5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/140


L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tal-petizzjonijiet

P6_TA(2009)0353

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar ir-reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura għal dak li għandu x'jaqsam mal-proċess tal-petizzjonijiet (2006/2209(REG))

2010/C 212 E/25

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tiegħu bid-data tal-20 ta' Lulju 2006,

wara li kkunsidra l-Artikoli 201 u 202 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A6-0027/2009),

1.

Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta' Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt;

2.

Ifakkar li dawn l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-ewwel jum tas-sessjoni parzjali li jmiss, bl-eċċezzjoni tal-emenda li tirrigwarda l-Artikolu 193a (ġdid), li tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum wara d-dħul fis-seħħ tad-dispożizzjoni tat-Trattat relevanti;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni.

TEST FIS-SEĦĦ

EMENDA

Emenda 1

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 2 a (ġdid)

 

2a.

Meta petizzjoni tkun iffirmata minn bosta persuni fiżiċi jew ġuridiċi, il-firmatarji għandhom jaħtru rappreżentant u viċi rappreżentanti li għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti għall-finijiet ta' dan it-Titolu.

Meta ma tkun saret l-ebda nominazzjoni bħal din, l-ewwel firmatarju jew persuna oħra xierqa għandhom jitqiesu bħala l-petizzjonanti.

Emenda 2

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 2 b (ġdid)

 

2b.

Kull petizzjonant jista' fi kwalunkwe żmien jirtira l-appoġġ tiegħu għall-petizzjoni.

Wara l-irtirar tal-appoġġ mill-petizzjonanti kollha l-petizzjoni għandha ssir nulla u bla effett.

Emenda 3

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 3

3.

Il-petizzjonijiet għandhom ikunu b' waħda mil-lingwi ta' l-Unjoni Ewropea.

3.

Il-petizzjonijiet għandhom ikunu miktuba b' lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Petizzjonijiet miktuba b'xi lingwa oħra jkunu kkunsidrati biss jekk min jagħmel il-petizzjoni jehmeż traduzzjoni jew sommarju miktub b'xi waħda mil-lingwi uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea . It-traduzzjoni jew is-sommarju għandhom jiffurmaw il-bażi tal-ħidma tal-Parlament. Korrispondenza tal-Parlament ma' min jagħmel il-petizzjoni għandha tkun bil-lingwa uffiċjali li biha tkun miktuba t-traduzzjoni jew is-sommarju.

Petizzjonijiet miktuba b'xi lingwa oħra jkunu kkunsidrati biss jekk min jagħmel il-petizzjoni jkun hemeż traduzzjoni b'xi waħda mil-lingwi uffiċjali. Il-korrispondenza tal-Parlament ma' min jagħmel il-petizzjoni għandha tkun bil-lingwa uffiċjali li biha tkun miktuba t-traduzzjoni.

 

Il-Bureau jista' jiddeċiedi li l-petizzjonijiet u l-korrispondenza mal-petizzjonanti jistgħu jkunu abbozzati b'lingwi oħra li huma użati f' xi Stat Membru.

Emenda 4

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 5

5.

Petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli li għandu l-ewwel jaċċerta jekk il-petizzjonijiet reġistrati jaqgħux fl-isfera ta' l-attività ta' l-Unjoni Ewropea .

5.

Petizzjonijiet li jiddaħħlu fir-reġistru għandhom jitressqu mill-President quddiem il-kumitat responsabbli li għandu l-ewwel jistabbilixxi jekk il-petizzjoni tkunx ammissibbli jew le skont l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewrope .

Jekk il-kumitat responsabbli ma jilħaqx konsensus dwar l-ammissibilità tal-petizzjoni, din għandha tiġi ddikjarata ammissibbli jekk kemm-il darba jkun hemm talba f'das-sens minn mhux anqas minn kwart tal-membri tal-kumitat.

Emenda 5

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 6

6.

Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; min jagħmel il-petizzjoni għandu jkun infurmat bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet li wasslu għaliha.

6.

Petizzjonijiet dikjarati inammissibbli mill-kumitat għandhom jiġu arkivjati; il-petizzjonant għandu jkun mgħarraf bid-deċiżjoni u bir-raġunijiet li wasslu għaliha. Meta jkun possibbli, jistgħu jiġu rrakkomandati mezzi ta’ riparazzjoni alternattivi.

