Komunikazzjoni mill-Kummissjoni - L-ikkompletar tas-SEPA : Pjan ta' Direzzjoni għall-2009 2012 /* KUMM/2009/0471 finali */
[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel, 10.9.2009 KUMM(2009) 471 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI L-ikkompletar tas-SEPA: Pjan ta' Direzzjoni għall-20 09-2012 WERREJ KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI L-ikkompletar tas-SEPA: Pjan ta' Direzzjoni għall-2009-2012 1 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI L-ikkompletar tas-SEPA: Pjan ta' Direzzjoni għall-2009-2012 3 1. Introduzzjoni 3 2. Prijoritajiet għall-pjan ta' direzzjoni għas-SEPA 5 2.1. Prijorità 1: Titħeġġeġ il-migrazzjoni 5 a) Rwol attiv għall-awtoritajiet pubbliċi 5 b) Monitoraġġ effiċjenti tal-migrazzjoni 6 c) Il-ħtieġa li tiġi miftiehma data tal-iskadenza għall-migrazzjoni 7 2.2. Prijorità 2: Jiżdied l-għarfien dwar is-SEPA u jiġu promossi l-prodotti SEPA 7 a) Tiżdied il-konoxxenza dwar is-SEPA 7 b) Promozzjoni tal-prodotti SEPA 8 2.3. Prijorità 3: Tfassil ta' ambjent legali sod għas-SEPA u tisħiħ tal-konformità mas-SEPA 8 a) Tlestija tal-qafas legali għas-SEPA 9 b) Kwistjonijiet dwar kompetizzjoni 9 c) Kwistjonijiet dwar konformità 10 2.4. Prijorità 4: Titħeġġeġ l-innovazzjoni 11 a) pagamenti-m u pagamenti-e 11 b) L-iffatturar elettroniku 11 2.5. Prijorità 5: Żgurar tal-istandardizzazzjoni, l-interoperabilità, u s-sigurtà meħtieġa 12 2.6. Prijorità 6: Tiġi kkjarifikata u mtejba l-governanza tal-proġett SEPA 13 a) Il-governanza tas-SEPA kif inhi bħalissa 13 b) L-isfidi għall-governanza tas-SEPA fil-livell tal-UE 14 3. Konklużjonijiet 15 KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI L-ikkompletar tas-SEPA: Pjan ta' Direzzjoni għall-20 09-2012 (Test b’relevanza għaż-ŻEE) INTRODUZZJONI Sabiex iż-Żona Unika tal-Pagamenti b'Euro (SEPA) tkun suċċess, jeħtieġ impenn qawwi mill-atturi kollha konċernati. L-EPC, il-korp għat-teħid tad-deċiżjonijiet u għall-koordinament tal-industrija bankarja Ewropea fir-rigward ta' pagamenti, wassal b'suċċess l-iskemi meħtieġa għat-Trasferimenti ta' Kreditu SEPA (SCT) u d-Debiti Diretti SEPA (SDD) u qed jaħdem fuq l-istandards tal-kards, iżda l-migrazzjoni għas-SEPA miexja bil-mod. F'Mejju 2009 – kważi sena u nofs wara t-tnedija tal-SCT – 3.9 % biss tat-trasferimenti ta' krediti użaw l-istandards tas-SEPA[1]. Fil-klima ekonomika diffiċli ta' bħalissa, jista' jagħti l-każ li n-negozji jżommu lura milli jinvestu wkoll jekk l-ibbankjar fil-livell tal-konsumaturi u n-negozju fil-pagamenti għadhom sors stabbli ta' dħul li jiżdied b'mod regolari. Is-swieq tal-pagamenti integrati se jkollhom rwol ewlieni fil-futur ta' dawn il-banek minħabba r-rwol pervażiv tagħhom fis-soċjetajiet moderni tagħna. In-nuqqas ta' entużjażmu min-naħa tal-banek jista' jmur għall-agħar minħabba l-inċertezza fuq aspetti ewlenin tal-proġett. Filwaqt li SEPA hija primarjament immexxija mis-suq, ċerti inċertezzi jistgħu jiġu solvuti biss bl-għajnuna tal-awtoritajiet pubbliċi. Issa jeħtieġ azzjoni mill-partijiet kollha involuti. Fil-konklużjonijiet tiegħu tal-10 ta' Frar 2009 il-Kunsill ECOFIN Council [2] " jirrikonoxxi li l-kriżi finanzjarja u r-rallentament ekonomiku attwali jipprovdu opportunitajiet għal kisbiet importanti fl-effiċjenza u l-iffrankar fl-ispejjeż, u għalhekk jeħtieġu impenn rinfurzat għall-proġett mill-partijiet kollha u jistieden lill-Kummissjoni, il-BĊE u l-Eurosistema sabiex ikomplu bir-rwol tagħhom fl-identifikazzjoni tal-azzjonijiet meħtieġa għas-seħħ b'suċċess tiegħu". Dan il-pjan ta' direzzjoni għas-SEPA jipprovdi qafas għal azzjoni għall-ksib ta' implimentazzjoni sħiħa u jirrispondi għall-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni għall-Kunsill Ewropew tar-Rebbiegħa tal-4 ta' Marzu 2009 li fiha l-Kummissjoni ħabbret li "sa nofs l-2009 se tressaq proposti biex tiżgura li l-benefiċċji kollha taż- Żona Unika għall-Pagamenti b'Euro jiġu realizzati."