52009DC0394

Rapport mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2008 /* KUMM/2009/0394 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 28.7.2009

KUMM(2009) 394 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL- PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

dwar l-attivitajiet tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni fl-2008

1. INTRODUZZJONI

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni ("EGF") kien imwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] ("ir-Regolament tal-EGF"[2]) bil-għan li juri solidarjetà ma', u jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala konsegwenza tal-bidliet strutturali kbar fis-sistemi kummerċjali tad-dinja. Dan ġie imfassal bħala mezz biex jirrikonċilja l-benefiċċji fit-tul ta' kummerċ miftuħ f'termini ta' tkabbir u ta' impjieg ,mal-effetti ħżiena li għal żmien qasir il-globalizzazzjoni jista' jkollha, b'mod partikolari fuq l-impjiegi l-aktar vulnerabbli u l-ħaddiema l-anqas kwalifikati.

L-Artikolu 16 tar-Regolament tal-EGF jistipula li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport kwantitattiv u kwalitattiv dwar l-attivitajiet tal-EGF fis-sena preċedenti u dan għandha tagħmlu qabel l-1 ta' Lulju ta' kull sena. Ir-rapport għandu jiffoka l-iktar fuq ir-riżultati li ntlaħqu mill-EGF and għandu jinkludi b’mod partikulari informazzjoni li għandha x’taqsam mal-applikazzjonijiet imressqa, mad-deċiżjonijiet li ġew adottati, mal-azzjonijiet iffinanzjati, inkluża l-komplementarjetà tagħhom mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, b'mod partikolari l-Fond Soċjali Ewropew (ESF), u mal-istralċ tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula. Għandu jiddokumenta wkoll dawk it-talbiet li ġew miċħuda minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet meħtieġa jew minħabba li ma kinux eliġibbli.

2. HARSA ġENERALI LEJN L-ATTIVITAJIET TAL-EGF FL-2008

FL- 2008, il-Kummissjoni rċeviet ħames applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-EGF. Dawn l-applikazzjonijiet, sottomessi minn tliet Stati Membri, huma relatati ma' 6 587 każ ta' telfien ta' xogħol u f’daqqa jammontaw għal talba ta' EUR 20 626 022. Wara analiżi profonda tal-eliġibilità tagħhom, il-Kummissjoni, sal-31 ta’ Diċembru 2008, kienet ippreżentat tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet lill-Awtorità Baġitarja, filwaqt li t-tnejn l-oħra kienu għadhom qed jiġu vvalutati.

Fl-2008 ġie mogħti total ta' EUR 49 035 729 (jiġifieri 9.8 % tal-ammont annwali disponibbli għall-EGF) fi tmien kontribuzzjonijiet EGF, li ħamsa minnhom kienu għal applikazzjonijiet riċevuti fl-2007 u tliet għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2008 Dawn il-fondi ġew użati għall-ko-finanzjament ta' miżuri ta' politika tas-suq tax-xogħol attiv (l-aktar sussidji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg, taħriġ u inċentivi tal-impjieg) immirati lejn 9 941 ħaddiem li ngħata s-sensja f'ħames Stati Membri.

Għall-ewwel darba fl-2008, il-Kummissjoni rċeviet ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-EGF. Dawn ir-rapporti wrew li l-EGF ikkontribwiet direttament għall-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg ta' 2 158 ħaddiem li ngħata s-sensja fl-industrija awtomobilistika u fis-settur telefoniku tal-mowbajl. Ir-rapporti finali jissuġġġerixxu wkoll li l-kontribuzzjonijiet EGF ippermettew lill-Istati Membri kkonċernati biex itejbu l-pakkett ta' miżuri li minnhom jibbenefikaw il-ħaddiema li ġew mogħtija s-sensja, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni ta' azzjonijiet soċjali innovattivi u proroga tal-appoġġ, li ma kinetx tkun disponibbli mingħajr il-kontribuzzjoni tal-EGF.

