|
21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 285/86 |
L-Erbgħa, 25 ta’ Novembru 2009
L-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew għat-Trattat ta’ Lisbona
P7_TA(2009)0088
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-adattament tar-Regoli ta’ Proċedura għat-Trattat ta’ Liżbona (2009/2062(REG))
2010/C 285 E/16
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 211 u 212 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali li jinkorpora l-emendi proposti mill-Kumitat għall-Baġits fl-opinjoni tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2009 (A7-0043/2009),
|
1. |
Jiddeċiedi li jemenda r-Regoli ta’ Proċedura tiegħu kif jidher hawn taħt; |
|
2. |
Jiddeċiedi li l-emendi jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Diċembru 2009; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, għal skopijiet ta’ informazzjoni. |
|
TEST FIS-SEĦĦ |
EMENDA |
||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 11 – paragrafu 3 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
3a. Il-Paragrafu 1 għandu japplika mutatis mutandis sakemm jidħol fis-seħħ l-arranġament (1) li permezz tiegħu numru ta’ siġġijiet addizzjonali fil-Parlament ikunu allokati lil ċerti Stati Membri sal-aħħar tas-seba’ leġislatura. L-Istati Membri konċernati għandhom jiġu mistiedna jaħtru osservaturi skont il-liġi nazzjonali tagħhom. |
||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 36 |
|||||||||||
|
Eżami tar-rispett tad-drittijiet fundamentali, tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, ta’ l-istat tad-dritt u ta’ implikazzjonijiet finanzjarji |
Rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea |
||||||||||
|
Waqt l-eżami ta’ proposta leġiżlattiva, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tad-drittijiet fundamentali u b’mod partikulari biex l-att leġiżlattiv jkun konformi mal-Karta ta’ l-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali, il-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità u l-istat tad-dritt. Barra minn hekk, fejn proposta jkollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji suffiċjenti. |
1. Il-Parlament għandu fl-attivitajiet kollha tiegħu jirrispetta b’mod sħiħ id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
|
Il-Parlament għandu jirrispetta wkoll b’mod sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2 u fl-Artikolu 6(2) u (3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
|
2. Fejn il-kumitat responsabbli mis-suġġett, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru jkunu tal-opinjoni li proposta għal att leġiżlattiv jew partijiet minnha ma jkunux konformi ma’ drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-kwistjoni għandha, fuq talba tagħhom, tkun riferuta lill-kumitat responsabbli għall-interpretazzjoni tal-Karta. L-opinjoni ta’ dak il-kumitat għandha tkun annessa mar-rapport tal-kumitat responsabbli mis-suġġett. (Ara l-emenda tar-Regola 38 – paragrafu 1 (ġdid) u r-Regola 38 a (ġdida)) |
||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 38 – paragrafu -1 (ġdid) |
|||||||||||
|
|
-1. Fejn proposta għal att legislattiv ikollha implikazzjonijet finanzjarji, il-Parlament għandu jistabbilixxi jekk ikunux ipprovduti riżorsi finanzjarji biżżejjed. (Test tal-emenda identiku għall-Artikolu 36, l-aħħar frażi) |
||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 38 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 38a Eżami tar-rispett tal-prinċipju tas-sussidjarjetà 1. Waqt l-eżami ta’ proposta għal att legislattiv, il-Parlament għandu jagħti attenzjoni partikulari lir-rispett tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità. 2. Il-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jiddeċiedi li jagħmel rakkomandazzjonijiet għall-attenzjoni tal-kumitat responsabbli fir-rigward ta’ kwalunkwe proposta għal att leġislattiv. 3. Jekk Parlament nazzjonali jibgħat lill-President opinjoni motivata skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas- sussidjarjetà u l-proporzjonalità, dak id-dokument għandu jkun riferut lill-kumitat responsabbli għas-suġġett u mgħoddi għall-informazzjoni lill-kumitat responsabbli għar-rispett tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. 4. Ħlief fil-każijiet ta’ urġenza stabbiliti fl-Artikolu 4 tal-Protokoll dwar l-irwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, il-kumitat responsabbli mis-suġġett m’għandux jgħaddi għall-votazzjoni aħħarija tiegħu qabel tmiem l-iskadenza ta’ tmien ġimgħat li hija stipulata fl-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità. 5. Meta l-opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għall- att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas terz tal-voti kollha allokati għall-parlamenti nazzjonali jew kwart fil-każ ta’ proposta għall-att leġislattiv ippreżentat skont l-Artikolu 76 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament m’għandux jieħu deċiżjoni sakemm l-awtur tal-proposta jistipula kif ikun biħsiebu jipproċedi. 6. Meta, skont il-proċedura leġislattiva ordinarja, opinjonijiet motivati li jallegaw in-nuqqas ta’ konformità ta’ proposta għal att leġislattiv mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jirrappreżentaw mill-inqas maġġoranza sempliċi tal-voti allokati lill-parlamenti nazzjonali, il-kumitat responsabbli mis-suġġett, wara li jkun qies l-opinjonijiet motivati mressqa mill-parlamenti nazzjonali u mill-Kummissjoni, u wara li jkun sema’ l-opinjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jista’ jirrakkomanda lill-Parlament li huwa jiċħad il-proposta fuq il-bażi ta’ ksur tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà jew jippreżenta lill-Parlament kwalunkwe rakkomandazzjoni oħra, li tista’ tinkludi suġġerimenti għal emendi li jkollhom x’jaqsmu mal-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà. L-opinjoni mogħtija mill-kumitat responsabbli għall-osservanza tal-prinċipju ta’ sussidjarjetà għandha tkun annessa ma’ kwalunkwe rakkomandazzjoni bħal din. Ir-rakkomandazzjoni għandha tiġi ippreżentata lill-Parlament għal dibattitu u għal votazzjoni. Jekk rakkomandazzjoni biex tkun miċħuda l-proposta tkun adottata b’maġġoranza tal-voti mitfugħa, il-President għandu jiddikjara l-proċedura magħluqa. Meta l-Parlament ma jiċħadx il-proposta, il-proċedura għandha tkompli, filwaqt li jitqiesu kwalunkwe rakkomandazzjonijiet approvati mill-Parlament. |
||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 44 |
|||||||||||
|
Konsultazzjoni dwar inizjattivi preżentati minn Stat Membru |
Proċeduri leġislattivi dwar inizjattivi preżentati minn Stati Membri |
||||||||||
|
