku skond il-kriterji stipulati mill-Konferenza tal-Presidenti.

Emenda 9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 47 – inċiż 3

il-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteur u r-rapporteurs għall-opinjonijiet ikkonċernati għandhom jippruvaw jidentifikaw flimkien oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi jew konġunti tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom;

il-presidenti tal-kumitati, ir-rapporteur u r-rapporteurs għal opinjoni kkonċernati għandhom jidentifikaw flimkien oqsma tat-test li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi jew konġunti tagħhom u jilħqu qbil dwar l-arranġamenti preċiżi għall-koperazzjoni tagħhom. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil dwar id-delimitazzjoni tal-kompetenzi il-kwistjoni għandha titressaq, fuq talba ta' wieħed mill-kumitati involuti, quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, li tista' tiddeċiedi dwar il-kwistjoni tal-kompetenzi rispettivi jew tiddeċiedi li għandha tapplika l-proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti skont l-Artikolu 47a; it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 179(2) għandu japplika mutatis mutandis ;

Emenda 10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 47 – inċiż 4

il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi minn kumitat assoċjat meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li l-president tal-kumitat responsabbli iqis, fuq il-bażi ta' l-Anness VI, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat assoċjat, li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklussivi tal-kumitat assoċjat, u li ma jmorrux kontra elementi oħra tar-rapport. Il-president tal-kumitat responsabbli għandu jqis kwalunkwe ftehim milħuq taħt it-tielet inċiż ;

il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni emendi minn kumitat assoċjat meta dawn ikunu dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklussiva tal-kumitat assoċjat. Jekk l-emendi dwar kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza konġunta tal-kumitat responsabbli u ta' kumitat assoċjat jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli, il-kumitat assoċjat jista' jqiegħed dawk l-emendi direttament fuq il-Mejda fil-plenarja ;

Emenda 11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 47 a (ġdid)

 

Artikolu 47a

Proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti

Meta jkunu intaħqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 46(1) u fl-Artikolu 47, il-Konferenza tal-Presidenti tista', jekk tkun sodisfatta li l-kwistjoni hi waħda ta' importanza ewlenija, tiddeċiedi li għandha tkun applikata proċedura b'laqgħat ta' kumitati konġunti u b'votazzjoni konġunta. F'dak il-każ, ir-rapporteurs rispettivi għandhom ifasslu abbozz ta' rapport waħdani, li għandu jkun eżaminat u li għandha ssir votazzjoni dwaru mill-kumitati involuti fil-laqgħat konġunti li jiġu ppreseduti b'mod konġunt mill-presidenti tal-kumitati involuti. Il-kumitati involuti jistgħu jistabbilixxu gruppi ta' ħidma bejn il-kumitati biex jitħejjew il-laqgħat u l-votazzjonijiet konġunti.

Emenda 12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Il - proċedura konsultattiva tiġi konkluża jekk jiġi adottat l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva. Jekk il-Parlament ma jadottax ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva, il-proposta għandha tiġi referuta lura lill-kumitat responsabbli.

L-ewwel qari jiġi konkluż jekk jiġi adottat l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva. Jekk il-Parlament ma jadottax ir-riżoluzzjoni leġixlattiva, il-proposta għandha tiġi referuta lura lill-kumitat responsabbli.

Emenda 13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 51 – paragrafu 3

3.

It-test tal-proposta kif approvat mill-Parlament u r-riżoluzzjoni li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mill-President bħala opinjoni tal-Parlament.

3.

It-test tal-proposta kif approvat mill-Parlament u r-riżoluzzjoni li takkumpanjah għandhom jintbagħtu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni mill-President bħala l-pożizzjoni tal-Parlament.

 

(Emenda orizzontali: fid-dispożizzjonijiet kollha relatati mal-proċedura ta' kodeċiżjoni, il-kliem “l-opinjoni tal-Parlament” għandhom ikunu sostitwiti tul it-test sħiħ tar-Regoli ta' Proċedura b“il-pożizzjoni tal-Parlament”)

Emenda 14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 52 – paragrafu 1

1.

Jekk proposta tal-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb il-maġġororanza tal-voti mitfugħa, il-President, qabel ma l-Parlament jivvota fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva, għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta.

1.

Jekk proposta tal-Kummissjoni ma jirnexxilhiex tikseb il-maġġororanza tal-voti mitfugħa jew jekk tkun ġiet adottata mozzjoni għaċ-ċaħda tagħha, li tista’ titqiegħedfuq il-Mejda mill-kumitat responsabbli jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru, il-President, qabel ma l-Parlament jivvota fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġislattiva, għandu jitlob lill-Kummissjoni biex tirtira l-proposta.

Emenda 15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 52 – paragrafu 2

2.

Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jqis il-proċedura ta' konsultazzjoni li tkun saret għall-proposta bħala superfluwa u għandu jinforma lill-Kunsill b'dan.

2.

Jekk il-Kummissjoni tirtira l-proposta tagħha, il-President għandu jiddikjara li l-proċedura ngħalqet u għandu jinforma lill-Kunsill b'dan.

Emenda 16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 52 – paragrafu 3

3.

Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jgħaddi l-każ lura lill-kumitat responsabbli mingħajr ma ssir il-votazzjoni fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva.

3.