3. SEGWITU TAR-RAPPORT ANNWALI TAL-2007 DWAR L-ATTIVITAJIET TAL-EGF

L-artikolu 20 tar-Regolament tal-EGF jipprovdi l-possibilità ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament abbażi tal-ewwel rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-EGF biex " ikun żgurat li qed jintlaħaq l-għan ta ’ solidarjetà tal-EGF ". Il-Kummissjoni għalhekk indikat fl-ewwel rapport annwali dwar l-EGF, li kien adottat bħala parti integrali tal-Aġenda Soċjali Mġedda[3] fit-2 ta' Lulju 2008[4], li ser teżamina modi kif ittejjeb l-impatt tagħha u kif tissimplifika l-proċeduri tagħha.

Ir-rapport iddeskriva numru ta' kwistjonijiet li jistgħu jiġu eżaminati bil-ħsieb li jiġu proposti bidliet għar-Regolament tal-EGF qabel ma joħroġ ir-rapport annwali li jmiss. Il-Kummissjoni ssuġġeriet bosta raġunijiet għalfejn kienet irċeviet biss ftit applikazzjonijiet għal kontribuzzjonijiet mill-EGF matul l-ewwel sena ta' ħidma. Dawn inkludew inċertezza dwar l-eliġibilità għall-finanzjament, l-ammont minimu għoli ta' impjiegi mitlufa meħtieġ għall-kontribuzzjoni EGF u l-perjodu qasir għall-implimentazzjoni ta' miżuri ffinanzjati mill-EGF. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet analiżi aktar profonda tal-aspettattivi u l-ħtiġijiet ewlenin tal-partijiet interessati fl-EGF (rappreżentanti tal-Istati Membri, u ta' organizzazzjonijiet ta' msieħba soċjali fuq livell nazzjonali u livell Ewropew) permezz ta' kwestjonarju u konferenza li saret fi Brussell fl-4 ta' Settembru 2008. Mill-konsultazzjoni ħareġ li ħafna partijiet interessati appoġġjaw l-EGF imġedded li jista' jintervjeni f'firxa usa' ta' avvenimenti, li jista' jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema fit-telfien ta' impjieg fuq livell ta' massa li jinvolvi inqas minn 1 000 ħaddiem, u li jista' jintuża waqt perjodu itwal ta' implimentazzjoni. Ħafna mill-Istati Membri qajmu wkoll il-kwistjonijiet tar-rata ta' kofinanzjament (jiġifieri 50%), li ma kienx ikkunsidrat biżżejjed għal dawk l-Istati Membri li kienu diġà qegħdin jikkumbattu d-deterjorament tal-klima ekonomika.

Fil-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku[5], ippubblikat fis-26 ta' Novembru 2008, il-Kummissjoni reġgħet stqarret li se tirrevedi r-regoli tal-EGF biex l-Unjoni Ewropea tkun tista' tgħin lill-ħaddiema milquta mill-kriżi u tindirizza l-prospetti tagħhom ta' xogħol fit-tul. Fis-16 ta' Diċembru 2008, bil-għan li jiġi mtaffi l-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika, hija adottat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-EGF[6] li fih id-dispożizzjonijiet ewlenin li ġejjin:

- tnaqqis fil-limitu tal-applikazzjoni mill-1 000 ħaddiem mogħti s-sensja għal 500;

- estensjoni tal-perjodu ta'implimentazzjoni minn 12 għal 24 xahar;

- żieda fir-rata ta' kofinanzjament minn 50 sa 75 %[7];

- deroga temporanja li permezz tagħha l-ħaddiema li jingħataw is-sensja minħabba l-kriżi globali ekonomika u finanzjarja se jkunu eliġibbli għall-għajnuna, jekk l-applikazzjonijiet ibbażati fuq dan il-kriterju jiġu ppreżentati qabel it-tmiem tal-2010.

4. ANALIżI TAL-ATTIVITAJIET TAL-EGF FL-2008

4.1. Applikazzjonijiet li waslu fl-2008

Il-Kummissjoni rċeviet ħames applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni mill-EGF fl-2008, inkluż applikazzjoni waħda li ġiet irtirata fl-2007 u li reġgħet ġiet ippreżentata fil-bidu tal-2008. Tlieta minn dawn l-applikazzjonijiet ġew approvati mill-Awtorità Baġitarja fl-2008, filwaqt li dawk it-tnejn li kien fadal kienu għadhom qed jiġu evalwati mis-servizzi tal-Kummissjoni lejn l-aħħar tas-sena.

