19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/36


It-Tnejn, 14 ta' Settembru 2009
Is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet

P7_TA(2009)0002

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Settembru 2009 dwar is-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-Assemblej Parlamentari multilaterali

2010/C 224 E/11

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Konferenza tal-Presidenti,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-6 ta' Mejju 2009 dwar in-numru tad-delegazzjonijiet interparlamentari, tad-delegazzjonijiet għall-kumitati parlamentari konġunti u tal-assemblej parlamentari multilaterali (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 198 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li s-saħħa numerika tad-delegazzjonijiet parlamentari tkun kif ġej:

(a)

l-Ewropa, il-Balkani tal-Punent u t-Turkija

Delegazzjonijiet għal:

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Kroazja:15-il membru

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja: 13-il membru

Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Turkija:25 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Isvizzera, l-Islanda u n-Norveġja u għall-Kumitat Parlamentari Konġunt għaż-Zona Ekonomika Ewropea (ŻEE): 17-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Albanija, il-Bosnia u Ħerżegovìna, il-Montenegro u l-Kosovo: 28 membru

(b)

ir-Russja, l-Istati tas-Sħubija tal-Lvant, l-Asja Ċentrali u l-Mongolja

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Russja:31 membru

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Ukraina:16-il membru

Delegazzjoni għall-Kumitat ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Moldova:14-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Belarus:12-il membru

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Armenja, UE-Ażerbajġan u UE-Ġeorġja:18-il membru

Delegazzjoni għall-Kumitati ta' Koperazzjoni Parlamentari UE-Każakstan, UE-Kirġiżtan u UE-Użbekistan, u għar-relazzjonijiet mat-Taġikistan, it-Turkmenistan u l-Mongolja:19-il membru

(c)

il-Magreb, il-Maxreq, l-Iżrael u l-Palestina

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Iżrael:22 membru

mal-Kunsill Leġiżlattiv tal-Palestina:22 membru

mal-pajjiżi tal-Magreb u l-Unjoni tal-Magreb Għarbi:18-il membru

mal-pajjiżi tal-Maxreq:18-il membru

(d)

Il-Peniżola Għarbija, l-Iraq u l-Iran

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Peniżola Għarbija:15-il membru

mal-Iraq:12-il membru

mal-Iran:18-il membru

(e)

Il-kontinent Amerikan

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Istati Uniti:53 membru

mal-Kanada:17-il membru

mal-pajjiżi tal-Amerika Ċentrali:15-il membru

mal-pajjiżi tal-Komunità Andina:12-il membru

mal-Mercosur:19-il membru

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Messiku:14-il membru

Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari Konġunt UE-Ċilì:15-il membru

(f)

Asja/Paċifiku

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet:

mal-Ġappun:25 membru

mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina:39 membru

mal-Indja:20 membru

mal-Afganistan:13-il membru

mal-pajjiżi tal-Asja t'Isfel:17-il membru

mal-pajjiżi tax-Xlokk tal-Asja u ma' l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN):22 membru

mal-Peniżola Koreana:14-il membru

mal-Awstralja u n-New Zealand:16-il membru

(g)

Afrika

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Afrika t'Isfel:13-il membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Parlament Pan-Afrikan:12-il membru

(h)

Assemblej Multilaterali

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE:78 membru

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranja:49 membru

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Ewro-Latinamerikana:75 membru

Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest:60 membru

Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Assemblea Parlamentari tan-NATO:10 membri (li se tkun magħmula minn membri tas-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża).

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.


(1)  Testi Adottati, P6_TA(2009)0349.