Jekk il-Kummissjoni ma tirtirax il-proposta tagħha, il-Parlament għandu jgħaddi l-kwistjoni lura lill-kumitat responsabbli mingħajr ma ssir il-votazzjoni fuq l-abbozz tar-riżoluzzjoni leġiżlattiva, ħlief jekk il-Parlament, wara proposta tal-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli jew ta' xi grupp politiku jew ta' mhux inqas minn erbgħin Membru, jgħaddi għall-votazzjoni dwar l-abbozz ta' riżoluzzjoni leġiżlattiva.

F'dan il-każ , il-kumitat responsabbli għandu jirraporta lura lill-Parlament, oralment jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Fil-każ li l-proposta tiġi rreferuta lura lill-kumitat , il-kumitat responsabbli għandu jirrapporta lura lill-Parlament, bil-fomm jew bil-miktub, fi żmien stabbilit mill-Parlament li ma jistax ikun itwal minn xahrejn.

Emenda 59

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 65 a (ġdid) (li għandu jiddaħħal fil-Kapitolu 6: Għeluq tal-Proċedura Leġiżlattiva)

 

Artikolu 65 a

Negozjati interistituzzjonali fi proċeduri leġislattivi

1.

Negozjati mal-istituzzjonijiet l-oħrajn bil-għan li tintlaħaq ftehima waqt proċedura leġiżlattiva għandhom jitwettqu waqt li jitqies il-Kodiċi ta' Mġiba għal negozjar fil-kuntest ta' proċeduri ta' kodeċiżjoni (Anness XVIe).

2.

Qabel ma jidħol f'negozjati bħal dawn, il-kumitat responsabbli għandu, fil- prinċipju, jieħu deċiżjoni b'maġġoranza tal-membri tiegħu u jadotta mandat, orjentazzjonijiet jew prijoritajiet.

3.

Jekk in-negozjati jwasslu għal kompromess mal-Kunsill wara l-adozzjoni tar-rapport mill-kumitat, il-kumitat għandu fi kwalunkwe każ jerġa’ jiġi kkonsultat qabel ma ssir il-votazzjoni fil-plenarja.

Emenda 18

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 66

1.

Meta, skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE, il-Kunsill ikun informa lill-Parlament li jkun approva l-emendi tiegħu, imma ma jkunx bidel b'modi oħra l-proposta tal-Kummissjoni, jew jekk l-ebda istituzzjoni ma tkun emendat il-proposta tal-Kummissjoni , il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proposta tkun ġiet adottata b'mod definittiv .

Meta, skond l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE, il-Kunsill ikun informa lill-Parlament li jkun approva l-pożizzjoni tal-Parlament , il-President , wara l-finalizzazzjoni skont l-Artikolu 172a, għandu jħabbar fil-Parlament li l-proposta tkun ġiet adottata bil-formulazzjoni li tikkorrispondi mal-pożizzjoni tal-Parlament.

2.

Qabel ma jagħmel din it-tħabbira, il-President għandu jivverifika li kull tibdila teknika li ssir lill-proposta mill-Kunsill ma tkunx taffettwaw l-proposta fil-mertu. Fil-każ ta' dubju, huwa għandu jikkonsulta lill-kumitat responsabbli. Jekk xi tibdiliet li jsiru jiġu kkunsidrati li jaffettwaw il-mertu, il-President għandu jinforma lill-Kunsill li l-Parlament se jkompli bit-tieni qari malli jitwettqu l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 57.

 

3.

Wara li jagħmel it-tħabbira imsemmija fil-paragrafu 1, il-President għandu, flimkien mal-President tal-Kunsill, jiffirma l-att propost u jagħmel arranġamenti għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċċjali ta' l-Unjoni Ewropea, skond l-Artikolu 68.

 

Emenda 19

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 68 – titolu

Emenda 20

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 68 – paragrafu 1

1.

It-testi ta' atti adottati b'mod konġunt mill-Parlament u l-Kunsill għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali, malli jkun ivverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss.

imħassar

Emenda 21

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 68 – paragrafu 7

7.

L-atti msemmija aktar 'il fuq għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill.

imħassar

Emenda 22

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 68 a (ġdid) (li għandu jiddaħħal taħt il-Kapitolu 6: Għeluq tal-Proċedura Leġislattiva)

 

Artikolu 68a

Iffirmar ta' atti adottati

Wara li t-test adottat skont l-Artikolu 172a jkun ġie ffinalizzat u ladarba jkun ġie vverifikat li l-proċeduri kollha jkunu ntemmew kif jixraq, l-atti adottati skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE għandhom jiġu ffirmati mill-President u s-Segretarju Ġenerali u għandhom jiġu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarji Ġenerali tal-Parlament u tal-Kunsill.

Emenda 68

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 80 a – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Madankollu, emendi tal-partijiet li ma nbidlux jistgħu jiġu ammessi fuq bażi eċċezzjonali u fuq bażi ta' każ b'każ mill-president ta' dan il-kumitat jekk iqis li dan huwa meħtieġ għal raġunijiet imperattivi li għandhom x'jaqsmu mal-koerenza interna tat-test jew għaliex l-emendi huma marbuta mill-qrib ma' emendi oħra li jkunu ammissibbli. Dawn ir-raġunijiet għandhom jitniżżlu f'ġustifikazzjoni miktuba ta' l-emendi.