1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skond l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat KE jew l-Artikoli 34 (2) u 42 tat-Trattat UE għandhom jiġu trattati skond dan l-Artikolu u skond l-Artikoli 36 sa 39, 43 u 55. |
1. Inizjattivi ppreżentati minn Stat Membru skont l-Artikolu 67 (1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu trattati skont dan l-Artikolu u skont l-Artikoli 36 sa 39, 43 sa 55. |
||||||||||
|
2. Il-kumitat responsabbli jista’ jistieden rappreżentant ta’ l-Istat Membru li ħareġ bl-inizjattiva biex jippreżentaha lill-kumitat. Ir-rappreżentant jista’ jiġi akkompanjat mill-Presidenza tal-Kunsill. |
2. Il-kumitat responsabbli jista’ jistieden rappreżentanti ta’ l-Istati Membri li ħarġu bl-inizjattiva biex jippreżentawha lill-kumitat. Ir-rappreżentanti jistgħu jiġu akkompanjati mill-Presidenza tal-Kunsill. |
||||||||||
|
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat. |
3. Qabel ma l-kumitat responsabbli jgħaddi għall-votazzjoni, għandu jistaqsi lill-Kummissjoni jekk ippreparatx pożizzjoni fuq l-inizjattiva u, jekk dan ikun l-każ, jagħmel talba lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara l-pożizzjoni tagħha lill-kumitat. |
||||||||||
|
4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f’perjodu qasir ta’ żmien, dawn għandhom jitqiesu f’rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva. |
4. Fejn żewġ proposti jew aktar li joriġinaw mill-Kummissjoni u/jew minn Stat Membru bl-istess għan leġiżlattiv jiġu ppreżentati lill-Parlament fl-istess ħin jew f’perjodu qasir ta’ żmien, dawn għandhom jitqiesu f’rapport wieħed. Fir-rapport tiegħu, il-kumitat responsabbli għandu jindika għal liema test qed jiġu proposti l-emendi u jsemmi it-testi l-oħra kollha fir-riżoluzzjoni leġiżlattiva. |
||||||||||
|
5. Il-perjodu taż-żmien imsemmi fl-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE għandu jibda meta jitħabbar f’seduta plenarja li l-Parlament ikun irċieva inizjattiva bil-lingwi uffiċjali, flimkien ma’ nota spjegattiva li tikkonferma li l-inizjattiva tkun konformi mal-Protokoll dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità annessi mat-Trattat KE. |
|
||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 58 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b’mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward ta’ l-emendi tiegħu jkunu osservati kif jixraq. |
1. Fiż-żmien li jiġi wara li l-Parlament ikun adotta il-pożizzjoni tiegħu dwar xi proposta mill-Kummissjoni, il-president u r-rapporteur tal-kumitat responsabbli għandhom isegwu l-progress tal-proposta fil-kors tal-proċedura li twassal għall-adozzjoni tagħha mill-Kunsill, b’mod partikulari sabiex jiżguraw li l-impenji meħuda mill-Kunsill jew mill-Kummissjoni lejn il-Parlament fir-rigward tal-pożizzjoni tiegħu jkunu osservati kif jixraq. |
||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 59 – subintestatura 1 |
|||||||||||
|
Proċedura ta’ Kodeċizjoni |
Proċedura leġislattiva ordinarja |
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: il-kliem “kodeċiżjoni”, “proċedura ta’ kodeċiżjoni” jiġu sostitwiti fit-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “proċedura leġiżlattiva ordinarja”.) |
||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 60 |
|||||||||||
|
Artikolu 60 Proċedura ta’ konċiljazzjoni kif provdut fid-dikjarazzjoni konġunta ta’ l-1975 1. Meta, fil-każ ta’ ċerti deċiżjonijiet importanti tal-Komunità, il-Kunsill ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mill-opinjoni tal-Parlament, il-Parlament jista’, meta jkun qed jagħti l-opinjoni tiegħu, jiftaħ proċedura ta’ konċiljazzjoni mal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni attiva tal-Kummissjoni. 2. Din il-proċedura għandha tinbeda mill-Parlament, fuq inizjattiva tiegħu stess jew fuq inizjattiva tal-Kunsill. 3. L-Artikolu 68 għandu japplika għall-kompożizzjoni u għall-proċedura tad-delegazzjoni għall-kumitat ta’ konċiljazzjoni u għar-rappurtaġġ tar-riżultati lill-Parlament. 4. Il-kumitat responsabbli għandu jħejji rapport dwar ir-riżultati tal-konċiljazzjoni. Dan ir-rapport għandu jkun diskuss u għandu jittieħed vot fuqu fil-Parlament. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 61 – titolu |
|||||||||||
|
Komunikazzjoni tal-posizzjoni komuni tal-Kunsill |
Komunikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Kunsill |
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: il-kliem “posizzjoni komuni tal-Kunsill”, jew “posizzjoni komuni” jkun sostitwit tul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “pożizzjoni tal-Kunsill” jew “pożizzjoni”.) |
||||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 62 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 |
|||||||||||
|
Għal kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE jew l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE l-President għandu jfittex li jilħaq qbil mal-Kunsill. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 62 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Il-President għandu javża lill-Parlament dwar kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 251(7) tat-Trattat KE , sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill. |
2. Il-President għandu javża lill-Parlament b’kull estensjoni tal-limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 294(14) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Parlament sew jekk ikun fuq inizjattiva tal-Kunsill. |
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: l-innumerar tal-Artikoli tat-Trattat UE u tat-Trattat KE jiġi adattat tul ir-Regoli ta’ Proċedura għall-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) |
||||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 62 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Il-President, wara li jikkonsulta lill-president tal-kumitat responsabbli, jista’ jilqa’ talba tal-Kunsill għall-estensjoni ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien skond l-Artikolu 252(g) tat-Trattat KE. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 18 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 65 – paragrafu 4 |
|||||||||||
|
4. B’deroga mill-paragrafu 3, jekk ċaħda mill-Parlament taqa’ taħt id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-President għandu jitlob lill-Kummissjoni sabiex tirtira l-proposta tagħha. Jekk il-Kummissjoni tagħmel dan, il-President għandu jħabbar fil-Parlament li l-proċedura leġiżlattiva tkun magħluqa. |
imħassar |
||||||||||
|
Emendi 73 u 88 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Titolu II - Kapitolu 6 a (ġdid) - intestatura (għandha tiddaħħal wara l-Artikolu 74) Test preżenti |
|||||||||||
|
|