[3] Il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom l-istess viżjoni għas-SEPA[4] u dan il-Pjan ta' Direzzjoni jirrifletti kooperazzjoni mill-qrib bejn il-BĊE u l-Kummissjoni fir-rigward tal-iżvilupp ulterjuri tagħha. L-Eurosistema fis-6 Rapport tiegħu dwar il-Progress tas-SEPA identifika wkoll il-kompiti konkreti għall-iżgurar tal-implimentazzjoni u l-migrazzjoni tas-SEPA. Iż-żewġ dokumenti huma komplementari. Dan il-Pjan ta' Direzzjoni jiffoka primarjament fuq l-Istati Membri li adottaw l-euro. Madanakollu, il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri li ma daħħlux l-euro qed jistinkaw għas-sħubija fl-euro u l-euro diġà għandu rwol importanti fir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' negozju tagħhom. Huwa għalhekk importanti u xieraq li l-Istati Membri li ma daħħlux l-euro jħossuhom konċernati kif xieraq minn dan il-Pjan ta' Direzzjoni, ukoll jekk il-migrazzjoni SEPA sseħħ b'pass anqas rapidu. PRIJORITAJIET GħALL-PJAN TA' DIREZZJONI GħAS-SEPA Dan il-Pjan ta' Direzzjoni jidentifika l-azzjonijiet li għandhom jitlestew mill-partijiet kollha involuti (l-awtoritajiet, l-industrija u l-utenti tal-UE u dawk nazzjonali) matul it-tliet snin li ġejjin, billi jiġu segwiti s-sitt prijoritajiet li ġejjin: 1. Titħeġġeġ il-migrazzjoni; 2. Jiżdied l-għarfien u jiġu promossi l-prodotti SEPA; 3. Jitfassal ambjent legali sod u tiġi żgurata l-konformità; 4. Titħeġġeġ l-innovazzjoni 5. Jinkisbu l-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità; kif ukoll 6. Tiġi kkjarifikata u mtejba l-governanza tal-proġett SEPA. Prijorità 1: Titħeġġeġ il-migrazzjoni Il-migrazzjoni tibda meta l-ewwel prodotti SEPA jitfaċċaw fis-suq u tispiċċa meta l-prodotti SEPA jkunu sostitwixxew il-prodotti u l-istandards nazzjonali korrispondenti tal-pagament. Matul il-migrazzjoni l-industrija se tmexxi b'mod parallel is-sistema SEPA u dik li kienet teżisti qabel. Dan iqum ħafna għall-banek u għall-klijenti. Għalhekk, il-migrazzjoni ma għandhiex iddum aktar milli hemm bżonn. Il-benefiċċji sostanzjali tas-SEPA se jimmaterjalizzaw biss b'migrazzjoni rapida u bl-impenn attiv kemm min-naħa tad-domanda kif ukoll min-naħa tal-provvista[5]. Filwaqt li wieħed jifhem li l-banek għandhom joffru prodotti SEPA ta' kwalità għolja, fir-rigward tal-migrazzjoni rapida għandhom jintlaħqu wkoll il-kundizzjonijiet addizzjonali li ġejjin: a) Rwol attiv għall-awtoritajiet pubbliċi B'rappreżentazzjoni ta' madwar 50 % tal-PGD tal-UE u madwar 20 % tal-pagamenti kollha mhux kontanti, is-settur pubbliku għandu jkollu rwol mexxej fil-migrazzjoni għas-SEPA. Flimkien mal-atturi ewlenin l-oħra bħall-utilitajiet, it-telekoms u l-kumpaniji tal-assigurazzjoni, l-awtoritajiet pubbliċi jistgħu joħqolqu l-massa kritika meħtieġa biex titħaffef il-migrazzjoni. Permezz ta' migrazzjoni mħaffa, l-amministrazzjonijiet pubbliċi jistgħu jibbenefikaw minn proċedura armonizzata għall-pagamenti bl-euro, konkorrenza akbar, firxa usa' ta' fornituri tas-servizzi ta' pagamenti bi prezzijiet li jirriflettu ekonomiji ta' skala mtejba fl-ipproċessar tal-pagamenti. Is-SEPA għandha wkoll tiġi integrata fil-proġetti tal-gvern elettroniku li huma għaddejjin. Madanakollu, dan jiddependi fuq l-industrija li tipprovdi prodotti SEPA ta' kwalità għolja u kompetittivi ħafna. L-awtoritajiet pubbliċi għandhom ifasslu pjanijiet nazzjonali ta' migrazzjoni li huma integrati u sinkronizzati, u b'hekk juru r-rieda tagħhom li jilħqu massa kritika kif ukoll jixprunaw il-proċess ta' migrazzjoni malajr. L-impenn politiku tagħhom għas-SEPA għandu jiġi rifless fil-livell Ewropew. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Tfassil ta' pjanijiet nazzjonali ta' migrazzjoni għall-amministrazzjonijiet pubbliċi[6] | L-Istati Membri | Ottubru 2009 | Migrazzjoni tal-amministrazzjonijiet nazzjonali pubbliċi għall-istandards, il-prodotti u s-servizzi tas-SEPA | L-Istati Membri | Tmiem l-2010 | Migrazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-istandards, il-prodotti u s-servizzi tas-SEPA. | Il-Kummissjoni/Istituzzjonijiet Ewropej oħrajn | Ġunju 2010[7] | b) Monitoraġġ effiċjenti tal-migrazzjoni Għall-previżjoni u r-rimedju tal-problemi possibbli tal-migrazzjoni jeħtieġ valutazzjoni regolari u ċara. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-22 ta' Jannar 2008 l-Kunsill tal-ECOFIN stieden lill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-BĊE biex tipprovdi rapport annwali dwar il-progress fl-istat ta' migrazzjoni, inkluż fejn rilevanti l-applikazzjoni ta' prezzijiet għall-istrumenti SEPA u t-titjib fil-kompetizzjoni fiż-żona SEPA kif ukoll żviluppi oħrajn relatati mas-SEPA fl-aħħar ta' kull sena sakemm tkun intlaħqet il-migrazzjoni b'suċċess ta' massa kritika ta' strumenti ta' pagament u fi kwalunkwe każ fl-aħħar tal-2008, l-2009 u l-2010.'