Tabella 1 – Applikazzjonijiet li waslu fl-2008

DELPHI (ES) (EGF/2008/02) | 6.2.2008 | a | 10 471 778 | 1 589 | 1 589 |

Alytaus Tekstilė (LT) (EGF/2008/03) | 8.5.2008 | a | 298 994 | 1 089 | 600 |

Castilla y León and Aragón (ES) (EGF/2008/04)[8] | 29.12.2008 | b | 2 694 300 | 1 082 | 588 |

Cataluña (ES) (EGF/2008/05) | 29.12.2008 | b | 3 306 750 | 1 269 | 1 100 |

Total | 20 626 022 | 6 587 | 5 435 |

L-ebda applikazzjoni ma ġiet miċħuda fl-2008, la abbażi ta' ineliġibilità u lanqas minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet suffiċjenti.

4.1.1. Applikazzjonijiet riċevuti fl-2008 skont l-Istat Membru

Tliet Stati Membri applikaw għall-għajnuna mill-EGF fl-2008: Spanja (tliet applikazzjonijiet), l-Italja (applikazzjoni waħda) u l-Litwanja (applikazzjoni waħda).

4.1.2. Applikazzjonijiet riċevuti fl-2008 skont l-ammont ta' kontribuzzjoni mitluba:

L-Istat Membru li japplika għall-appoġġ mill-EGF għandu jfassal pakkett koordinat ta' miżuri li jaqblu l-aħjar mal-profil tal-ħaddiema fil-mira u jiddeċiedi l-ammont ta' assistenza li qed jitlob mill-EGF. Ir-Regolament tal-EGF ma jirrakkomandax u lanqas ma jillimita l-ammont totali mitlub, iżda l-istima ta' applikazzjoni mis-servizzi tal-Kummissjoni tista' tqajjem mistoqsijiet li jistgħu jikkawżaw li l-Istat Membru applikant jirrevedi l-pakkett propost ta' servizzi personalizzati, u b'hekk ikun affettwat l-ammont mitlub.

Il-kontribuzzjonijiet mitluba mill-EGF fl-2008 jvarjaw minn EUR 298 994 fl-applikazzjoni tal-Litwanja (EGF/2008/03) sa EUR 10 471 778 fl-applikazzjoni Spanjola fir-rigward tal-każ DELPHI (EGF/2008/02).

4.1.3. Applikazzjonijiet riċevuti fl-2008 skont in-numru ta' ħaddiema fil-mira tal-għajnuna:

In-numru ta' ħaddiema mogħtija s-sensja u li huma direttament fil-mira għall-miżuri ffinanzjati mill-EGF fl-2008 ammonta għal 5 435. Dan ivarja mil-588 ħaddiem fl-applikazzjoni mħejjija minn Spanja rigward l-ex ħaddiema tal-industrija tal-karozzi f'Castilla y León u Aragón (EGF/2008/04) sal-1 589 ħaddiem fl-applikazzjoni Spanjola relatata ma' DELPHI (EGF/2008/02). Tlieta mill-ħames applikazzjonijiet sottomessi fl-2008 kellhom fil-mira iktar minn 1,000 ħaddiem li ġie mogħti s-sensja filwaqt li ż-żewġ kontribuzzjonijiet kellhom fil-mira numru pjuttost iżgħar (600 ħaddiem għall EGF/2008/03 u 588 fl-EGF/2008/04).

Id-differenza fin-numru ta' ħaddiema fil-mira għall-appoġġ mill-EGF tista' f'xi każi tirriżulta mill-għażla tal-Istat Membru applikant biex jipprovdi appoġġ lill-ħaddiema kollha mkeċċija jew biex jiffuka fuq l-assistenza ta' xi wħud minnhom biss, b'mod partikolari dawk li qed jiffaċċjaw diffikultajiet eċċezzjonali biex jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

4.1.4. Applikazzjonijiet riċevuti fl-2008 skont l-ammont ta' kontribuzzjoni mitluba għal kull ħaddiem

Il-pakkett ta' servizzi individwalizzati li l-Istati Membri applikanti jipproponu lill-ħaddiema konċernati li rċivew is-sensja hu fid-diskrezzjoni tagħhom, fi ħdan it-termini tar-Regolament tal-EGF. L-ammont mitlub għal kull ħaddiem milqut jista' għalhekk ivarja skont is-severità tal-avveniment tat-telfien tax-xogħol, il-qagħda tas-suq tax-xogħol fir-reġjun milqut, iċ-ċirkostanzi individwali tal-ħaddiema fil-mira, il-miżuri diġà provduti mill-Istat Membru...