Emenda 6

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 7

7.

F'dawn il-każi l-kumitat jista' jissuġġerixxi li min għamel il-petizzjoni jikkuntattja lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru konċernat jew ta' l-Unjoni Ewropea.

imħassar

Emenda 7

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 8

8.

Il-petizzjoni għandha tiddaħħal f'reġistru pubbliku, ħlief fil-każ li l-persuna li tippreżentaha titlob li din tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali .

8.

Il-petizzjonijiet, ladarba jiddaħħlu fir-reġistru, għandhom bħala regola ġenerali jsiru dokumenti pubbliċi, u l-isem tal-petizzjonant kif ukoll il-kontenut tal-petizzjoni jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament għal raġunijiet ta' trasparenza.

Emenda 8

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 8 a (ġdid)

 

8a.

Minkejja d-dispożizzjonijiet imniżżla fil-paragrafu 9 hawn fuq, il-petizzjonant jista' jitlob li ismu ma jidhirx sabiex tkun imħarsa l-privatezza tiegħu, f'liema każ il-Parlament għandu jilqa' it-talba.

Meta l-ilment tal-petizzjonant ma jkunx jista’ jiġi investigat għal raġunijiet ta’ anonomità, il-petizzjonant għandu jiġi kkonsultat rigward x'passi oħra jridu jkomplu jittieħdu.

Emenda 9

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 191 – paragrafu 8 b (ġdid)

 

8b.

Il-petizzjonant jista' jitlob li l-petizzjoni tiegħu (jew tagħha) tiġi ttrattata b'mod kunfidenzjali, f'liema każ għandhom jittieħdu l-prekawzjonijiet xierqa mill-Parlament biex jiġi żgurat illi l-kontenut ma jsirx pubbliku. Il-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf taħt liema kundizzjonijiet preċiżi għandha tapplika din id-dispożizzjoni.

Emenda 10

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 1 (ġdid)

 

-1.

Il-petizzjonijiet ammissibbli għandhom jiġu kkunsidrati mill-kumitat responsabbli waqt l-attività normali tiegħu, permezz ta' diskussjoni waqt laqgħa regolari jew permezz ta' proċedura bil-miktub. Il-petizzjonanti jistgħu jiġu mistiedna sabiex jipparteċipaw fil-laqgħat tal-kumitat jekk tkun se tiġi diskussa l-petizzjoni tagħhom, jew inkella jistgħu jitolbu huma biex ikunu preżenti. Id-dritt tal-kelma għandu jingħata lill-petizzjonanti skont id-diskrezzjoni tal-president tal-kumitat.

Emenda 11

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 1

1.

Il-kumitat responsabbli jista' jiddeċiedi li jagħmel rapport jew li b'xi mod ieħor jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar petizzjonijiet li jkun iddikjara ammissibbli .

1.

Il-kumitat jista' , għal dak li għandu x'jaqsam ma' petizzjoni ammissibbli, jiddeċiedi li jfassal rapport fuq inizjattiva proprja skont it-termini tal-Artikolu 45(1) jew li jippreżenta mozzjoni qasira għal riżoluzzjoni lill-Parlament, kemm-il darba ma jkun hemm l-ebda oġġezzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti. Mozzjonijiet għal riżoluzzjoni bħal dawn għandhom jitqiegħdu fl-abbozz tal-aġenda tas-sessjoni parzjali li ssir mhux aktar tard minn tmien ġimgħat wara li jkunu ġew adottati fil-kumitat. Għandha ssir votazzjoni waħdanija għalihom u għandhom ikunu wkoll mingħajr dibattitu ħlief jekk il-Konferenza tal-Presidenti ma tiddeċidix b'mod eċċezzjonali li tapplika l-Artikolu 131a.

Il-kumitat jista' , b'mod partikulari fil-każ ta' petizzjonijiet li jfittxu li jkun hemm tibdil f'liġijiet eżistenti, jitlob opinjonijiet mingħand kumitati oħra skond l-Artikolu 46.

Il-kumitat jista' jitlob opinjonijiet mingħand kumitati oħra li għandhom responsabilità speċifika għall-kwistjoni li tkun qed tiġi meqjusa skond l-Artikolu 46 u l-Anness VI .