|||||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 a (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal skont il-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74a Reviżjoni Ordinarja tat-Trattati 1. Skont l-Artikoli 41 u 48 il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta lill-Parlament rapport li fih proposti lill-Kunsill għal emendi għat-Trattati. 2. Jekk il-Kunsill Ewropew jiddeċiedi li jsejjaħ Konvenzjoni, ir-rappreżentanti tal-Parlament jistgħu jinħatru mill-Parlament fuq proposta mill-Konferenza tal-Presidenti. Id-delegazzjoni tal-Parlament għandha teleġġi l-mexxej u l-kandidati tagħha għas-sħubija fi kwalunkwe grupp ta’ tmexxija jew bureau mwaqqaf mill-Konvenzjoni. 3. Fejn il-Kunsill Ewropew jitlob il-kunsens tal-Parlament għal deċiżjoni biex ma tissejjaħx Konvenzjoni għall-eżami ta’ emendi proposti għat-Trattati, il-kwistjoni għandha tkun riferuta għall-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. |
||||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 b (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74b Reviżjoni simplifikata tat-Trattati Skont l-Artikoli 41 u 48, il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta lill-Parlament, skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 48(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, rapport li jkun fih proposti indirizzati lill-Kunsill Ewropew għal reviżjoni tad-dispożizzjonijiet kollha jew parti minnhom tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
Emenda 22 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 c (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74c Trattati ta’ adeżjoni 1. Kull applikazzjoni minn xi Stat Ewropew sabiex isir membru tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi referuta lill-kumitat responsabbli biex tkun ikkunsidrata. 2. Il-Parlament jista’ jiddeċiedi, fuq proposta tal-kumitat responsabbli, ta’ xi grupp politiku jew ta’ mhux inqas minn erbgħin Membru, li jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jieħdu sehem f’dibattitu qabel ma jibdew in-negozjati ma’ l-Istat applikant. 3. Matul in-negozjati l-Kummissjoni u l-Kunsill għandhom jgħarrfu lill-kumitat responsabbli regolarment u bis-sħiħ dwar il-progress fin-negozjati u, jekk ikun meħtieġ, dan it-tagħrif għandu jingħata b’mod kunfidenzjali. 4. Fi kwalunkwe stadju tan-negozjati, l-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport mill-kumitat responsabbli, jadotta rakkomandazzjonijiet u jitlob li dawn jitqiesu qabel jiġi konkluż xi trattat għall-adeżjoni ta’ Stat applikant fl-Unjoni Ewropea. 5. Meta jitlestew in-negozjati, imma qabel ma jiġi ffirmat kwalunkwe ftehim, l-abbozz tal-ftehim għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament għall-kunsens. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 89 huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 23 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 d (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74d Irtirar mill-Unjoni Jekk Stat Membru jiddeċiedi, skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jirtira mill-Unjoni, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli. L-Artikolu 74c għandu japplika mutatis mutandis. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwar il-kunsens għal ftehima dwar l-irtirar b’maġġoranza tal-voti mitfugħa. |
||||||||||
|
Emenda 24 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 e (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74e Ksur ta’ prinċipji findamentali minn Stat Membru 1. Il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport speċifiku tal-kumitat responsabbli mfassal skont l-Artikoli 41 u 48:
2. Kull talba mill-Kunsill għal kunsens dwar proposta ppreżentata skont l-Artikolu 7(1) u (2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea flimkien mal-osservazzjonijiet ippreżentati mill-Istat Membru kkonċernat għandhom jitħabbru lill-Parlament u jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 81. Ħlief fil-każ ta’ ċirkustanzi urġenti u ġustifikati, il-Parlament għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu fuq proposta mill-Kumitat responsabbli. 3. Deċiżjonijiet skont il-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu jeħtieġu maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa, li tkun tikkostitwixxi l-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament. 4. Il-kumitat responsabbli jista’ jippreżenta mozzjoni għal riżoluzzjoni li takkumpanja d-deċiżjoni, bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza ta’ Presidenti. Dik il-mozzjoni għal riżoluzzjoni għandha turi l-fehmiet tal-Parlament dwar xi ksur serju minn xi Stat Membru, dwar is-sanzjonijiet xierqa u dwar kif dawk is-sanzjonijiet jiġu mibdula jew revokati. 5. Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun infurmat b’mod sħiħ u, fejn ikun meħtieġ, li jintalab jagħti l-fehmiet tiegħu dwar il-miżuri li jsegwu l-kunsens tiegħu mogħti skont il-paragrafu 3. Il-Kunsill għandu jkun mistieden sabiex jagħti l-iżviluppi skont kif ikun xieraq. Fuq proposta mill-kumitat responsabbli mħejjija bl-awtorizzazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti, il-Parlament jista’ jadotta rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill. |
||||||||||
|
|
(Il-Kapitolu 15 tat-titolu II huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 25 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 74 f (ġdid) (li jrid ikun imdaħħal fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 74f Kompożizzjoni tal-Parlament F’ħin xieraq qabel it-tmiem ta’ leġislatura, il-Parlament jista’, fuq il-bażi ta’ rapport imfassal mill-kumitat responsabbli tiegħu skont l-Artikolu 41, jagħmel proposta biex tinbidel il-kompożizzjoni tiegħu. L-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament għandu jkun eżaminat skont l-Artikolu 81. |
||||||||||
|
Emenda 26 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 82 (li jrid jiġi mdaħħal bħala l-Artikolu 74 g fil-Kapitolu 6 a (ġdid)) |
|||||||||||
|
Artikolu 82 Proċeduri fil-Parlament 1. Talbiet minn Stati Membri jew proposti tal-Kummissjoni sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri u konsultazzjonijiet tal-Parlament skond l-Artikolu 40(2) tat-Trattat UE għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 60 u 81 għandhom japplikaw kif imiss. |
Artikolu 74g Kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri 1. Talbiet sabiex ikun hemm koperazzjoni msaħħa bejn Stati Membri skont l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandhom jitressqu mill-President quddiem il-Kumitat responsabbli biex jikkunsidrahom. L-Artikoli 37, 38, 39, 43, 53 sa 59 u 81 għandhom japplikaw kif imiss. |
||||||||||
|