[8] Għall-monitoraġġ tal-impatt tas-SEPA fuq il-konsumaturi, fl-2007 ġie mniedi studju dwar is-SEPA biex jiġu stabbiliti valuri referenzjali li se jippermetti t-tqabbil mar-riżultati ta' studji tal-futur, ladarba l-prodotti tas-SEPA jkunu disponibbli bis-sħiħ. Jekk is-SEPA twassal għal żviluppi negattivi fil-prezzijiet li ma jkunux marbuta ma' fatturi oħra, bħall-bidla minn ipprezzar għoli u moħbi għall-ipprezzar aktar baxx u trasparenti b'riżultat tal-implimentazzjoni tal-PSD, il-Kummissjoni tinsab lesta biex tieħu l-azzjonijiet xierqa ta' rimedju. Il-migrazzjoni min-naħa tal-amministrazzjonijiet pubbliċi se tiġi mmonitorjata wkoll permezz ta' tabella ta' valutazzjoni tal-Kummissjoni[9] li abbażi ta' indikaturi ċari, tivvaluta l-progress miksub mill-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-migrazzjjoni tas-SEPA. Azzjoni | Atturi | Data tal-iskadenza | Rapport annwali dwar il-progress lill-Kunsill tal-ECOFIN dwar l-istat tal-migrazzjoni | Il-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-BĊE | Prevista għal: 2009 | Rapporti tal-Eurosistemadwar il-Progress tas-SEPA | L-Eurosistema | Fuq perjodi regolari (l-aħħar rapport Novembru 2008) | Pubblikazzjoni tal-indikaturi tas-SEPA | Il-BĊE | Matul il-fażi kollu tal-migrazzjoni | Pubblikazzjoni kull sentejn ta' tabella ta' valutazzjoni dwar il-migrazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi | Il-Kummissjoni | Mill-2009 matul il-fażi ta' migrazzjoni | It-2 studju dwar is-SEPA biex jiġu stabbiliti punti ta’ referenza | Il-Kummissjoni | Nofs l-2011 | c) Il-ħtieġa li tiġi miftiehma data tal-iskadenza għall-migrazzjoni Fir-rigward tal-bidla għall-ewro, l-iffissar ta' data tat-tmiem għall-migrazzjoni SCT u SDD tipprovdi ċertezza u prevedibbiltà u taġixxi bħala inċentiv kemm għall-industrija kif ukoll għall-utenti biex titħaffef il-migrazzjoni. F'dan l-istadju l-introduzzjoni ta' data tat-tmiem għall-pagamenti bil-kard tkun qabel iż-żmien għaliex ħafna standards għad iridu jiġu ffinalizzati. Il-migrazzjoni għandha tieħu l-inqas żmien possibbli biex jitnaqqsu kemm jista' jkun l-ispejjeż tat-tmexxija tas-sistemi nazzjonali u tas-SEPA b'mod parallel, iżda għandha ddum sakemm hemm bżonn sabiex il-klijenti u l-banek jitħallew ibiddlu l-proċessi tagħhom mingħajr xkiel. Dan jirrikjedi analiżi soda tal-impatt fil każ li ma tiġix iffissata data tat-tmiem, kif ukoll tal-effetti negattivi. L-alternattivi differenti għandhom jiġu eżaminati u l-impatt tal-pajjiżi li ma daħħlux l-euro wkoll għandu jiġi vvalutat. Għaldaqstant, tvara proċess konsultattiv u komprensiv[10]. Dan jista' jwassal għal approvazzjoni politika tal-arranġamenti u l-iskeda għall-ffissar ta' data għat-tmiem u se jippermetti wkoll li l-Kummissjoni tivvaluta jekk hemmx ħtieġa għal data tat-tmiem vinkolanti għall-migrazzjoni SCT u SDD. Il-Parlament Ewropew diġà talab lill-Kummissjoni[11] biex tiffissa "data tat-tmiem ċara, xierqa u vinkolanti, li ma għandhiex tkun iktar tard mill-31 ta' Diċembru 2012, għall-migrazzjoni lejn il-prodotti SEPA… ". Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Konsultazzjoni ma' partijiet involuti bbażata fuq karta ta' konsultazzjoni | Il-Kummissjoni | 3 ta' Awwissu 2009 | Approvazzjoni politika | Il-Kunsill ECOFIN | Diċembru 2009 | Tlestija tal-ħidma tal-valutazzjoni tal-impatt | Il-Kummissjoni | Frar 2010 | Prijorità 2: Jiżdied l-għarfien dwar is-SEPA u jiġu promossi l-prodotti SEPA Biex is-SEPA tkun suċċess, il-partijiet kollha involuti fil-'bidla għas-SEPA' jeħtieġ li jkunu infurmati bis-sħiħ dwar il-merti u l-vantaġġi tagħha. Għaldaqstant huwa essenzjali li: a) Tiżdied il-konoxxenza dwar is-SEPA Hemm ħtieġa urġenti għal sforzi estensivi ta' komunikazzjoni adattati għall-udjenza fil-mira. Huwa ċar, li l-ikbar sforz għandu jiġi min-naħa tal-fornituri tas-servizzi ta' pagament meta jikkummerċjalizzaw il-prodotti SEPA ġodda. Madanakollu, l-awtoritajiet pubbliċi wkoll għandhom id-dmir li jiżguraw li jitvaraw kampanji ta' informazzjoni xierqa. Fil-livell nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jappoġġjaw sforzi ta' komunikazzjoni mill-industrija billi jużaw il-kumitati nazzjonali għall-koordinament tas-SEPA u r-rappreżentanti tal-utenti. Fil-livell Ewropew, hemm ħtieġa għal strateġija msaħħa għal azzjoni ta' komunikazzjoni f'kooperazzjoni mill-qrib mal-EPC. Biex tiffaċilta l-iskambji ta' informazzjoni u ta' prassi tajba bejn il-komunitajiet nazzjonali tas-SEPA u biex tindirizza l-problemi prattiċi tal-migrazzjoni b'mod kollettiv, il-Kummissjoni stabbilit Forum tal-UE tal-Kumitati għall-koordinament tas-SEPA.