Fil-prattika, l-ammonti proposti fl-2008 għal kull ħaddiem ivarjaw minn ftit anqas minn EUR 500 fil-każ tal-Litwanja (EGF/2008/04) għal aktar minn EUR 6 500 fil-każ tal-applikazzjoni Spanjola relatata mal-każ DELPHI (EGF/2008/02).

4.1.5. Applikazzjonijiet riċevuti fl-2008 skont il-kriterju tal-intervent

Tnejn mill-applikazzjonijiet sottomessi fl-2008 saru abbażi tal-Artikolu 2(a) tar-Regolament tal-EGF li jirreferi għal telf tal-impjiegi f'intrapriża u l-fornituri tagħha u l-produtturi iktar 'l isfel fil-katina ta' produzzjoni. It-tliet applikazzjonijiet l-oħra tal-2008 kienu bbażati fuq l-Artikolu 2(b) li jpoġġi fil-mira l-għoti tas-sensji fl-istess diviżjoni NACE 2 f'reġjun wieħed jew f’żewġ reġjuni bi fruntieri komuni fuq il-livell NUTS II.

4.2. Il-kontribuzzjonijiet li ngħataw fl-2008

L-Awtorità Baġitarja ħadet tmien Deċiżjonijiet ta' għoti ta' finanzjament mill-EGF fl-2008: ħamsa kienu relatati ma' applikazzjonijiet sottomessi fl-2007 li kienu għadhom ma ġewx approvati sal-aħħar ta' dik is-sena, filwaqt li t-tliet Deċiżjonijiet l-oħra kienu bbażati fuq l-applikazzjonijiet riċevuti u vvalutati fl-2008.

L-Awtorità Baġitarja ma rrifjutat l-ebda proposta mressqa lilha mill-Kummissjoni għal finanzjament mill-EGF, u ma mmodifikatx il-proposti.

Tabella 2 - Kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2008 f'termini ta' deċiżjonijiet ta' finanzjament

Piemonte (IT) (EGF/2007/06) | 10.8.2007 | b | 2008/916/KE (19.11.2008) | C (2008) 8070 (8.12.2008) | 7 798 750 |

Lombardia (IT) (EGF/2007/07) | 17.8.2007 | b | 2008/916/KE (19.11.2008) | C (2008) 8071 (8.12.2008) | 12 534 125 |

Textiles (MT) (EGF/2007/08) | 12.9.2007 | c | 2008/370/KE (10.4.2008) | C (2008) 2176 (22.5.2008) | 681 207 |

Lisboa-Alentejo (PT) (EGF/2007/10) | 9.10.2007 | b | 2008/370/KE (10.4.2008) | C (2008) 7278 (21.11.2008) | 2 425 675 |

Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2007 | 34 410 757 |

Toscana (IT) (EGF/2008/01) | 12.2.2008 | b | 2008/916/KE (19.11.2008) | C (2008) 8073 (8.12.2008) | 3 854 200 |

DELPHI (ES) (EGF/2008/02) | 6.2.2008 | a | 2008/818/KE (22.10.2008) | C (2008) 7292 (24.11.2008) | 10 471 778 |

Alytaus Tekstilė (LT) (EGF/2008/03) | 8.5.2008 | a | 2008/818/KE (22.10.2008) | C (2008) 7278 (21.11.2008) | 298 994 |

Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2008 | 14 624 972 |

Total | 49 035 729 |

Tabella 3 - Kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2008 f'termini ta' ħaddiema li ġew megħjuna

Piemonte (IT) (EGF/2007/06) | Tessili | 1 537 | 1 537 | 7 798 750 | 5 074 |

Lombardia (IT) (EGF/2007/07) | Tessili | 1 816 | 1 816 | 12 534 125 | 6 902 |

Textiles (MT) (EGF/2007/08) | Tessili | 675 | 675 | 681 207 | 1 009 |

Lisboa-Alentejo (PT) (EGF/2007/10) | Vetturi | 1 549 | 1 122 | 2 425 675 | 2 162 |

Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2007 | 6 621 | 6 194 | 34 410 757 | 5 555 |

Toscana (IT) (EGF/2008/01) | Tessili | 1 558 | 1 558 | 3 854 200 | 2 474 |

DELPHI (ES) (EGF/2008/02) | Vetturi | 1 589 | 1 589 | 10 471 778 | 6 590 |

Alytaus Tekstilė (LT) (EGF/2008/03) | Tessili | 1 089 | 600 | 298 994 | 498 |

Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2008 | 4 236 | 3 747 | 14 624 972 | 3 903 |

Total | 10 857 | 9 941 | 49 035 729 | 4 933 |

4.2.1. L-azzjonijiet iffinanzjati

L-Artikolu 3 tar-Regolament 1927/2006 jipprovdi li l-EGF jista' jiffinanzja b'mod konġunt biss miżuri attivi tas-suq tax-xogħol li jqiegħdu fil-mira l-integrazzjoni mill-ġdid fl-impjieg tal-ħaddiema li ġew mogħtija s-sensja. Barra minn hekk, jistipula wkoll li l-EGF jista' jiffinanzja attivitajiet ta' Għajnuna Teknika mwettqa minn Stat Membru biex jiffaċilita t-tħejjija, il-ġestjoni, it-tagħrif, il-pubbliċità, u l-kontroll tal-kontribuzzjoni.

It-tqassim tal-ispejjeż stmati tal-azzjonijiet proposti fit-tmien kontribuzzjonijiet tal-EGF mogħtija fl-2008, flimkien mal-attivitajiet ta' Għajnuna Teknika ta' sostenn, huwa mogħtija fit-tabella hawn taħt.

Tabella 4 - L-azzjonijiet finanzjati fl-2008 abbażi tal-klassifikazzjoni tal-EUROSTAT[9]

Klassifikazzjoni mill-EUROSTAT tal-Interventi tal-Politika tas-Suq tax-Xogħol (LMP) | Ammont tal-EGF (Euro) | % tat- total |

Servizzi tal-LMP | 30 537 989 | 62.28 % |

1 | Servizzi lill-klijent (għajnuna għat-tiftix ta’ impjieg, gwida tal-karriera, ċertifikazzjoni tal-ħiliet...) | 4 519 185 | 9.22 % |

Sussidji għat-tfittix ta’ impjieg | 26 018 804 | 53.06 % |

Miżuri tal-LMP | 16 718 820 | 34.09 % |

2 | Taħriġ | 7 899 843 | 16.11 % |

Sussidji għat-taħriġ | 3 033 250 | 6.19 % |

3 | Rotazzjoni tal-impjieg u qsim ta' impjieg | M/A | M/A |

4 | Inċentivi għall-impjiegi | 4 709 608 | 9.60 % |

4.1 | Inċentivi għar-reklutaġġ | 2 666 896 | 5.44 % |

4.2 | Inċentivi biex jinżammu l-impjiegi | 2 042 712 | 4.17 % |

5 | Impjieg sostnut u riabilitazzjoni | M/A | M/A |

6 | Ħolqien dirett tax-xogħol | M/A | M/A |

7 | Inċentivi għall-bidu | 1 076 119 | 2.19 % |

Għajnuna Teknika (l-Artikolu 3 tar-R. 1927/2006) | 1 778 920 | 3.63 % |

Total | 49 035 729 | 100 % |

4.2.2. Il-profil tal-ħaddiema li jibbenefikaw minn għajnuna tal-EGF

Il-kontribuzzjonijiet mogħtija fl-2008 kellhom il-mira li jappoġġaw total ta' 9 941 ħaddiem li ġie mogħti s-sensja f'ħames Stati Membri (ara l-Anness - Profil tal-ħaddiema fil-mira għall-assistenza tal-EGF fl-2008).