2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-ħarsien ta’ l-Artikolu 11 tat-Trattat KE u l-Artikoli 27a, 27b, 40, 43, 44 u 44a tat-Trattat ta’ l-Unjoni Ewropea. |
2. Il-kumitat responsabbli għandu jivverifika l-konformità mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 326 sa 334 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta’ koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. |
3. Atti sussegwenti proposti taħt reġim ta’ koperazzjoni msaħħa, malli dan ikun stabbilit, għandhom ikunu trattati mill-Parlament skond l-istess proċeduri bħal meta l-koperazzjoni msaħħa ma tkunx tapplika. Għandu japplika l-Artikolu 43. |
||||||||||
|
|
(Il-Kapitolu 10 tat-Titolu II huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emendi 27 u 28 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 |
|||||||||||
|
Baġit Ġenerali |
Il-Qafas finanzjarju plurijennali |
||||||||||
|
Proċeduri ta’ implimentazzjoni għall-eżami tal-Baġit Ġenerali ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-baġits supplimentari, skond id-dispożizzjonijiet finanzjarji tat-Trattati li jistabilixxu l-Komunitajiet Ewropej, għandhom jiġu adottati b’riżoluzzjoni tal-Parlament u annessi ma’ dawn ir-Regoli (2). |
Fejn il-Kunsill jitlob il-kunsens tal-Parlament rigward il-proposta għal regolament li tistabbilixxi l-qafas finanzjarju plurijennali, il-kwistjoni għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 81. Il-kunsens tal-Parlament għandu jkun jeħtieġ il-voti tal-maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu. |
||||||||||
|
(L-Anness Vhuwa mħassar.) |
|||||||||||
|
Emenda 29 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75a Dokumenti ta’ ħidma 1. Id-dokumenti li ġejjin għandhom ikunu disponibbli għall-Membri:
2. Dawk id-dokumenti għandhom ikunu rreferuti lill-kumitat responsabbli. Kull kumitat ikkonċernat jista’ jagħti opinjoni. 3. Jekk kumitati oħra jkunu jixtiequ jagħtu opinjoni, il-President għandu jistabbilixxi żmien sa meta dawn l-opinjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat responsabbli. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 1 tal-Anness V huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 30 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 b (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75b Kunsiderazzjoni tal-abbozz tal-baġit - l-ewwel fażi 1. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejdau jitkellem favur abbozzi ta’ emendi għall-abbozz tal-baġit. 2. L-abbozzi ta’ emendi għandhom ikunu ammissibbli biss jekk jiġu ppreżentati bil-miktub, ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem grupp politiku jew kumitat, ikunu jindikaw it-titolu tal-baġit li għalih jirreferu u jkunu jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-abbozzi ta’ emendi għandhom jinkludu t-tgħrif rilevanti kollu dwar ir-rimarki li għandhom jitniżżlu ħdejn it-titolu tal-baġit ikkonċernat. L-abbozzi ta’ emendi kollha għall-abbozz tal-baġit għandhom ikunu ġustifikati bil-miktub. 3. Il-President għandu jiffissa l-limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda tal-abbozzi ta’ emendi. 4. Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar it-testi ppreżentati qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament. M’għandux jittieħed vot fil-Parlament fuq abbozzi ta’ emendi li jiġu miċħuda mill-kumitat responsabbli ħlief jekk issir talba għal votazzjoni bil-miktub minn kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru, qabel ma jiskadi ż-żmien iffissat mill-President; din l-iskadenza m’għandha fl-ebda każ tkun ta’ anqas minn 24 siegħa qabel ma tibda l-votazzjoni. 5. L-abbozzi ta’ emendi għall-estimi tal-Parlament li jkunu simili għal dawk li jkunu diġà ġew miċħuda mill-Parlament fiż-żmien meta tfasslu l-estimi għandhom jiġu diskussi biss fil-każ fejn il-kumitat responsabbli ikun ta opinjoni favorevoli. 6. Minkejja l-Artikolu 55(2) tar-Regoli ta’ Proċedura, il-Parlament għandu jieħu votazzjonijiet separati u suċċessivi fuq:
Madankollu, għandu japplika l-Artikolu 161 (4) u (8). 7. L-artikoli, il-kapitoli, it-titoli u t-taqsimiet tal-abbozz tal-baġit li dwarhom ma tqiegħdu fuq il-Mejda l-ebda abbozzi ta’ emendi jew proposti għal modifikazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala li ġew adottati. 8. Sabiex jiġu adottati, l-abbozzi ta’ emendi għandhom jiksbu l-maġġoranza tal-voti tal-Membri kollha tal-Parlament. 9. Jekk il-Parlament ikun emenda l-abbozz tal-baġit, l-abbozz tal-baġit kif emendat għandu jiġi mgħoddi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, flimkien mal-ġustifikazzjonijiet. 10. Il-minuti tas-seduta li fiha l-Parlament ikun ta l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz tal-baġit għandhom jiġu mgħoddija lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 3 tal-Anness V huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 31 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 c (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75c Trialogu Finanzjarju Il-President għandu jieħu sehem f’laqgħat regolari bejn il-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jissejħu, fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, taħt il-proċeduri tal-baġit imsemmija fit-Titolu II tas-Sitt Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-President għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi konsultazzjoni u rikonċiljazzjoni tal-posizzjonijiet tal-istituzzjonijiet sabiex tkun iffaċilitata l-implimentazzjoni tal-proċeduri msemmija qabel. Il-President tal-Parlament jista’ jiddelega dan id-dover lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji. |
||||||||||
|
Emenda 32 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 d (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75d Konċiljazzjoni baġitarja 1. Il-President għandu jlaqqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni skont l-Artikolu 314(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. 2. Id-delegazzjoni li tirrappreżenta l-Parlament f’laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fil-proċedura tal-baġit għandha tikkonsisti minn numru ta’ membri indaqs bħal dak tad-delegazzjoni tal-Kunsill. 3. Il-membri tad-delegazzjoni għandhom ikunu maħtura mill-gruppi politiċi kull sena qabel il-votazzjoni tal-Parlament dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill, preferibilment minn fost il-membri tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji u kumitati oħrajn ikkonċernati. Id-delegazzjoni għandha titmexxa mill-President tal-Parlament. Il-President jista’ jiddelega dan l-irwol lil xi Viċi President li jkollu esperjenza fi kwistjonijiet baġitarji jew lill-President tal-kumitat responsabbli għal kwistjonijiet baġitarji. 