Madankollu, jekk f'konformità mal-punt 8 tal-Ftehima Interistituzzjonali l-kumitat responsabbli jkollu l-ħsieb ukoll li jippreżenta emendi għall-partijiet kodifikati tal-proposta tal-Kummissjoni, huwa għandu jinnotifika minnufihil-ħsieb tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, u din tal-aħħar għandha tgħarraf lill-kumitat, qabel il-vot skont l-Artikolu 50, dwar il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-emendi kif ukoll dwar jekk għandhiex il-ħsieb li tirtira l-proposta ta' tfassil mill-ġdid.

Emenda 23

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 83 – paragrafu 1

1.

Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, inklużi ftehimiet li jikkonċernaw oqsma speċifiċi bħal ma huma affarijiet monetarji jew kummerċ, il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat bi sħiħ mill-Kummissjoni dwar ir-rakkomandazzjonijiet tagħha għall-mandat ta' nnegozjar u, jekk ikun hemm il-ħtieġa, dan it-tagħrif għandu jingħata b'mod kunfidenzjali.

1.

Meta jkun hemm il-ħsieb li jinfetħu negozjati dwar il-konklużjoni, it-tiġdid jew l-emendar ta' ftehima internazzjonali, inklużi ftehimiet li jikkonċernaw oqsma speċifiċi bħal ma huma affarijiet monetarji jew kummerċ, il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jfassal rapport jew b'xi mod ieħor jissorvelja l-proċedura u jinforma l-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati b' dik id-deċiżjoni. Fejn ikun xieraq, kumitati oħrajn jistgħu jintalbu għal opinjoni skont l-Artikolu 46(1). L-Artikoli 179(2), 47 jew 47a għandhom japplikaw fejn ikun xieraq.

 

Il-presidenti u r-rapporteurs tal-kumitat responsabbli ta' kwalunkwe kumitati assoċjati, għandhom, b'mod konġunt, jieħdu azzjoni xierqa biex jiġi żgurat li l-Kummissjoni tipprovdi lill-Parlament b'tagħrif sħiħ dwar ir-rakkomandazzjonijiet għall-mandat ta' nnegozjar, jekk ikun meħtieġ, b'mod kunfidenzjali, kif ukoll bit-tagħrif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 .

Emenda 24

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 83 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.

Qabel ma ssir il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni, il-kumitat responsabbli jew grupp politiku jew mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri, jistgħu jipproponu li l-Parlament jitlob opinjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-kompatibilità ta' ftehima internazzjonali mat-Trattati. Jekk il-Parlament japprova proposta ta' dan it-tip, il-votazzjoni dwar l-approvazzjoni għandha tiġi ddiferita sakemm il-Qorti tagħti l-opinjoni tagħha.

Emenda 25

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 97 – paragrafu 3

3.

Il-Parlament għandu jistabbilixxi reġistru ta' dokumenti tal-Parlament. Dokumenti leżislattivi u dokumenti oħra kif stipulat f'Anness għal dawn ir-Regoli għandhom, skond ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ikunu aċċessibbli direttament mir-reġistru. Referenzi għal dokumenti oħra tal-Parlament għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikunu inklużi fir-reġistru.

3.

Il-Parlament għandu jistabbilixxi reġistru ta' dokumenti tal-Parlament. Dokumenti leġislattivi u ċerti kategoriji oħra ta' dokumenti għandhom, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001, ikunu aċċessibbli direttament mir-reġistru. Referenzi għal dokumenti oħra tal-Parlament għandhom, sa fejn ikun possibbli, ikunu inklużi fir-reġistru.

Kategoriji ta' dokumenti li huma aċċessibbli direttament għandhom ikunu stabbiliti f'lista adottata mill - Parlament u annessa ma' dawn ir-Regoli . Din il-lista m'għandhiex tillimita d-dritt ta' aċċess għal dokumenti li ma jkunux fil-kategoriji inklużi fil-lista.

Il-kategoriji ta' dokumenti li jkunu aċċessibbli direttament għandhom ikunu stabbiliti f'lista adottata mill-Bureau u ppubblikata fuq is-sit elettoniku tal-Parlament . Din il-lista m'għandhiex tillimita d-dritt ta' aċċess għal dokumenti li ma jkunux fil-kategoriji inklużi fil-lista ; dawk id-dokumenti għandhom ikunu disponibbli fuq talba bil-miktub.

Dokumenti tal-Parlament li ma jkunux aċċessibbli direttament mir-reġistru għandhom ikunu disponibbli fuq talba bil-miktub.

 

Il-Bureau jista' jadotta regoli, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jistabbilixxu arranġamenti għall-aċċess liema regoli għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Bureau jista' jadotta regoli, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, li jistabbilixxu arranġamenti għall-aċċess, liema regoli għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

 

(Jekk din l-emenda tiġi adottata, l-Anness XV jitħassar)

Emenda 26

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 103 – paragrafu 1

1.

Il-Membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew jistgħu f'kull ħin jitolbu permess mingħand il-President permess biex jagħmlu stqarrija. Il-President għandu jiddeċiedi meta l-istqarrija tkun tista' ssir u jekk għandhiex tiġi segwita minn dibattitu sħiħ jew minn tletin minuta ta' mistoqsijiet qosra u konċizi mill-Membri.

1.