4.2.3. Kumplimentarjetà ma' azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali, partikolarment il-FSE

L-EGF u l-FSE huma l-istrumenti ewlenin tal-UE li għandhom fil-mira li jżidu l-impjegabilità u jassiguraw riintegrazzjoni mgħaġġla fis-suq tax-xogħol permezz tal-implimentazzjoni ta' miżuri attivi ta' politika tas-suq tax-xogħol. Il-komplementarjetà tagħhom tinsab fil-kapaċità tagħhom li jindirizzaw dawk il-kwistjonijiet b'żewġ perspettivi differenti temporali: filwaqt li l-EGF jipprovdi għajnuna mfassla apposta lil ħaddiema li ngħataw is-sensja b'risposta għal każ speċifiku fuq skala Ewropea ta' għoti tas-sensji bil-massa, l-FSE jopera billi jsostni miri strateġiċi u għal żmien twil (eż. żieda ta' kapital uman, il-ġestjoni tal-bidla) permezz ta' programmi multiannwali. Fid-dawl tal-impatt soċjali tal-kriżi ekonomika reċenti, il-Kummissjoni pproponiet fil-Pjan ta' Rkupru Ekonomiku Ewropew tagħha li temenda l-funzjonament taż-żewġ Fondi, sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu bi 'flessibilità akbar għat-tul tal-kriżi.

Eżempju tajjeb ta' komplementarjetà bejn il-ESF u l-EGF li kienet ta' suċċess jista' jinstab fil-każ BenQ (EGF/2007/03) li għalih ingħatat kontribuzzjoni fl-2007. F'dak il-każ, l-assistenza kienet provduta lill-ħaddiema li kienu ġew mogħtija s-sensja u li aċċettaw li jirreġistraw f'"Kumpanija ta' trasferiment ( Transfergesellschaft ) li fiha twettqu miżuri skont il-programmi tal-ESF[10] li kienu wkoll disponibbli għall-ħaddiema mkeċċija mill-BenQ Xi wħud minn dawk il-ħaddiema l-ewwel ibbenefikaw minn perjodu qasir ta’ taħriġ li kien ko-finanzjat mill-ESF biex kisbu l-Liċenzja Ewropea tal-Kompjuter ("European Computer Driving Licence"), liema taħriġ kien segwit minn 5 xhur ta' taħriġ ko-finanzjati mill-EGF, li wasslu għall-kwalifika ta' "Assistent tal-maniġment".

4.2.4. Ir-riżultati miksuba

Is-sors ewlieni ta' informazzjoni dwar ir-riżultati miksuba mill-EGF huwa r-rapport finali li għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru mhux aktar tard minn sitt xhur wara t-tmiem tal-perjodu ta' intervent tal-EGF, kif iddikjarat fl-Artikolu 15 tar-Regolament tal-EGF.

Fl-2008, il-Kummissjoni rċeviet tliet rapporti finali relatati mal-applikazzjonijiet li ġejjin: PSA (Franza), Renault (Franza) u BenQ (il-Ġermanja). Dawn ir-rapporti finali enfasizzaw il-valur miżjud tal-EGF billi dan ippermetta liż-żewġ Stati Membri biex jużaw b'suċċess strateġiji ġodda (eż. interazzjoni fi gruppi ta' pari, żieda fil-gwida u pariri) imfassla speċifikament għall-ħaddiema bi kwalifiki baxxi u li għandhom aktar minn 45 sena. Minbarra dan, fil-każ tal-BenQ, l-EGF għamlilha possibbli li jkun estiż it-tul ta' xi miżuri ta' taħriġ u ta' pariri lil hinn mill-perjodu tas-soltu u għalhekk offra assistenza iktar imsaħħa u iktar effikaċi.

PSA (EGF/2007/01)

Fl-ewwel applikazzjoni ippreżentata lill-EGF fid-9 ta' Marzu 2007, Franza kellha fil-mira 267 ħaddiem li ġew mogħtija s-sensja u li sabu xogħol mal-fornituri Franċiżi li jagħmlu l-karozzi PSA. Skont ir-rapport finali, 256 minn dawn il-ħaddiema bbenefikaw mill-miżuri ta' appoġġ tal-EGF. Fl-aħħar tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-EGF, 106 ħaddiem assistit (41%) kien għadu mingħajr impjieg filwaqt li 150 (59%) kienu sabu impjiegi sostenibbli, kif ġej:

- 76 ħadmu b’kuntratt ta' żmien indefinit;

- 20 ħolqu l-intrapriża tagħhom stess;

- 54 ħadmu b’kuntratt fiss jew kuntratt temporanju b'tul ta' żmien ta' iktar minn sitt xhur.