4. Għandu japplika l-Artikolu 68(2), (4), (5), (7) u (8). 5. Fejn jintlaħaq ftehim dwar test konġunt fi ħdan il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-kwistjoni għandha titpoġġa fuq l-aġenda ta’ seduta tal-Parlament li trid issir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data ta’ dak il-ftehim. It-test konġunt għandu jkun disponibbli għall-Membri kollha. Għandu japplika l-Artikolu 69(2) u (3). 6. Għandha tittieħed votazzjoni waħdanija fuq it-test konġunt sħiħ. Il-votazzjoni għandha tittieħed b’sejħa tal-ismijiet. It-test konġunt għandu jitqies li huwa approvat ħlief jekk jiġi miċħud mill-maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament. 7. Jekk il-Parlament japprova t-test konġunt filwaqt li l-Kunsill jiċħdu, il-kumitat responsabbli jista’ jqiegħed fuq il-Mejda l-emendi kollha jew uħud minnhom tal-Parlament għall-pożizzjoni tal-Kunsill għal konferma skont il-punt (d) tal-Artikolu 314(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Il-votazzjoni fuq il-konferma għandha titqiegħed fuq l-aġenda ta’ seduta tal-Parlament li ssir fi żmien erbatax-il ġurnata mid-data tal-komunikazzjoni mill-Kunsill taċ-ċaħda tat-test konġunt. L-emendi għandhom jitqiesu li ġew ikkonfermati jekk ikunu approvati minn maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u minn tlieta minn kull ħamsa tal-voti mitfugħa. |
||||||||||
|
Emenda 33 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 e (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75e Adozzjoni definittiva tal-baġit Fejn il-President ikun sodisfatt li l-baġit ġie adottat skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, huwa għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit kien adottat b’mod definittiv. Huwa għandu jara għall-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 4 tal-Anness V huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 34 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 75 f (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 75f Is-sistema tal-qsim proviżorju fi tnax-il parti 1. Kull deċiżjoni mill-Kunsill li tawtorizza nefqa li tisboq parti waħda minn tnax mill-qsim proviżorju fi tnax-il parti għall-infiq għandha tkun riferuta lill-kumitat responsabbli. 2. Il-kumitat responsabbli jista’ jressaq abbozz ta’ deċiżjoni biex inaqqas in-nefqa msemmija fil-paragrafu 1. Il-Parlament għandu jiddeċiedi dwarha fi żmien 30 jum wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kunsill. 3. Il-Parlament għandu jaġixxi b’maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 7 tal-Anness V huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 35 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 79 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 79a Proċedura li għandha tapplika fit-tfassil tal-estimi tal-Parlament 1. Għall-baġit tal-Parlament, il-Bureau u l-kumitat responsabbli għall-kwistjonijiet dwar il-baġit għandhom jieħdu deċiżjonijiet fi stadji suċċessivi dwar:
2. Id-deċiżjonijiet dwar l-organigramma jittieħdu skont il-proċedura li ġejja:
3. Għall-estimi nfushom, il-proċedura għat-tfassil tal-estimi tinbeda malli l-Bureau jieħu deċiżjoni aħħarija dwar l-organigramma. L-istadji ta’ din il-proċedura għandhom ikunu dawk stipulati fl-Artikolu 79. Għandha tinbeda proċedura ta’ konċiljazzjoni f’każ li l-pożizzjonijiet tal-kumitat responsabbli għall-baġit u tal-Bureau jkunu differenti ħafna. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 79(7) u l-Artikolu 8 tal-Anness V huma mħassrin.) |
||||||||||
|
Emenda 37 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 81 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jirrifjuta l-att. |
1. Meta l-Parlament jintalab li jagħti l-kunsens tiegħu għal att propost, għandu jieħu deċiżjoni fuq il-bażi ta’ rakkomandazzjoni mill-kumitat responsabbli li japprova jew jiċħad l-att. |
||||||||||
|
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skond it-Trattat KE jew it-Trattat UE permezz ta’ votazzjoni waħdanija, u ebda emenda ma tista’ titqiegħed fuq il-Mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat KE jew tat-Trattat EU li joħolqu l-bażi legali għall-att propost. |
Il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni dwar l-att li jkun jeħtieġ il-kunsens tiegħu skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ votazzjoni waħda, u ebda emenda ma tista’ titqiegħed fuq il-mejda. Il-maġġoranza meħtieġa għall-adozzjoni tal-kunsens għandha tkun il-maġġoranza stipulata fl-Artikolu tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jew tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li joħolqu l-bażi legali għall-att propost. |
||||||||||
|
Emenda 38 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 81 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Għal trattati ta’ adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta’ prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 89 , 90 u 102 rispettivament. Għal proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa f’qasam li jaqa’ taħt il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE, għandu japplika l-Artikolu 82 . |
2. Għal trattati ta’ adeżjoni u ftehimiet internazzjonali u biex ikun determinat jekk jeżistix ksur serju u persistenti ta’ prinċipji komuni mill-Istati Membri, għandhom japplikaw l-Artikoli 74c, 74e u 90 rispettivament. Għal proċedura ta’ koperazzjoni msaħħa f’qasam li jaqa’ taħt il-proċedura leġislattiva ordinarja , għandu japplika l-Artikolu 74g . |
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: il-kliem “il-proċedura stipulata fl-Artikolu 251 tat-Trattat KE” jiġi sostitwit matul it-test kollu tar-Regoli tal-Proċedura mill-kliem ’il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.) |
||||||||||
|
Emenda 39 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 81 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal proposta leġiżlattiva , il-kumitat responsabbli jista’, sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament b’mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal-proposta . |
3. Meta l-kunsens tal-Parlament ikun meħtieġ għal xi att leġislattiv propost jew xi ftehim internazzjonali maħsub , il-kumitat responsabbli jista’, sabiex jiffaċilita r-riżultat pożittiv tal-proċedura, jiddeċiedi li jippreżenta rapport interim dwar il-proposta lill-Parlament b’mozzjoni għal risoluzzjoni li jkun fiha rakkomandazzjonijiet għall-modifika jew għall-implimentazzjoni tal- att propost . |
||||||||||
|
Jekk il-Parlament japprova mill-inqas rakkomandazzjoni waħda, il-President għandu jitlob li ssir iktar diskussjoni mal-Kunsill. |
|
||||||||||
|
