5.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 212/124 |
It-Tlieta, 5 ta’ Mejju 2009
It-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello
P6_TA(2009)0337
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Mejju 2009 dwar it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello (2009/2021(IMM))
2010/C 212 E/21
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra t-talba ta' Aldo Patriciello għall-ħarsien tal-immunità tiegħu b'konnessjoni mal-investigazzjoni li għaddejja bħalissa min-naħa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fi ħdan il-Qorti Distrettwali ta' Isernia, kif imħabbra fis-seduta plenarja tad-9 ta' Marzu 2009,
wara li kkunsidra l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej, tat-8 ta' April 1965, u l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett, tal-20 ta' Settembru 1976,
wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Komunitajiet Ewropej tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986 u tal-21 ta' Ottubru 2008 (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 6(3) u 7 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0286/2009),
1. |
Jiddeċiedi li jħares l-immunità u l-privileġġi ta' Aldo Patriciello; |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-Kumitat responsabbli immedjatament lill-awtoritajiet konċernati tar-Repubblika Taljana. |
(1) Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier [1964] ECR 195, Kawża 149/85 Wybot v Faure u Oħrajn [1986] ECR 2 391 u Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente, li li għadhom mhux irrapportati fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea.