26.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 230/11 |
L-Erbgħa, 7 ta' Ottubru 2009
It-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali
P7_TA(2009)0025
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2009 dwar it-twaqqif, is-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriżi Finanzjarja, Ekonomika u Soċjali
2010/C 230 E/03
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tas-17 ta' Settembru 2009 li tipproponi t-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali li tiddefinixxi s-setgħat, l-għamla numerika u l-mandat tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikolu 184 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
1. |
Jiddeċiedi li jwaqqaf kumitat speċjali għall-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali, li jkollu s-setgħat li ġejjin:
|
2. |
Jiddeċiedi li, mingħajr ħsara għas-setgħat tal-kumitati permanenti tal-Parlament Ewropew responsabbli mill-adozzjoni, mill-monitoraġġ u mill-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Komunità relevanti għal dan il-qasam, il-kumitat speċjali jista' jagħmel rakkomandazzjonijiet rigward il-miżuri u l-inizjattivi li għandhom jittieħdu, b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-kumitati permanenti; |
3. |
Jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jkun magħmul minn 45 membru; |
4. |
Iddeċieda li t-tul tal-mandat tal-kumitat speċjali għandu jkun ta' 12-il xahar li jibda mit-8 ta' Ottubru 2009, liema perjodu jista' jiġi estiż; jiddeċiedi li l-kumitat speċjali għandu jippreżenta lill-Parlament rapport ta' nofs il-mandat u rapport aħħari, li għandhom ikun fihom rakkomandazzjonijet dwar il-miżuri jew l-inizjattivi li għandhom jittieħdu. |