Il-kumitat responsabbli għandu jagħmel ir-rakkomandazzjoni aħħarija tiegħu għall-kunsens tal-Parlament fid-dawl tar-riżultat tad-diskussjoni mal-Kunsill. |
|
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: ħlief għall-Artikoli 56 u 57, il-kliem “Proposta tal-Kummissjoni” u “proposta leġiżlattiva” jinbidlu matul it-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura bil-kliem “proposta għal att leġiżlattiv” jew “att leġiżlattiv propost” minħabba li hi grammatikalment xierqa.) |
||||||||||
|
Emenda 76 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Artikolu 87 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 87a Atti delegati Meta att leġiżlattiv jiddelega lill-Kummissjoni s-setgħa li tissuplimenta jew temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ att leġiżlattiv, il-kumitat responsabbli:
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 88(1), (2) u (3) għandhom japplikaw mutatis mutandis. |
||||||||||
|
Emenda 41 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Titolu II a (ġdid) (li jrid jiġi mdaħħal qabel il-Kapitolu 12) |
|||||||||||
|
|
|||||||||||
|
Emenda 42 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Kapitolu 12 - Titolu |
|||||||||||
|
Emenda 43 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 92 |
|||||||||||
|
Artikolu 92 Ħatra ta’ Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni. 1. Qabel ma jinħatar Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-President għandu jistieden lill-President kurrenti tal-Kunsill sabiex jagħmel stqarrija lill-Parlament, skond l-Artikolu 21 tat-Trattat UE. Il-President għandu jistieden lill-President tal-Kummissjoni sabiex jagħmel stqarrija dwar l-istess ħaġa. 2. Meta jinħatar ir-Rappreżentant Għoli il-ġdid għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni, skond l-Artikolu 207(2) tat-Trattat KE, u qabel ma dan ir-rappreżentant jibda uffiċjalment iwettaq id-doveri tiegħu, il-President għandu jistiednu sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu mill-istess kumitat. 3. Wara li jsiru l-istqarrijiet u t-tweġibiet imsemmija fil-paragrafi 1 u 2 u fuq inizjattiva tal-kumitat responsabbli, jew skond l-Artikolu 121, il-Parlament jista’ jagħmel rakkomandazzjoni. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 44 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 93 – titolu |
|||||||||||
|
Ħatra ta’ rappreżentanti speċjali għall-finijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni |
Rappreżentanti speċjali |
||||||||||
|
Emenda 45 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 93 – paragrafu 4 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
4a. Rappreżentant speċjali maħtur mill-Kunsill b’mandat li jkollu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet ta’ politika partikulari jista’ jiġi mistieden mill-Parlament, jew jista’ jitlob li jiġi mistieden, sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli. |
||||||||||
|
|
(L-Artikolu 94(3) huwa mħassar.) |
||||||||||
|
Emenda 46 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 94 |
|||||||||||
|
Artikolu 94 Stqarrijiet mir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni jew minn rappreżentanti speċjali oħra 1. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrijiet lill-Parlament mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena. Għandu japplika l-Artikolu 110. 2. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jiġi mistieden mhux inqas minn erba’ darbiet fis-sena sabiex jattendi laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb mistoqsijiet. Ir-Rappreżentant Għoli jista’ wkoll jiġi mistieden f’okkażjonijiet oħra, fuq inizjattiva tiegħu jew kull meta il-kumitat jidhirlu li dan ikun meħtieġ. 3. Kull meta jinħatar rappreżentant speċjali mill-Kunsill b’mandat li jkollu x’jaqsam ma kwistjonijiet ta’ politika partikulari, huwa jista’ jiġi mistieden sabiex jagħmel stqarrija lill-kumitat responsabbli, fuq inizjattiva tiegħu jew fuq inizjattiva tal-Parlament. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 47 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 96 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li r-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni , il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b’tagħrif regolari u f’waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq. |
2. Il-kumitati kkonċernati għandhom ifittxu li jiżguraw li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, il-Kunsill u l-Kummissjoni jipprovduhom b’tagħrif regolari u f’waqtu dwar l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni ta’ l-Unjoni, dwar l-ispiża mistennija kull darba li tiġi adottata deċiżjoni li tinvolvi infiq skond dik il-politika u dwar kwalunkwe konsiderazzjonijiet finanzjarji oħra li jkollhom x’jaqsmu ma’ l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet skond dik il-politika. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni, tal-Kunsill jew tal-Viċi President /tar-Rappreżentant Għoli, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq. |
||||||||||
|
|
(Emenda orizzontali: Il-kliem “ir-Rappreżentant Għoli għall-politika barranija u ta’ sigurtà komuni” jinbidlu bil-kliem “Viċi-President tal-Kummissjoni/Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u għall-Politika ta’ Sigurtà” fit-test kollu tar-Regoli ta’ Proċedura.) |
||||||||||
|
Emenda 48 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 96 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Għandu jsir dibattitu annwali fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill-Kunsill dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw. |
3. Għandu jsir dibattitu darbtejn fis-sena fuq id-dokument konsultattiv stabbilit mill- Viċi-President /Rappreżentant dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet bażiċi tal-politika estera u ta’ sigurta' komuni, inklużi l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni u l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ta’ l-Unjoni. Il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 110 għandhom japplikaw. |
||||||||||
|
Emenda 49 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Kapitolu 14 - Titolu |
|||||||||||
|
imħassar |
|||||||||||
|
Emenda 50 |
|||||||||||
|
Regola ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 99 |
|||||||||||
|
Artikolu 99 Għoti ta’ informazzjoni lill-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali 1. Il-kumitat responsabbli għandu jiżgura li l-Parlament ikun mgħarraf regolarment u b’mod sħiħ dwar attivitajiet li għandhom x’jaqsmu mal-pulizija u mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali u li l-opinjonijiet tiegħu jitqiesu meta l-Kunsill jadotta posizzjonijiet komuni li jfasslu l-attitudni ta’ l-Unjoni għal kwistjoni partikulari skond l-Artikolu 34(2)(a) tat-Trattat UE. 2. Eċċezzjonalment, fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Kunsill, kumitat jista’ jiddeċiedi li l-proċeduri tiegħu jsiru fil-magħluq. 3. Id-dibattitu imsemmi fl-Artikolu 39(3) tat-Trattat UE għandu jsir skond l-arranġamenti stipulati fl-Artikolu 110(2), (3) u (4). |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 51 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 100 |
|||||||||||
|
Artikolu 100 Konsultazzjoni tal-Parlament fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali Il-konsultazzjoni tal-Parlament skond l-Artikolu 34(2)(b),(c) u (d) tat-Trattat UE għandha ssir skond l-Artikoli 36 sa 39, 43, 44 u 55. Fejn hu applikabbli, l-eżami tal-proposta għandu jitqiegħed fl-aġenda, l-aktar tard, ta’ l-aħħar seduta li tkun se ssir qabel ma jiskadi ż-żmien stabbilit skond l-Artikolu 39(1) tat-Trattat UE. Meta l-Parlament jiġi kkonsultat dwar abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill għall-ħatra ta’ Direttur u membri tal-Bord tal-Europol, l-Artikolu 108 japplika mutatis mutandis. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 52 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 101 |
|||||||||||
|
Artikolu 101 Rakkomandazzjonijiet fl-oqsma tal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali 1. Il-kumitat responsabbli għal affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-pulizija u l-koperazzjoni ġudizzjarja f’affarijiet kriminali jista’ jħejji rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill fl-oqsma li jaqgħu taħt it-Titolu VI tat-Trattat UE wara li jkun kiseb awtorizzazzjoni mill-Konferenza tal-Presidenti jew fuq proposta skond it-tifsira fl-Artikolu 121. 2. F’każi urġenti, l-awtorizzazzjoni msemmija f’paragrafu 1, tista’ tingħata mill-President li jista’ bl-istess mod jawtorizza laqgħa ta’ emerġenza tal-kumitat konċernat. 3. Rakkomandazzjonijiet li jitħejjew b’dan il-mod għandhom ikunu inklużi fl-aġenda tas-sessjoni parzjali li jkun imiss. L-Artikolu 97(4) għandu japplika “mutatis mutandis”. (Ara wkoll l-interpretazzjoni ta’ l-Artikolu 121) |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 53 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 105 |
|||||||||||
|
1. Meta l-Kunsill ikun laħaq ftehim dwar in-nomina ta’ President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-persuna nominata biex tagħmel stqarrija u tippreżenta l-orjentamenti politiċi tagħha lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu. Il-Kunsill għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu. |
1. Meta l-Kunsill Ewropew jipproponi kandidat għal President tal-Kummissjoni, il-President għandu jitlob lill-kandidat biex jagħmel stqarrija u jippreżenta l-linji gwida politiċi tiegħu lill-Parlament. L-istqarrija għandha tkun segwita minn dibattitu. Il-Kunsill Ewropew għandu jkun mistieden jieħu sehem fid-dibattitu. |
||||||||||
|
2. Il-Parlament għandu japprova jew jiċħad in-nomina b’maġġoranza tal-voti mitfugħa . Għandu jittieħed vot sigriet. |
2. Il-Parlament għandu jeleġġi l-President tal-Kummissjoni b’maġġoranza tal-Membri kollha tiegħu . Il-votazzjoni għandha ssir permezz ta’ vot sigriet. |
||||||||||
|
3. Jekk il-persuna nominata tiġi eletta , il-President għandu jgħarraf b’dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji. |
3. Jekk il-kandidat jiġi elett , il-President għandu jgħarraf b’dan lill-Kunsill u jitlob lilu u lill-President elett tal-Kummissjoni biex jipproponu bi ftehim bejniethom il-persuni nominati għall-karigi differenti bħala Kummissarji. |
||||||||||
|
4. Jekk il-Parlament jiċħad in-nomina , il-President għandu jitlob lill-Kunsill jinnomina kandidat ieħor. |
4. Jekk il-kandidat ma jiksibx il-maġġoranza meħtieġa , il-President għandu jistieden lill-Kunsill Ewropew sabiex fi żmien xahar jipproponi kandidat ieħor għall-elezzjoni, skont l-istess proċedura . |
||||||||||
|
Emenda 54 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 107 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 107a In-Nomina tal-Imħallfin u l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea Fuq proposta tal-kumitat responsabbli, il-Parlament għandu jaħtar il-persuna nominata minnu fuq il-kumitat ta’ seba’ persuni inkarigat biex jevalwa l-adegwatezza tal-kandidati biex jingħataw il-kariga ta’ Imħallfin jew Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali. |
||||||||||
|
Emenda 55 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 121 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. Grupp politiku jew inkella mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titoli V u VI tat-Trattat UE , jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu ta l-Artikoli 90 jew 91. |
1. Grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin Membru, jistgħu jqiegħdu fuq il-Mejda proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill dwar suġġetti li jaqgħu taħt it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jew jekk il-Parlament ma jkunx ġie kkonsultat dwar ftehima internazzjonali fl-ambitu tal-Artikoli 90 jew 91. |
||||||||||
|
Emenda 56 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 124 – paragrafu 1 (ġdid) |
|||||||||||
|
|
-1. Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-President għandu jibda l-proċedura ta’ konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b’dan. |
||||||||||
|
Emenda 57 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 124 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
2a. L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli. |
||||||||||
|
Emenda 58 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 125 – paragrafu 1 (ġdid) |
|||||||||||
|
|
-1. Fejn it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Reġjuni, il-President għandu jibda l-proċedura ta’ konsultazzjoni u jgħarraf lill-Parlament b’dan. |
||||||||||
|
Emenda 59 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 125 – paragrafu 2 a |
|||||||||||
|
|
2a. L-opinjonijiet mogħtija mill-Kumitat tar-Reġjuni għandhom jiġu riferuti lill-kumitat responsabbli. |
||||||||||
|
Emenda 91 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 129 Test Preżenti |
|||||||||||
|
Artikolu 129 Konsegwenzi f’każ li l-Kunsill jonqos milli jaġixxi wara l-approvazzjoni tal-posizzjoni komuni tiegħu taħt il-proċedura ta’ koperazzjoni Jekk, fi żmien tliet xhur, jew bi qbil mal-Kunsill, fi żmien erba’ xhur mill-komunikazzjoni tal-pożizzjoni komuni skond l-Artikolu 252 tat-Trattat KE, il-Parlament la jkun ċaħad u lanqas emenda l-pożizzjoni, u l-Kunsill ikun naqas milli jadotta il-leġiżlazzjoni proposta skond il-pożizzjoni komuni, il-President jista’, f’isem il-Parlament u wara li jikkonsulta mal-kumitat responsabbli għall-affarijiet legali, jibda proċeduri kontra l-Kunsill quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skond l-Artikolu 232 tat-Trattat KE. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 61 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 132 |