[12] Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Appoġġ għall-isforzi tal-industrija biex jitħeġġeġ l-għarfien dwar is-SEPA | L-Istati Membri | Tmiem l-2009 | L-ikkomplementar tal-komunikazzjoni tal-industrija u dik nazzjonali tas-SEPA b'inizjattivi fil-livell tal-UE | Il-Kummissjoni/Il-BĊE, l-EPC | Tmiem l-2009 | Laqgħat regolari tal-forum tal-UE għall-kumitat nazzjonali għall-koordinament tas-SEPA | Il-Kummissjoni | Minn Ottubru 2008 matul il-fażi ta' migrazzjoni | b) Promozzjoni tal-prodotti SEPA L-utenti ġeneralment mhumiex mgħarrfa dwar is-SEPA u jeħtieġu informazzjoni mfassla għal t'apposta dwar il-vantaġġi tal-prodotti SEPA. Il-fornituri tas-servizzi tal-pagament jeħtieġ li jżidu l-isforzi tagħhom ta' komunikazzjoni b'mod sinifikanti u dan huwa l-ewwel pass biex il-klijenti jikkonvinċu ruħhom iwettqu l-migrazzjoni. Dan jippreżumi li l-fornituri tas-servizzi ta' pagament ikunu lesti jagħmlu l-għoti konkret tal-prodotti SEPA, u li jwasslu benefiċċji konkreti u tanġibbli, lill-klijenti. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti SEPA adatatti għall-gruppi differenti ta' utenti: għoti konkret ta' prodotti SEPA għal klijenti | Fornituri ta' servizzi ta’ pagament | B'effett immedjat għall-SCT u fl-1 ta' Novembru 2009 għall-SDD | Prijorità 3: Tfassil ta' ambjent legali sod għas-SEPA u tisħiħ tal-konformità mas-SEPA It-tneħħija ta' ostakli legali kienet prekundizzjoni għat-tnedija tal-proġett SEPA. L-adozzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi ta' Ħlas (PSD)[13] tipprovdi l-bażi legali għas-SEPA b'mod partikolari għall-SDD. Ir-Regolament il-ġdid dwar il-pagamenti transkonfinali fil-Komunità[14], li fl-1 ta' Novembru 2009 jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 2560/2001, jiżgura konsistenza mal-għanjiet tas-SEPA u testendi t-trattament ugwali għad-debiti diretti. L-infurzar tar-regoli dwar il-kompetizzjoni huwa kundizzjoni oħra importanti sabiex is-SEPA tkun tista' tipproduċi effetti li jiffavorixxu l-kompetizzjoni. Peress li t-tfassil u l-implimentazzjoni tas-SEPA huma r-riżultat ta' ftehimiet u kooperazzjoni bejn il-kompetituri potenzjali permezz tal-EPC, jeħtieġ skrutinju mill-qrib tal-kompetizzjoni. Safejn il-kooperazzjoni tillimita potenzjalment il-kompetizzjoni, hemm lok tajjeb favur il-benefiċċji tat-tali kooperazzjoni għall-utenti (inklużi l-konsumaturi). Il-konformità jixraqilha attenzjoni partikolari, b'modpartikolari f'kuntest awtoregolatorju. Mekkaniżmi xierqa għandhom jiżguraw li l-industrija u l-utenti jaderixxu mar-regoli relevanti u mal-kriterji għall-konformità. a) Tlestija tal-qafas legali għas-SEPA Il-Kummissjoni qed taħdem mill qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u partijiet oħra involuti biex tikseb implimentazzjoni tal-PSD li tkun sħiħa, konsistenti u leali għaliex din tifforma s-sisien legali tas-SEPA Ftit xhur qabel id-data tal-iskadenza għat-traspożizzjoni, it-traspożizzjoni tinsab fit-triq kważi fl-Istati Membri kollha. In-nuqqas li l-PSD tiġi trasposta fil-ħin tikkawża inċertezza legali għaċ-ċittadini u l-industrija tal-pagament. Il-Kummissjoni mhix se żżom lura milli tibda proċedimenti ta' ksur skont l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE. Il-migrazzjoni SDD ma għandhiex tirrikjedi l-firma mill-ġdid ta' miljuni ta' mandati ġodda. Dan ikun ta' piż b'mod estrem u jiswa ħafna, speċjalment fl-Istati Membri b'volumi għoljin ta' debiti diretti. Fejn l-industrija ma tkunx tista' tasal għal soluzzjoni xierqa, l-Istati Membri għandhom isibu mod kif jiżguraw il-validità legali sostnuta tal-mandati l-qodma, pereżempju matul it-traspożizzjoni tal-PSD. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Żgurar ta' traspożizzjoni PSD li tkun sħiħa, konsistenti u leali | L-Istati Membri | L-1 ta’ Novembru 2009 | Tinstab soluzzjoni li tiżgura validità legali sostnuta tal-mandati eżistenti tad-debiti diretti meta sseħħ il-migrazzjoni għad-debiti diretti SEPA | L-Istati Membri | Soluzzjoni fis-seħħ sal-1 ta' Novembru 2009 | b) Kwistjonijiet dwar kompetizzjoni Mutur ewlieni għas-suċċess tas-SEPA huwa t-tfassil ta' inċentivi adegwati li jrawwmu l-migrazzjoni billi jużaw mudelli tan-negozju li huma kompatibbli mal-liġi nazzjonali u tal-UE dwar il-kompetizzjoni. Dan huwa fattur partikolament kruċjali għall-SDD u l-iskemi tal-kards. Fir-rigward tal-SDD, ir-Regolament il-ġdid dwar il-pagamenti transkonfinali jipprovdi ċarezza legali għal perjodu ta' tliet snin li jagħlaq fil-31 ta' Ottubru 2012. Fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-24 ta' Marzu 2009[15], il-Kummissjoni u l-BĊE pprovdew gwida dwar ċerti prinċipji sottostanti ta' mudell tan-negozju tal-futur għall-SDD għall-perjodu wara l-31 ta' Ottubru 2012. Barra minn hekk il-Kummissjoni u l-BĊE jinsabu lesti li, matul il-perjodu interim, jiddiskutu mal-partijiet involuti kollha dwar kif għandhom jiżguraw mudell tan-negozju li huwa ġust u adegwat u li jikkonforma mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. Fir-rigward tal-kards, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jilqgħu bil-qawwa l-ħruġ ta' skemi addizzjonali b'dimensjoni Ewropea[16]. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Għoti ta' aktar ċarezza fir-rigward ta' konformità ma' mudelli tan-negozju fuq perjodu ta' żmien twil għall-SDD mal-liġi dwar il-kompetizzjoni tal-UE. | Il-Kummissjoni | Novembru 2009, sakemm ikunu saru l-kontributi meħtieġa mill-atturi relevanti fis-suq | Tfassil u implimentazzjoni tal-mudelli tan-negozju fuq perjodu ta' żmien twil għall-SDD f'konformità mar-regoli dwar il-kompetizzjoni. | L-EPC | L-1 ta’ Novembru 2012 | c) Kwistjonijiet dwar konformità Il-kunċett ta' konformità mas-SEPA, kif ġie żviluppat oriġinarjament mill-EPC, għandu jiġi implimentat mill-partijiet kollha involuti u rilevanti għall-iskemi SCT/SDD tas-SEPA u l-oqfsa tal-kards u l-ikklerjar u tal-mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' tilwim. L-Eurosistema ppubblikat serje ta' previżjonijiet[17] kif ukoll Termini ta' Referenza (ToR)[18] dettaljati għad-diversi partijiet involuti dwar il-proġett SEPA. Fil-kuntest tal-migrazzjoni tal-pagamenti bil-kard, "konformi mal-Qafas tal-Kards tas-SEPA" għandhom ifissru li 'jikkonforma mal-istandards dwar l-interoperabilità li qed jiġu żviluppati taħt l-awspiċi tal-EPC.'[19] Monitoraġġ effiċjenti[20], infurzar u mekkaniżmi għas-soluzzjoni ta' tilwim jeħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ biex jiżguraw konformità sħiħa. Dawn joħqolqu kundizzjonijiet ugwali li jiffaċilitaw id-dħul fis-suq u aktar kompetizzjoni. Dawn il-miżuri għandhom jiġu indirizzati bħala prijorità ġaladarba tkun stabbilita struttura tajba ta' governanza tas-SEPA. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | L-implimentazzjoni tat-ToRs SEPA tal-Eurosistema għal | 1) L-iskemi tal-kards | l-iskemi tal-kards | Ġunju 2009 | 2) L-infrastrutturi | l-infrastrutturi | Tmiem l-2010 | u previżjonijiet għal | 1) banek u istituzzjonijiet ta' pagament | fornituri ta' servizzi ta’ pagament | Tmiem l-2010 | 2) utenti | corporazzjonijiet, SMEs, awtoritajiet pubbliċi, fornituri tas-servizzi ta' pagament, negozjanti, klijenti konsumaturi/utenti | Tmiem l-2010 | Prijorità 4: Titħeġġeġ l-innovazzjoni Is-SEPA għandha tixpruna l-modernizzazzjoni tas-swieq tal-pagamenti tal-konsumaturi, tarmonizza l-użu tal-internet u tal-mowbajl mill-bidu tal-pagament sar-rikonċiljazzjoni f'ambjent sikur. a) pagamenti-m u pagamenti-e L-EPC qed jiżviluppa qafas għall-kanali tal-mowbajls li jipprovdi għad-dħul u l-wasla ta' pagamenti bbażati fuq trasferimenti ta' krediti tas-SEPA u fuq pagamenti tal-kards tas-SEPA. F'kooperazzjoni mill-qrib ma' fornituri tas-servizzi oħrajn, qed jiddefinixxi r-rekwiżiti bażiċi, ir-regoli u l-istandards meħtieġa għat-twettiq ta' pagamenti madwar il-pajjiżi SEPA bl-użu ta' mowbajl, u b'hekk jiżgura l-interoperabilità mas-servizzi mwassla mid-diversi atturi fis-suq tal-pagamenti bil-mowbal. Dan il-qafas għandu jitwassal fi tmiem l-2010. L-EPC qed jiżviluppa wkoll il-Qafas għall Pagamenti elettroniċi tas-SEPA[21]. Skemi eżistenti jew ġodda marbuta mal-Qafas tal-Pagamenti elettroniċi SEPA se jiffaċilitaw li l-konsumaturi jagħmlu pagament garantit lil negozjanti onlajn li jinsabu fi kwalunkwe post il-31 pajjiż tas-SEPA. b) L-iffatturar elettroniku L-iffatturar elettroniku jżid b'mod sinifikanti l-effiċjenza tal-ktajjen tal-provvista finanzjarja billi jdaħħal f'xulxin il-proċessi ta' rikonċiljazzjoni u ta' pagament tal-intrapriżi. L-iffatturar-e għaldaqstant jikkontribwixxi għal ambjent simplifikat li jiffavorixxi n-negozju u l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali sostanzjali tal-iffaturar-e jista' jammonta għal EUR 240 biljun tul perjodu ta' sitt snin[22]. Fi tmiem l-2007 l-Kummissjoni stabbilixxiet grupp ta' esperti biex sal-2009 jiżviluppa qafas Ewropew għall-iffatturar-e li jappoġġa l-forniment ta' servizzi tal-iffatturar-e b'mod miftuħ u interoperabbli madwar l-Ewropa kollha. B'mod parallel, il-Kummissjoni għamlet proposta għal emenda tad-Direttiva dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud[23], li timmira biex il-fatturi elettroniċi jkunu fl-istess livell mal-fatturi stampati. Minħabba r-rabta mill-qrib bejn l-iffatturar u l-proċessi ta' pagament, qafas Ewropew għall-iffatturar elettroniku u s-SEPA jista' jkollu benefiċċji reċiproċi għal xulxin. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | Twassil tal-qafas għall-pagamenti-m[24] | L-EPC, il-GSMA (assoċjazzjoni tal-operaturi tal-mowbajls) | Awwissu 2010 | Twassil tal-qafas għall-pagamenti-e[25] | L-EPC | Tmiem l-2009 | Tlestija tal-qafas Ewropew għall-iffatturar-e | Grupp ta' esperti dwar l-iffatturar-e | Tmiem l-2009 | Prijorità 5: Żgurar tal-istandardizzazzjoni, l-interoperabilità, u s-sigurtà meħtieġa L-istandardizzazzjoni u l-interoperabilità huma l-qofol importanti tal-proġett SEPA u huma essenzjali f'industrija tan-netwerk sabiex jinkisbu l-benefiċċji kollha tas-SEPA. L-istandards tas-SEPA għandhom ikunu miftuħa, għandhom jiġu implimentati fl-ogħla livell ta' sigurtà, mhux proprjetarji u lanqas ma għandhom ifixklu l-innovazzjoni tal-prodotti Fil-qasam tal-pagamenti bil-kard, dawn l-istandards għandhom jippermettu l-interoperabilità sħiħa, is-sigurtà u l-aċċess ħieles kif ukoll jiffaċilitaw l-użu ta' skemi tal-kards pan-Ewropej. L-istandardizzazzjoni għandha tippermetti pproċessar awtomatiku sħiħ u sikur min-naħa għall-oħra, sew fid-dominji tal-klijenti SCT lejn il-bank u sew mill-bank lejn il-klijent, kif ukoll fill-qasam tal-kards[26] u għandu wkoll jiżgura livell għoli ta' sigurtà (inkluż l-evalwazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà). Filwaqt li jista' jkun hemm il-ħtieġa ta' servizzi fakultattivi addizzjonali (AOS) biex l-karatteristiċi tal-prodott jinżammu jew biex tiġi ffaċilitata l-innovazzjoni, għandu jiġi evitat kwalunkwe riskju tal-frammentazzjoni mill-ġdid tas-suq. Azzjonijiet | Atturi | Data tal-iskadenza | L-istabbiliment ta' konsenus dwar l-użu ta' standards għall-istrutturar tal-informazzjoni mhux strutturata dwar trasferimenti ta' pagamenti (SCT) | L-EACT, f'kooperazzjoni mal-utenti | Ġunju 2009 | Komunikazzjoni attiva u implimentazzjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni SCT fid-dominju C2B[27]*) | Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament, il-korporazzjonijiet, l-SMEs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-konsumaturi, il-bejjiegħa | Tmiem l-2009 | Komunikazzjoni attiva u implimentazzjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni Core u B2B SDD fid-dominju C2B*) | Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament, il-korporazzjonijiet, l-SMEs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-konsumaturi, il-bejjiegħa | Novembru 2010 | Definizzjoni tal-linji gwida dwar l-implimentazzjoni SCT u SDD (Core u B2B) fil-dominju B2C | L-EPC | Settembru 2009 | Komunikazzjoni attiva u implimentazzjoni tal-linji gwida għall-implimentazzjoni SCT u SDD fid-dominju 2BC*) | Il-fornituri tas-servizzi ta' pagament, il-korporazzjonijiet, l-SMEs, l-amministrazzjonijiet pubbliċi, il-konsumaturi, il-bejjiegħa | Ġunju 2010 | Adeżjoni mal-iskema Core SDD[28] | Fornituri ta' servizzi ta’ pagament | L-1 ta' Novembru 2010. | Tlestija ta' skemi tal-kards għall-iffaċilitar tal-Volum SCF biex jiġu definiti l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi konkreti għall-implimentazzjoni fir-rigward tal-istandards tal-kards. | L-EPC | Tmiem l-2009 | Implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-istandards tal-kards | L-industrija tal-kards | Tmiem l-2009: Id-deċiżjoni tittieħed fid-data tal-implimentazzjoni | L-iżvilupp tal-aħjar prassi biex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà għat-tranżazzjonijiet SEPA[29] | L-EPC | Tmiem l-2009 | Twassil ta' qafas għall-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet bil-kards | L-EPC | Tmiem l-2009 | Twassil ta' qafas għall-iskema SCT ta' prijorità | L-EPC | Tmiem l-2009 | L-implimentazzjoni ta' qafas għall-iskema SCT ta' prijorità[30] | Fornituri ta' servizzi ta’ pagament | Tmiem l-2012 | Prijorità 6: Tiġi kkjarifikata u mtejba l-governanza tal-proġett SEPA a) Il-governanza tas-SEPA kif inhi bħalissa SEPA hija l-għaqda ta' awtoregolamentazzjoni mill-industrija tas-servizzi finanzjarji u miżuri leġiżlattivi sostantivi. Minħabba l-benefiċċji sostanzjali tas-SEPA, hemm interess pubbliku ċar li jkun hemm arranġamenti effettivi ta' governanza. L-ambjent ekonomiku inċert jitlob ukoll tmexxija politika aktar b'saħħitha biex jiġi żgurat li s-SEPA titwassal fil-ħin, u li tipprovdi l-utenti b'servizz aħjar u b'mod li jkun kompletament responsabbli. Il-governanza tas-SEPA bħalissa hija organizzata f'żewġ livelli: Fil-livell tal-UE , il-governanza tal-EPC hija strutturata madwar żewġ funzjonijiet: l-iżvilupp u l-evoluzzjoni tal-iskemi ta' pagament u l-amministrazzjoni ta' u konformità mal-iskemi. Il-Kummissjoni tappoġġa l-proċess SEPA, billi timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tas-SEPA u billi tiddiskuti l-iżviluppi mal-Istati Membri u l-partijiet