Il-Membri tal-Kummissjoni, tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew jistgħu f'kull ħin jitolbu permess mingħand il-President tal-Parlament biex jagħmlu stqarrija. Il-President tal-Kunsill Ewropew għandu jagħmel stqarrija wara kull laqgħa tal-Kunsill Ewropew. Il-President tal-Parlament għandu jiddeċiedi meta l-istqarrija tkun tista' ssir u jekk għandhiex tiġi segwita minn dibattitu sħiħ jew minn tletin minuta ta' mistoqsijiet qosra u konċizi mill-Membri.

Emenda 60

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 116 – paragrafu 1

1.

Sa massimu ta' ħames membri jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar kwistjoni li taqa' fi ħdan l-isfera ta' attivitajiet tal-Unjoni Ewropea. Dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu stampati bil-lingwi uffiċjali u mqassma. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jinżamm barra d-daħla tal-Kamra waqt is-sessjonijiet parzjali u f'post xieraq li għandu jkun stabbilit mill-Kulleġġ tal-Kwesturi fl-intervalli ta' bejn is-sessjonijiet parzjali.

1.

Sa massimu ta' ħames membri jistgħu jippreżentaw dikjarazzjoni bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma dwar kwistjoni li taqa' taħt il-kompetenzi tal-Unjoni Ewropea u li ma tkoprix kwistjonijiet li huma s-suġġett ta' proċess leġislattiv li jkun għaddej attwalment . Għandha tingħata awtorizzazzjoni mill-President fuq bażi ta' każ b'każ. Dikjarazzjonijiet bil-miktub għandhom ikunu stampati bil-lingwi uffiċjali u mqassma. Dawn għandhom jiddaħħlu f'reġistru flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji. Dan ir-reġistru għandu jkun pubbliku u għandu jinżamm barra d-daħla tal-Kamra waqt is-sessjonijiet parzjali u f'post xieraq li għandu jkun stabbilit mill-Kulleġġ tal-Kwesturi fl-intervalli ta' bejn is-sessjonijiet parzjali.

Emenda 27

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 3

3.

Meta dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament u jippubblika l-ismijiet tal-firmatarji fil-minuti.

3.

Meta dikjarazzjoni tkun iffirmata mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament, il-President għandu jgħarraf b'dan lill-Parlament u jippubblika l-ismijiet tal-firmatarji fil-minuti u d-dikjarazzjoni bħala test adottat.

Emenda 28

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 116 – paragrafu 4

4.

Dikjarazzjoni ta' dan it-tip għandha , fl-aħħar tas-sessjoni parzjali, tintbagħat lill-istituzzjonijiet imsemmijin fiha flimkien ma' l-ismijiet tal-firmatarji. Din għandha tiddaħħal fil-minuti tas-seduta li fiha tkun imħabbra. Il-pubblikazzjoni fil-minuti għandha tagħlaq il-proċedura.

4.

Il-proċedura għandha tingħalaq billi , fl-aħħar tas-sessjoni parzjali, id-dikjarazzjoni tintbagħat lid-destinatarji flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji.

Emenda 29

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 131 a

Fuq talba tar-rapporteur jew fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li punt li ma jkunx jeħtieġ dibattitu sħiħ jiġi ttrattat permezz ta' preżentazzjoni qasira fil-plenarja mir-rapporteur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-opportunità li tintervjeni u kwalunkwe Membru għandu jkollu d-dritt li jirreaġixxi billi jippreżenta stqarrija bil-miktub addizzjonali skond l-Artikolu 142(7) .

Fuq talba tar-rapporteur jew fuq proposta tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista' wkoll jiddeċiedi li punt li ma jkunx jeħtieġ dibattitu sħiħ jiġi ttrattat permezz ta' preżentazzjoni qasira fil-plenarja mir-rapporteur. F'dak il-każ, il-Kummissjoni għandu jkollha l-opportunità li tagħti tweġiba, li tkun segwita b'għaxar minuti ta' dibattitu li fihom il-President jista' jagħti l-kelma, għal mhux iżjed minn minuta, lil Membri li jitolbu l-kelma.

Emendi 30 u 66

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 142

Allokazzjoni ta' ħin għad-diskorsi

Allokazzjoni ta' ħin għad-diskorsi u lista tal-kelliema

1.

Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi lill-Parlament li jkun allokat il-ħin għal diskorsi dwar xi dibattitu partikulari. Il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq din il-proposta mingħajr diskussjoni.

1.

Il-Konferenza tal-Presidenti tista' tipproponi lill-Parlament li jkun allokat il-ħin għal diskorsi dwar xi dibattitu partikulari. Il-Parlament għandu jiddeċiedi fuq din il-proposta mingħajr diskussjoni.

 

1a.

Ebda membru ma jista' jitkellem ħlief meta jissejjaħ biex jagħmel dan mill-President. Il-Membri għandhom jitkellmu minn posthom u għandhom jindirizzaw lill-President. Jekk kelliem joħroġ barra mis-suġġett, il-President għandu jsejjaħlu għall-ordni.

 

1b.

Għall-ewwel parti ta' dibattitu partikulari, il-President jista' jagħmel lista ta' kelliema li tkun tinkludi dawra waħda jew aktar ta' kelliema minn kull grupp politiku li jkun jixtieq jitkellem, f'ordni skont id-daqs tal-grupp, u Membru wieħed li ma jkunx affiljat ma' grupp.

2.

Il-ħin għad-diskorsi għandu jiġi allokat skond il-kriterji li ġejjin:

2.

