5.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 212/125


It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi

P6_TA(2009)0338

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi (2009/2020(IMM))

2010/C 212 E/22

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba ta' Umberto Bossi għall-ħarsien tal-immunità tiegħu fir-rigward tal-investigazzjoni li qed titwettaq attwalment mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku marbut mal-Qorti Distrettwali ta' Verbania, tad-19 ta' Frar 2009, imħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2009,

wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew permezz ta' vot dirett universali,

wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6–0269/2009),

1.

Jiddeċiedi li jiddefendi l-immunità u l-privileġġi ta' Umberto Bossi;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet xierqa tar-Repubblika Taljana.


(1)  Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2391 u Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li għadhom mhux irrapportati fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.