involuti[31]. Ittejjeb ukollil-profil tas-SEPA fil-livell Ewropew. Il-BĊE għandu rwol simili, billi jaġixxi bħala katalist li jappoġġa t-twassil tas-SEPA. Il-BĊE għandu l-istatus ta' osservatur fil-Plenarja tal-EPC u fil-gruppi ta' ħidma, u jikkoordina l-ħidma tal-Eurosistema. Imexxi diversi fora, bħall-Laqgħa tal-Livell Għoli tas-SEPA, biex jiddibatti u jippromwovi s-SEPA. Fil-livell nazzjonali , ġew stabbiliti Kumitati għall-Koordinament tas-SEPA, li fihom huma ferm involuti l-banek ċentrali nazzjonali, fl-Istati Membri kollha li qegħdin fiż-żona tal-euro (u f'prattikament dawk kollha li jinsabu barra) biex jikkordinaw u jimmontorjaw l-implimentazzjoni tas-SEPA. Ir-rwol, il-kompożizzjoni, id-dmirijiet u l-metodi ta' ħidma ta' dawn il-Kumitati jvarjaw konsiderevolment, iżda kollha għandhom l-għan komuni li jħeġġu l-migrazzjoni għas-SEPA fil-livell nazzjonali, Peress li d-drawwiet u t-tradizzjonijiet nazzjonali fil-pagamenti jvarjaw ħafna, is-SEPA għandha titwassal f'kuntest nazzjonali. Għaldaqstant ir-rwol tal-Kumitati għall-koordinament tas-SEPA huwa ta' importanza partikolari. b) L-isfidi għall-governanza tas-SEPA fil-livell tal-UE Il-Kummissjoni Ewropea tqis li hemm il-ħtieġa għal mudell ta' governanza tas-SEPA fil-livell tal-UE li jiġbor kollox fih, li jrawwem l-integrazzjoni ta-suq tal-operaturi ekonomiċi fil-pagamenti b'mod u manjiera li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-utenti finali. Għaldaqstant, il-Kummisjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi kollha konċernati mill-proġett SEPA, b'mod partikolari l-BĊE, tipprova tsitabbilixxi, qabel tmiem l-2009, struttura ta' governanza tas-SEPA fil-livell tal-UE li tkun effettiva. Din tista' tieħu s-sura ta' Kunsill tal-UE għas-SEPA li jkun stabbilit għal tul ta' żmien ta' tliet snin. Sa mhux aktar tard minn tmiem l-2011, il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom jevalwaw l-effiċjenza u l-funzjonament tiegħu. L-għanijiet ewlenin ta' din l-istruttura se jkunu li: - tiddefinixxi viżjoni strateġika għas-SEPA li tkun innovattiva, orjentata lejn il-futur u tkun faċli biex tintuża mill-utent; - timmonitorja u tappoġġa l-migrazzjoni għas-SEPA, inkluż l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Direzzjoni għas-SEPA u tidentifika azzjoni ta' rimedju; - tiżgura trasparenza u responsabbiltà għall-ekonomija aktar mifruxa. L-istruttura ġdida ta' governanza fil-livell tal-UE se tirrikjedi rappreżentazzjoni fil-livell għoli min-naħa tad-domanda kif ukoll tal-provvista. Minħabba l-importanza tal-proġett għas-soċjetà, għandu jkun immexxi b'mod konġunt mill-Kummissjoni u l-BĊE. Koordinament tajjeb mal-istituzzjonjiet Ewropej l-oħrajn (il-Kunsill tal-UE u l-Parlament Ewropew) u mal-banek ċentrali nazzjonali kif ukoll mal-kumitati nazzjonali għall-koordinament tas-SEPA huwa essenzjali. L-istruttura l-ġdida mhix se tittratta każijiet individwali ta' konformità mas-SEPA li jirrelataw mar-regoli u l-oqfsa tal-EPC. Lanqas mhi se tidħol f'impenji li jkunu ttrattati aħjar fil-livell nazzjonali jew li jappartjenu għall-atturi fis-suq, bħat-tfassil tal-prodotti ta' pagament tas-SEPA, jew li jistgħu jiġu indirizzati b'mod sodisfaċenti b'arranġamenti mtejba ta' governanza min-naħa tal-EPC. L-istruttura l-ġdida ta' governanza mhix se taffettwa l-kompetenzi rispettivi tal-membri tagħha. B'mod partikolari, id-deliberazzjonijiet u l-orjentazzjonijiet tagħha bl-ebda mod mhuma se jippreġudikaw l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni fil-livell tal-UE. Barra minn hekk, minħabba r-rwol kruċjali tal-EPC fil-proġett SEPA, l-arranġamenti eżistenti ta' governanza tal-EPC jirrikjedu attenzjoni partikolari. L-EPC għamel progress fl-ibbilinċjar tal-interessi tad-diversi partijiet involuti, iżda għandu jopera b'mod aktar trasparenti biex jiġu evitati kwalunkwe effetti ta' preklużjoni u biex jitqiesu l-interessi tal-partijiet kollha involuti, inklużi l-partijiet involuti li mhumiex banek, istituzzjonijiet ta' pagament u utenti. Jeħtieġ li jiġu żgurati aktar trasparenza, żmien biżżejjed għall-konsultazzjoni u l-involviment bikri fl-ippjanar u t-tfassil tal-inizjattivi għall-ġejjieni tal-partijiet kollha involuti, b'mod partikolari l-utenti. Azzjoni | Atturi | Data tal-iskadenza | Stabbiliment ta' strutturi effettivi ta' governanza tas-SEPA fil-livell tal-UE | Il-Kummissjoni/Il-BĊE | Tmiem l-2009 | Rapportar kull sentejn dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Qafas tas-SEPA għall-azzjoni | L-istruttura ta’ governanza tas-SEPA. | Mid-data tal-istabbiliment uffiċjali tal-istruttura