Il-ħin għad-diskorsi għal din il-parti tad-dibattitu għandu jiġi allokat skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

l-ewwel parti tal-ħin għad-diskorsi għandha tinqasam b'mod indaqs bejn il-gruppi politiċi kollha;

(a)

l-ewwel parti tal-ħin għad-diskorsi għandha tinqasam b'mod indaqs bejn il-gruppi politiċi kollha;

(b)

parti oħra għandha tinqasam bejn il-gruppi politiċi fi proporzjon skond in-numru sħiħ tal-membri tagħhom;

(b)

parti oħra għandha tinqasam bejn il-gruppi politiċi fi proporzjon skont in-numru totali tal-membri tagħhom;

(c)

il-Membri mhux affiljati għandhom jiġu allokati ħin totali għad-diskorsi li jkun ibbażat fuq il-partijiet allokati lil kull grupp politiku skond is-subparagrafi (a) u (b).

(c)

il-Membri mhux affiljati għandhom jiġu allokati ħin totali għad-diskorsi li jkun ibbażat fuq il-partijiet allokati lil kull grupp politiku skont is-subparagrafi (a) u (b).

3.

Meta jkun allokat ħin totali għad-diskorsi għal diversi punti fl-aġenda, il-gruppi politiċi għandhom jinfurmaw lill-President dwar il-parti mill-ħin allokat lilhom li se tintuża għal kull punt individwali. Il-President għandu jiżgura li dawn il-ħinijiet għad-diskorsi jkunu rispettati.

3.

Meta jkun allokat ħin totali għad-diskorsi għal bosta punti fl-aġenda, il-gruppi politiċi għandhom jinfurmaw lill-President dwar il-parti mill-ħin allokat lilhom li tkun se tintuża għal kull punt individwali. Il-President għandu jiżgura li dawn il-ħinijiet għad-diskorsi jkunu rispettati.

 

3a.

Il-bqija tal-ħin maħsub għad-dibattitu m'għandux jiġi allokat b'mod speċifiku minn qabel. Minflok, il-President għandu jistieden lill-Membri biex jitkellmu, bħala regola ġenerali, għal mhux aktar minn minuta. Il-President għandu jiżgura –sa fejn ikun possibbli – li kelliema li jkollhom opinjonijiet politiċi differenti u li jkunu minn Stati Membri differenti jitkellmu wara xulxin.

 

3b.

Fuq talba, tista' tingħata prijorità lill-president jew lir-rapporteur tal-kumitat responsabbli u lill-presidenti ta' gruppi politiċi li jkunu jixtiequ jitkellmu f' isimhom, jew lil kelliema li jkunu deputati tagħhom.

 

3c.

Il-President jista' jagħti l-kelma lill-Membri li juru, billi jgħollu karta kaħla, ix-xewqa tagħhom li jressqu mistoqsija ta' mhux aktar minn nofs minuta lil Membru ieħor waqt id-diskors tiegħu, jekk il-kelliem jaqbel u jekk il-President iqis li dan ma jkunx se jfixkel id-dibattitu. (L-Artikoli 141 u 143 ma jibqgħux validi)

4.

Ebda Membru ma jista' jitkellem għal iktar minn minuta fuq kull wieħed minn dawn li ġejjin: il-minuti, mozzjonijiet proċedurali, emendi għall-aħħar abbozz ta' l-aġenda jew għall-aġenda.

4.

Ebda Membru ma jista' jitkellem għal iktar minn minuta fuq dawn li ġejjin: il-minuti tas-seduta , il-mozzjonijiet proċedurali, l-emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda jew għall-aġenda.

 

4a.

Bla ħsara għas-setgħat dixxiplinarji l-oħra tiegħu, il-President jista' jordna li d-diskorsi ta' Membri li ma jkunx tahom il-kelma jew li jkomplu jitkellmu iktar mill-ħin mogħti lilhom jitħassru mir-rapporti verbatim tas-seduti.

5.

Fid-dibattitu fuq xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.

5.

Fid-dibattitu dwar xi rapport il-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jinstemgħu, bħala regola, minnufih wara l-preżentazzjoni tiegħu mir-rapporteur. Il-Kummissjoni, il-Kunsill u r-rapporteur jistgħu jinstemgħu mill-ġdid, b'mod partikolari biex jirrispondu għall-istqarrijiet magħmula mill-Membri.

6.

Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.

6.

Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE, il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta' ħin għad-diskorsi.

7.

Membri li ma jkunux tkellmu waqt xi dibattitu jistgħu, mhux iżjed minn darba f'kull sessjoni parzjali, jippreżentaw stqarrija bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li għandha tiġi annessa mar-rapport verbatim tad-dibattitu.

7.

Membri li ma jkunux tkellmu waqt xi dibattitu jistgħu, mhux iżjed minn darba f'kull sessjoni parzjali, jippreżentaw stqarrija bil-miktub ta' mhux iżjed minn 200 kelma li għandha tiġi annessa mar-rapport verbatim tad-dibattitu.

 

(L-Artikoli 141 u 143 ma jibqgħux validi)

Emenda 32

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 150 – paragrafu 6 – subparagrafu 2 a (ġdid)

 

Meta jkun hemm inqas minn mitt Membru preżenti, il-Parlament ma jistax jiddeċiedi mod ieħor jekk mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar Membri preżenti joġġezzjonaw.