|||||||||||
|
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha taħtar il-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull kungress, konferenza jew organizzazzjoni simili li tinvolvi rappreżentanti mill-Parlament u għandha tagħtihom mandat li jkun jaqbel ma’ kull riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar. |
Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tinnomina l-membri tad-delegazzjoni tal-Parlament għal kull konferenza jew korp simili li jinvolvi rappreżentanti ta’ parlamenti u għandha tagħtiha mandat li jkun jaqbel ma’ kwalunkwe riżoluzzjoni rilevanti tal-Parlament. Id-delegazzjoni għandha teleġġi l-president tagħha u, fejn ikun il-każ, viċi president wieħed jew aktar. |
||||||||||
|
Emenda 65 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 149 – paragrafu 12 |
|||||||||||
|
12. Bla ħsara għall-Artikolu 197 tat-Trattat KE , il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni u mal-Kunsill biex huma jkollhom allokazzjoni xierqa ta’ ħin għad-diskorsi. |
12. Bla ħsara għall-Artikolu 230 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , il-President għandu jfittex li jilħaq ftehim mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-President tal-Kunsill Ewropew dwar allokazzjoni xierqa ta’ ħin għad-diskorsi għalihom. |
||||||||||
|
|
(Dan il-paragrafu għandu jsir l-aħħar paragrafu tal-Artikolu 149) |
||||||||||
|
Emenda 67 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 204 – titolu |
|||||||||||
|
Ħatra ta’ l-Ombudsman |
Elezzjoni tal-Ombudsman |
||||||||||
|
Emenda 68 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Artikolu 204 – paragrafu 7 |
|||||||||||
|
7. Il-persuna maħtura għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
7. Il-persuna eletta għandha tissejjaħ minnufih sabiex tieħu ġurament quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. |
||||||||||
|
Emenda 69 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 2 |
|||||||||||
|
Artikolu 2 Rata 1. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur proposti għal deċiżjonijiet li jiffissaw l-ogħla rata mill-ġdid. 2. Biex ikunu ammissibbli, dawn il-proposti għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem grupp politiku jew kumitat. 3. Il-President għandu jistabbilixxi limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta’ dawn il-proposti. 4. Il-kumitat responsabbli għandu jippreżenta rapport dwar dawn il-proposti qabel ma jiġu diskussi fil-Parlament. 5. Wara, jittieħed vot fil-Parlament fuq dawn il-proposti. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta’ tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. F’każ li l-Kunsill jinforma lill-Parlament li jaqbel ma’ l-iffissar ta’ rata ġdida, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament illi r-rata emendata ġiet adottata. F’każ li dan ma jsirx, il-kumitat responsabbli għandu jiġi mgħarraf bil-pożizzjoni tal-Kunsill. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 70 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 5 |
|||||||||||
|
Artikolu 5 Kunsiderazzjoni tad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill – it-tieni fażi 1. Jekk il-Kunsill ikun immodifika waħda jew aktar mill-emendi adottati mill-Parlament, it-test kif immodifikat mill-Kunsill għandu jintbagħat lill-kumitat responsabbli. 2. Bla ħsara għall-kundizzjonijiet imsemmija hawn taħt, kull Membru jista’ jqiegħed fuq il-Mejda jew jitkellem favur abbozzi ta’ emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. 3. Biex ikunu ammissibbli, dawn l-abbozzi ta’ emendi għandhom jiġu ppreżentati bil-miktub u għandhom ikunu ffirmati minn mhux inqas minn erbgħin Membru jew għandhom jitqiegħdu fuq il-Mejda f’isem kumitat u għandhom jiżguraw li jinżamm bilanċ bejn id-dħul u l-infiq. L-Artikolu 49(5) ma japplikax L-abbozzi ta’ emendi huma ammissibbli biss jekk jirreferu għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. 4. Il-President għandu jiffissa limitu ta’ żmien għat-tqegħid fuq il-Mejda ta’ l-abbozzi ta’ emendi. 5. Il-kumitat responsabbli għandu juri fehmtu fir-rigward tat-testi mmodifikati mill-Kunsill u għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozzi ta’ emendi għat-test immodifikat. 6. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 3(4), għandu jittieħed vot fuq l-abbozzi ta’ emendi għat-testi mmodifikati mill-Kunsill. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u fuq il-bażi ta’ tlieta minn kull ħames voti mitfugħa. Jekk l-abbozzi ta’ emendi jiġu adottati, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew miċħuda. Jekk jiġu miċħuda, it-testi mmodifikati mill-Kunsill jitqiesu li ġew adottati. 7. Għandu jsir dibattitu fuq il-ġabra fil-qosor magħmulha mill-Kunsill dwar ir-riżultati tad-deliberazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-proposti għal modifikazzjonijiet adottati mill-Parlament u wara jista’ jittieħed vot fuq mozzjoni għal riżoluzzjoni. 8. Meta tiġi konkluża l-proċedura stabbilita f’dan l-Artikolu, u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 6, il-President għandu jiddikjara fil-Parlament li l-baġit ġie adottat b’mod aħħari. Il-President għandu jagħmel l-arranġamenti meħtieġa sabiex il-baġit jiġi ppubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali. |
imħassar |
||||||||||
|
Emenda 71 |
|||||||||||
|
Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew Anness V – Artikolu 6 |
|||||||||||
|
Artikolu 6 Ċaħda tal-baġit fis-sħuħija tiegħu 1. Kumitat jew mhux inqas minn erbgħin Membru jistgħu, għal raġunijiet serji, iqiegħdu fuq il-Mejda proposta sabiex l-abbozz tal-baġit jiġi miċħud fis-sħuħija tiegħu. Biex tkun ammissibbli, proposta bħal din għandha tinkludi motivazzjoni bil-miktub u għandha titqiegħed fuq il-Mejda qabel ma jagħlaq iż-żmien iffissat mill-President. Ir-raġunijiet għaċ-ċaħda ma jistgħux ikunu kontradittorji. 2. Il-kumitat responsabbli għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar din il-proposta qabel ma jittieħed vot fuqha fil-Parlament. Il-Parlament jiddeċiedi permezz ta’ maġġoranza tal-Membri kollha tal-Parlament u ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa. Jekk il-proposta tiġi adottata, l-abbozz tal-baġit fis-sħuħija tiegħu għandu jintbagħat lura lill-Kunsill. |
imħassar |
||||||||||
(1) Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-11 u t-12 ta’ Diċembru 2008.
(2) Ara l-Anness V.