l-ġdida ta' governanza tas-SEPA | Adozzjoni ta' miżuri mal-mudell eżistenti ta' governanza tal-EPC: 1) titjib fil-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni tal-partijiet involuti; 2) żieda fit-trasparenza; 3) estensjoni ta' sħubija għall-istituzzjonijiet ta' pagament | L-EPC | Tmiem l-2009 Tmiem l-2009 Novembru 2009 | Evalwazzjoni tal-istruttura ta' governanza tas-SEPA | Il-Kummissjoni/Il-BĊE | Tmiem l-2011 | KONKLUżJONIJIET Il-Kummissjoni tistieden lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex iqis u japprova dan il-Pjan ta' Direzzjoni. Il-partijiet involuti kollha huma mistiedna jagħmlu kull sforz biex jiżguraw implimentazzjoni rapida tal-miżuri individwali li ġew identifikati. Il-Kummissjoni se timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' dan il-Pjan ta' Direzzjoni u kull sentejn se tippubblika rapporti dwar il-progress. [1] http://www.ecb.int/paym/sepa/timeline/use/html/index.en.html [2] http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/105993.pdf [3] Il-Komunikazzjoni lill-Kunsill Ewropew tar-rebbiegħa Nixprunaw l-Irkupru Ewropew , l-Anness I; http://ec.europa.eu/commission_barroso/president/pdf/press_20090304_annx_en.pdf. [4] http://www.ecb.int/paym/sepa/html/vision.en.html [5] http://ec.europa.eu/internal_market/payments/docs/sepa/sepa-capgemini_study-final_report_en.pdf [6] http://www.ecb.eu/paym/sepa/timeline/use/html/index.en.html#migration [7] Sa Jannar 2008 l-BĊE kien diġà wettaq migrazzjoni sħiħa għas-SEPA. [8] http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/98276.pdf [9] Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-ECOFIN tal-10 ta’ Frar 2009; http://www.consilium.europa.eu/uedocs/cms_data/docs/pressdata/en/ecofin/105993.pdf [10] http://ec.europa.eu/internal_market/consultations/2009/sepa_en.htm [11] http://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+MOTION+B6-2009-0111+0+DOC+XML+V0//EN. [12] http://ec.europa.eu/internal_market/payments/sepa/ec_en.htm [13] Id-Direttiva 64/2007/KE dwar is-servizzi ta' ħlas fis-suq intern, (ĠU L 319, 5.12.2007, p. 1). [14] COM(2008) 640 finali [15] http://europa.eu/rapid/pressReleasesAction.do?reference=IP/09/468&format=HTML&aged=0&language=EN&guiLanguage=en; [16] http://www.ecb.int/pub/pdf/other/singleeuropaymentsarea200811en.pdf [17] See http://www.ecb.int/pub/pdf/other/eurosystemsepaexpectations200903en.pdf. [18] Għat-Termini ta' Referenza għas-SEPA – konformità tal-infrastrutturi ara http://www.ecb.europa.eu/paym/sepa/components/infrastructures/html/tor.en.html u għat-Termini ta' Referenza għall-konformità mas-SEPA tal-iskemi tal-kards http://www.ecb.int/paym/sepa/pdf/ToR_SEPA_compliant_card_schemes.pdf?1915cf8db5ec194b2c9e9070ebeb2ff7 [19] http://ec.europa.eu/competition/speeches/text/sp2008_03_en.pdf [20] inkluż b'mod partikolari t-traċċabbiltà tajba tal-pagamenti u l-persuni involuti [21] Pagament-e huwa definit bħala pagamenti li fil-ħin tax-xiri onlajn il-kont kurrenti tax-xerrej jiġi ddebitat direttament u l-bejjiegħ onlajn jiġi infurmat direttament dwar dan, ikun fejn ikun il-post tax-xerrej u tal-bejjiegħ. [22] http://ec.europa.eu/internal_market/payments/docs/sepa/sepa-capgemini_study-final_report_en.pdf [23] COM(2009)21 [24] Qafas mhux mandatorju għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament. [25] Qafas mhux mandatorju għall-fornituri tas-servizzi ta' pagament. [26] Mill-kard sat-terminal, mit-terminal-sax-xerrej u mix-xerrej sal-persuna responsabbli għall-ħruġ u ċ-ċertifkazzjoni u l-approvazzjoni tat-tip. [27] *)Il-linji gwida EPC rakkomandati mhumiex obbligatorji. Madanakollu, biex tiġi evitata diviżjoni fis-suq, il-banek kollha għandhom ikunu jistgħu jaċċettaw l-istandards EPC rakkomandati. Jekk le, il-korporazzjonijiet ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mis-SEPA (għaldaqstant il-korporazzjonijiet għandhom ikunu involuti b'mod attiv fit-tħejjija ta' dawn il-linji gwida). [28] Id-data tal-iskadenza hija applikabbli biss għall-Istati Membri taż-żona tal-ewro. L-Istati Membri li ma daħħlux l-euro għandhom jaderixxu sal-1 ta' Novembru 2014 [29] http://ec.europa.eu/internal_market/payments/docs/sepa/sepa-capgemini_study-final_report_en.pdf [30] L-implimentazzjoni tal-iskema SCT ta' prijorità għandha tkun fakultattiva. [31] Għal dawn il-kompiti, il-Kummissjoni tikkonsulta ma' u tiġbor l-għarfien espert minn żewġ gruppi ta' ħidma, jiġifieri l-Kumitat tal-Pagamenti (li jissostitwixxi l-Grupp ta' Esperti tal-Gvern fuq is-Sistemi tal-Pagament) u l-Grupp ta' Esperti fuq is-Suq tas-Sistemi ta' Pagamenti.