Emenda 33

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 156

Meta jitressqu aktar minn ħamsin emenda għal rapport li jkun qed jiġi eżaminat mill-Parlament, il-President jista' jitlob lill-kumitat responsabbli, wara li jikkonsulta lill-president ta' l-istess kumitat, sabiex jiltaqa' biex jeżamina l-emendi. Kull emenda li ma tirċevix voti favorevoli f'dan l-istadju minn mhux anqas minn parti waħda minn għaxra tal-membri tal-kumitat m'għandux jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Meta jitressqu aktar minn ħamsin emenda u talba għal votazzjoni maqsuma jew separata għal rapport li jkun qed jiġi eżaminat mill-Parlament, il-President jista' jitlob lill-kumitat responsabbli, wara li jikkonsulta lill-president tal-istess kumitat, sabiex jiltaqa' biex jeżamina dawk l-emendi jew talbiet . Kull emenda jew talba għal votazzjoni maqsuma jew separata li ma tirċevix voti favorevoli f'dan l-istadju minn mhux inqas minn wieħed minn kull għaxra tal-membri tal-kumitat m'għandux jittieħed vot fuqha fil-Parlament.

Emenda 34

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 157 – paragrafu 1

1.

Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed , kull waħda b'tifsira loġika u valur normattiv distint, jistgħu jintalbu voti maqsuma minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

1.

Meta t-test li għandu jitqiegħed għall-vot ikun fih żewġ dispożizzjonijiet jew iżjed, jew referenzi għal żewġ punti jew iżjed, jew ikun jista' jinqasam f'żewġ partijiet jew iżjed li jkollhom tifsira distinta u/jew valur normattiv distint, tista' tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru.

Emenda 35

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 159 a (ġdid)

 

Artikolu 159a

Votazzjoni aħħarija

Meta ssir votazzjoni fuq proposta leġislattiva, kemm b'votazzjoni waħdanija u/jew b'votazzjoni aħħarija, il-Parlament għandu jivvota b'sejħa tal-ismijiet permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika.

Emenda 36

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 160 – paragrafu 1

1.

Barra mill-każi msemmija fl-Artikoli 99(4) u 100(5), il-vot għandu jittieħed b'sejħa ta' l-ismijiet jekk issir talba bil-miktub minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti.

1.

Barra mill-każi msemmijin fl-Artikoli 99(4), 100(5) u 159a , il-vot għandu jittieħed b'sejħa tal-ismijiet jekk issir talba bil-miktub minn xi grupp politiku jew minn mhux inqas minn erbgħin Membru sa mhux aktar tard minn filgħaxija tal-ġurnata ta' qabel il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-President jistabbilixxi skadenza differenti.

Emenda 37

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 160 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

2.

L-ismijiet għandhom jissejħu f'ordni alfabetiku, u jibdew bl-isem ta' Membru li jittella bil-polza. Il-President għandu jkun l-aħħar wieħed li jivvota.

2.

Il-votazzjoni b'sejħa tal-ismijiet għandha ssir permezz tas-sistema ta' votazzjoni elettronika . Meta din ma tkunx tista' tintuża għal raġunijiet tekniċi, l-ismijiet għandhom jissejħu f'ordni alfabetiku, u jibdew bl-isem ta' Membru li jittella' bil-polza. Il-President għandu jkun l-aħħar wieħed li jivvota.

Emenda 38

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 162 – paragrafu 4 – subparagrafu 1

4.

Minn tnejn sa sitt Membri mtellgħa bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'vot sigriet.

4.

Minn tnejn sa tmien Membri mtellgħa bil-polza għandhom jgħoddu l-voti mitfugħa f'vot sigriet , ħlief jekk issir votazzjoni elettronika .

Emenda 39

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 172

1.

Il-minuti ta' kull seduta, li jkun fihom id-deċiżjonijiet tal-Parlament u l-ismijiet tal-kelliema, għandhom jitqassmu mhux inqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

1.

Il-minuti ta' kull seduta, bid-dettalji tal-proċeduri u d-deċiżjonijiet tal-Parlament u l-ismijiet tal-kelliema, għandhom jitqassmu mhux inqas minn nofs siegħa qabel il-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar tas-seduta li jkun imiss.

Fil-kuntest ta' proċeduri legali, l-emendi kollha adottati mill-Parlament għandhom ukoll jitqiesu li jkunu deċiżjonijiet skond it-tifsira ta' dan il-paragrafu, anke jekk il-proposta relevanti tal-Kummissjoni jew il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill ikunu fl-aħħar mill-aħħar miċħuda, skond l-Artikolu 52(1) jew l-Artikolu 61(3) rispettivament.

Fil-kuntest ta' proċeduri leġiżlattivi, l-emendi kollha adottati mill-Parlament għandhom ukoll jitqiesu li jkunu deċiżjonijiet skont it-tifsira ta' din id-dispożizzjoni, wkoll jekk il-proposta relevanti tal-Kummissjoni jew il-pożizzjoni tal-Kunsill ikunu fl-aħħar mill-aħħar miċħuda, skont l-Artikolu 52(1) jew l-Artikolu 61(3) rispettivament.

It-testi adottati mill-Parlament għandhom jitqassmu separatament. Meta testi leġiżlattivi adottati mill-Parlament ikun fihom emendi, dawn għandhom ikunu ppubblikati f'versjoni konsolidata.

 

2.

Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament il-minuti tas-seduta ta' qabel għall-approvazzjoni tiegħu.

2.