Emenda 12

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 2

2.

Għandu jitwaqqaf reġistru elettroniku li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħtu l-appoġġ tagħhom lil min jagħmel il-petizzjoni billi jpoġġu l-firma elettronika tagħhom fuq petizzjonijiet li jkunu ġew dikjarati ammissibbli u li jkunu ddaħħlu fir-reġistru.

2.

Għandu jitwaqqaf reġistru elettroniku li fih iċ-ċittadini jkunu jistgħu jagħtu jew jirtiraw l-appoġġ tagħhom lill-petiżżjonant billi jpoġġu l-firma elettronika tagħhom fuq petizzjonijiet li jkunu ġew dikjarati ammissibbli u li jkunu ddaħħlu fir-reġistru.

Emenda 13

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 3

3.

Meta jkun qed jikkunsidra petizzjonijiet jew jistabbilixxi fatti, il-kumitat jista' jorganizza smiegħ ta' min jagħmel il-petizzjonijiet jew smiegħ ġenerali jew jista' jibgħat membri fuq il-post sabiex jistabbilixxu l-fatti tas-sitwazzjoni .

3.

Meta jkun qed jinvestiga petizzjonijiet , jistabbilixxi fatti jew ifittex soluzzjonijiet il-kumitat jista' jorganizza żjarat sabiex jinstabu l-fatti fl-Istat Membru jew reġjun konċernat mill-petizzjoni .

Ir-rapporti dwar iż-żjarat għandhom jiġu abbozzati mill-parteċipanti tagħhom. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu mgħoddija lill-President wara l-approvazzjoni tal-kumitat.

Emenda 14

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 4

4.

Bil-għan li jipprepara l-opinjonijiet tiegħu, il-kumitat jista' jitlob lill- Kummissjoni sabiex tippreżenta dokumenti, tipprovdi informazzjoni u tagħtih aċċess għall-faċilitajiet tagħha .

4.

Il-kumitat jista' jitlob l-għajnuna mill- Kummissjoni , b'mod partikulari permezz ta’ tagħrif dwar l-applikazzjoni tal-liġi Komunitarja jew dwar il-konformità magħha, u permezz ta' kull tagħrif jew dokumenti li jkunu relevanti għall-petizzjoni. Għandhom jiġu mistiedna rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jattendu l-laqgħat tal-kumitat .

Emenda 15

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 5

5.

Il-kumitat jista', fejn ikun meħtieġ, jippreżenta mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet lill-Parlament dwar petizzjonijiet li jkun eżamina .

5.

Il-kumitat jista' jitlob lill-President biex jgħaddi l-opinjoni jew ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Kunsill jew lill-awtorità kkonċernata tal-Istat Membru għal azzjoni jew tweġiba .

Il-kumitat jista' wkoll jitlob li l-opinjonijiet tiegħu jkunu kkomunikati mill-President lill-Kummissjoni jew lill-Kunsill.

 

Emenda 16

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 192 – paragrafu 7

7.

Il-President għandu jinforma lil min jagħmel il-petizzjonijet bid- deċiżjonijiet meħuda u bir-raġunijiet għala ttieħdu .

7.

Il-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf bid- deċiżjoni meħuda mill-kumitat u għandu jingħata r-raġunijiet li jiġġustifikaw id-deċiżjoni .

Meta l-konsiderazzjoni ta' petizzjoni ammissibbli tintemm, din għandha tiġi ddikjarata magħluqa u l-petizzjonant għandu jiġi mgħarraf.

Emenda 17

Regoli ta' Proċedura tal-Parlament

Artikolu 193 a (ġdid)

 

Artikolu 193 a

Inizjattiva taċ-ċittadini

Meta l-Parlament ikun mgħarraf li l-Kummissjoni tkun ġiet mistiedna biex tressaq proposta għal att legali skont l-Artikolu 11(4) tat-Trattat EU, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jaċċerta ruħu jekk din il-ħaġa tistax taffettwa l-ħidma tiegħu u, jekk ikun meħtieġ, għandu jgħarraf lil dawk il-petizzjonanti li jkunu indirizzaw petizzjoni dwar suġġetti relatati.