Fil-bidu tal-parti ta' wara nofsinhar ta' kull seduta, il-President għandu jqiegħed quddiem il-Parlament, għall-approvazzjoni tiegħu, il-minuti tas-seduta ta' qabel.

3.

Jekk jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandhomx ikunu kkunsidrati. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq il-minuti għal aktar minn minuta.

3.

Jekk jitqajjmu oġġezzjonijiet għall-minuti, il-Parlament għandu, jekk ikun meħtieġ, jiddeċiedi jekk il-bidliet mitluba għandhomx ikunu kkunsidrati. Ebda Membru ma jista' jitkellem fuq is-suġġett għal aktar minn minuta.

4.

Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u miżmuma fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati fi żmien xahar fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

4.

Il-minuti għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament. Il-minuti għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda 40

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 172 a (ġdid)

 

Artikolu 172a

Testi adottati

1.

It-testi adottati mill-Parlament għandhom ikunu ppubblikati minnufih wara l-votazzjoni. Għandhom jitressqu quddiem il-Parlament flimkien mal-minuti tas-seduta rilevanti u jinżammu fl-arkivji tal-Parlament.

2.

It-testi adottati mill-Parlament għandhom ikunu suġġetti għal finalizzazzjoni legali u lingwistika taħt ir-responsabilità tal-President. Meta dawn it-testi jiġu adottati fuq il-bażi ta' ftehima milħuqa bejn il-Parlament u l-Kunsill, din il-finalizzazzjoni għandha ssir miż-żewġ istituzzjonijiet f'koperazzjoni mill-qrib u permezz ta' ftehim reċiproku.

3.

Il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 204a għandha tapplika meta, sabiex ikunu ggarantiti l-koerenza u l-kwalità tat-test f'konformità mar-rieda espressa mill-Parlament, ikunu jinħtieġu adattazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-korrezzjonijiet ta' żbalji tipoloġiċi jew mill-korrezzjonijiet meħtieġa biex tkun żgurata l-konkordanza bejn il-verżjonijiet fil-lingwi kollha, l-korrettezza lingwistika u l-koerenza terminoloġika tagħhom.

4.

It-testi adottati mill-Parlament skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE għandhom jieħdu s-sura ta' test konsolidat. Meta l-vot tal-Parlament ma jkunx ibbażat fuq ftehima mal-Kunsill, it-test konsolidat għandu jidentifika l-emendi li jkunu ġew adottati.

5.

Wara l-finalizzazzjoni, it-testi adottati għandhom ikunu ffirmati mill-President u mis-Segretarju Ġenerali u għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

Emenda 41

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 175

Twaqqif ta' Kumitati Temporanji

Twaqqif ta' Kumitati Speċjali

Il-Parlament jista' f'kull ħin iwaqqaf kumitati temporanji , li s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu; il-mandat tagħhom m'għandux jisboq it-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dan il-mandat malli jiskadi.

Fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti, l-Parlament jista' f'kull ħin iwaqqaf kumitati speċjali , li s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandat tagħhom għandhom ikunu stabbiliti fl-istess ħin li tittieħed id-deċiżjoni li jitwaqqfu; il-mandat tagħhom m'għandux jisboq it-tnax-il xahar, ħlief meta l-Parlament jestendi dan il-mandat malli jiskadi.

Billi s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandati tal-kumitati temporanji jiġu deċiżi fl-istess ħin li jitwaqqfu dawn il-kumitati, għandu jsegwi illi l-Parlament ma jistax sussegwentement jiddeċiedi li jibdel is-setgħat tagħhom, sew billi jżidhom u sew billi jnaqqashom.

Billi s-setgħat, il-kompożizzjoni u l-mandati tal-kumitati speċjali jiġu deċiżi fl-istess ħin li jitwaqqfu dawn il-kumitati, għandu jsegwi illi l-Parlament ma jistax sussegwentement jiddeċiedi li jibdel is-setgħat tagħhom, sew billi jżidhom u sew billi jnaqqashom.

Emenda 42

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 177 – paragrafu 1 – interpretazzjoni (ġdid)

 

Il-proporzjonalità fost il-gruppi politiċi m'għandhiex titbiegħed mill-eqreb numru sħiħ xieraq. Jekk xi grupp jiddeċiedi li ma jkollux rappreżentanti f'xi kumitat, dawn il-postijiet għandhom jibqgħu battala u l-kumitat jonqos fid-daqs bin-numru korrispondenti. Mhuwiex permess l-iskambju ta' siġġijiet bejn il-gruppi politiċi.

Emenda 43

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 179 – paragrafu 2

2.

Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti sabiex jeżamina xi kwistjoni, jew jekk jinqala konflitt dwar il-kompetenza ta' żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta' kompetenza għandha titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti fi żmien erba' ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li saret riferenza lill-kumitat. Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun notifikata u tista' tagħmel rakkomandazzjoni lill-Konferenza tal-Presidenti. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat tax-xogħol minn meta ssir ir- riferenza tal-kwistjoni ta' kompetenza . Jekk ma jsirx hekk, il-kwistjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss biex tittieħed deċiżjoni dwarha .

2.

Jekk kumitat permanenti jiddikjara lilu nnifsu mhux kompetenti biex jeżamina xi kwistjoni, jew jekk jinqala' konflitt dwar il-kompetenza ta' żewġ kumitati permanenti jew iżjed, il-kwistjoni ta' kompetenza għandha titressaq quddiem il-Konferenza tal-Presidenti fi żmien erba' ġimgħat minn meta jitħabbar fil-Parlament li saret riferenza lill-kumitat. Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tieħu deċiżjoni fi żmien sitt ġimgħat fuq il-bażi ta' rakkomandazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, jew, jekk ma jkunx hemm rakkomandazzjoni bħal din, mill-president tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati . Jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tieħux deċiżjoni f'dak il-perjodu, ir-rakkomandazzjoni għandha titqies li tkun ġiet approvata .

Emenda 44

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 179 – paragrafu 2 – interpretazzjoni (ġdid)

 

Il-presidenti tal-kumitati jistgħu jagħmlu ftehimiet ma' presidenti oħra tal-kumitati dwar l-allokazzjoni ta' suġġett lil xi kumitat partikolari, soġġett, fejn ikun il-każ, għall-awtorizzazzjoni ta' proċedura b' kumitati assoċjati skont l-Artikolu 47.

Emenda 45

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 182 a (ġdid)

 

Artikolu 182a

Koordinaturi tal-kumitati u shadow rapporteurs

1.

Il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw wieħed mill-membri tagħhom bħala koordinatur.

2.

Fejn ikun jeħtieġ, il-koordinaturi tal-kumitati għandhom jiġu msejħa mill-president tal-kumitat biex iħejju deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-kumitat, b'mod partikolari deċiżjonijiet dwar il-proċedura u l-ħatra ta' rapporteurs. Il-kumitat jista' jiddelega lill-koordinaturi s-setgħa biex jittieħdu ċerti deċiżjonijiet, ħlief għal deċiżjonijiet dwar l-adozzjoni ta' rapporti, opinjonijiet jew emendi. Il-viċi presidenti tal-kumitati jistgħu jiġu mistiedna jieħdu sehem bħala konsulenti fil-laqgħat tal-koordinaturi tal-kumitati. Il-koordinaturi għandhom jagħmlu ħilithom biex jilħqu kunsens. Meta ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, huma jistgħu jaġixxu biss b'maġġoranza li tirrappreżenta b'mod ċar maġġoranza kbira tal-kumitat, filwaqt li titqies is-saħħa rispettiva tal-gruppi differenti.

3.

Għal kull rapport, il-gruppi politiċi jistgħu jinnominaw shadow rapporteur biex isegwi l-progress tar-rapport rilevanti u jfittex kompromessi fil-kumitat f'isem il-grupp. Ismijiethom għandhom jiġu mgħarrfa lill-president tal-kumitat. Fuq proposta tal-koordinaturi, il-kumitat jista', b'mod partikolari, jiddeċiedi li jinvolvi lix-shadow rapporteurs sabiex jintlaħaq ftehim mal-Kunsill fil-proċeduri ta' kodeċiżjoni.

Emenda 46

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 184

Il-minuti ta' kull laqgħa ta' kumitat għandhom ikunu mqassma lill-membri kollha ta' dak il-kumitat u ppreżentati lill-kumitat għall-approvazzjoni tiegħu fil-laqgħa li jkun imiss .

Il-minuti ta' kull laqgħa ta' kumitat għandhom jitqassmu lill-membri kollha ta' dak il-kumitat u jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-approvazzjoni tiegħu.

Emenda 47

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 186

L-Artikoli 11,12, 13, 16, 17, 140, 141, 143(1), 146, 148, 150 sa 153, 155, 157(1), 158, 159, 161, 162, 164 sa 167, 170 u 171 għandhom jappplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-kumitati.

L-Artikoli 11,12, 13, 16, 17, 34 sa 41, 140, 141, 143(1), 146, 148, 150 sa 153, 155, 157(1), 158, 159, 161, 162, 164 sa 167, 170 u 171 għandhom jappplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-kumitati.

Emenda 48

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 188 – paragrafu 6 a (ġdid)

 

6a.

Il-president ta' delegazzjoni għandha tingħatalu l-opportunità li jinstema' minn kumitat meta fl-aġenda jkun hemm xi punt li jkollu x'jaqsam mal-qasam ta' responsabilità tad-delegazzjoni. L-istess għandu jgħodd f'laqgħat ta' xi delegazzjoni għall-president jew għar-rapporteur ta' dak il-kumitat.

Emenda 49

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 192 – paragrafu 1 a (ġdid)

 

1a.

Meta r-rapport jittratta, b'mod partikolari, l-applikazjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea, jew xi tibdil propost għal-liġi eżistenti, il-kumitat responsabbli għas-suġġett għandu jiġi assoċjat skont l-Artikolu 46(1) u l-ewwel u t-tieni inċiżi tal-Artikolu 47. Il-kumitat responsabbli għandu jaċċetta mingħajr votazzjoni suġġerimenti għal partijiet tal-mozzjoni għal riżoluzzjoni li jaslu mingħand il-kumitat responsabbli għas-suġġett u li jittrattaw l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-liġi tal-Unjoni Ewropea jew xi tibdil għal-liġi eżistenti. Jekk il-kumitat responsabbli ma jaċċettax dawn is-suġġerimenti, il-kumitat assoċjat jista' jqiegħdhom direttament fuq il-Mejda fil-plenarja.

Emenda 50

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew

Artikolu 204 – punt c a (ġdid)

 

(ca)

linji gwida u kodiċijiet ta' mġiba adottati mill-entitajiet rilevanti tal-Parlament (Annessi XVIa, XVIb u XVIe).