Renault (EGF/2007/02)

Fit-tieni applikazzjoni għall-appoġġ tal-EGF riċevuta fit-23 ta' Marzu 2007, Franza inizjalment poġġiet fil-mira 628 ħaddiem li kienu ġew mogħtija s-sensja u li kienu jaħdmu mal-fornituri li Renault Ir-rapport finali wera li 366 minn dawn kienu bbenefikaw mill-miżuri ffinanzjati mill-EGF, filwaqt li 262 kienu kkunsidraw ruħhom kapaċi li jsibu xogħol mingħajr kwalunkwe miżura addizzjonali jew kienu diġà sabu xogħol qabel il-bidu tal-miżuri ko-finanzjati. Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-appoġġ tal-EGF, 133 mill-ħaddiema fil-mira (36%) kienu jew qiegħda jew involuti f’impjiegi jew programmi ta' taħriġ li jdumu inqas minn sitt xhur. Barra minn hekk, 105 (29%) minnhom kienu involuti fi programmi ta' taħriġ għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur filwaqt li 129 (35%) kienu sabu impjiegi sostenibbli, kif ġej:

- 77 ħadmu b’kuntratt ta' żmien indefinit;

- 10 ħolqu l-intrapriża tagħhom stess;

- 42 ħadmu b’kuntratt fiss jew kuntratt temporanju b'tul ta' żmien ta' iktar minn sitt xhur.

BenQ (EGF/2007/03)

Fis-27 ta' Ġunju 2007, il-Ġermanja ressqet applikazzjoni għall-kontribuzzjoni tal-EGF inizjalment immirata biex tagħti appoġġ lil 2,400 ħaddiem li kienu ġew mogħtija s-sensja mill-BenQ, produttur tat-tefenonija mowbajl. Ir-rapport tal-implimentazzjoni wera li mill-2,528 ħaddiem li ġew mogħtija s-sensja u li kienu attwalment reġistrati fil-"Kumpanija ta' trasferiment" ( Transfergesellschaft ) li twaqqfet fl-1 ta' Jannar 2007 biex tibbenefika mill-miżuri ta' politika ta' suq tax-xogħol attiv, 561 (22%) kienu għadhom mingħajr xogħol fit-tmiem tal-perjodu ta' implimentazzjoni tal-EGF, 88 ma kinux aktar disponibbli fis-suq tax-xogħol (għal raġunijiet ta' taħriġ fit-tul, mard jew irtirar), filwaqt li 1,879 (74%) kienu sabu impjieg sostenibbli, fosthom 77 li ħolqu l-intrapriża tagħhom stess.

Tabella 5 - Ir-riżultati rrappurtati fir-rapporti finali rċevuti fl-2008

Numru ta' ħaddiema li ma kellhomx bżonn l-għajnuna tal-EGF | 9 | 262 | - | 271 |

Għadd ta’ ħaddiema li rċivew l-għajnuna | 256 | 366 | 2 528 | 3 150 |

Li minnhom irċevew: |

Taħriġ/Taħriġ mill-ġdid | 198 (77 %) | 198 (54 %) | 256 (10 %) | 652 (21 %) |

Tfittix tal-impjieg/Sussidji għat-taħriġ | 256 (100 %) | - | 2 528 (100 %) | 2 784 (88 %) |

Għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg/Għoti ta' pariri | - | 366 (100 %) | 2 055 (81 %) | 2421 (77 %) |

Inċentivi għall-intraprenditorija | - | - | 99 (4 %) | 99 (3 %) |

Inċentivi għall-impjiegi | 150 (59 %) | 38 (10 %) | 408 (16 %) | 596 (19 %) |

Numru ta' ħaddiema integrati mill-ġdid fl-impjieg wara l-intervent tal-EGF | 150 (59 %) | 129 (35 %) | 1 879 (74 %) | 2 158 (69 %) | |

4.2.5. Attivitajiet ta' Għajnuna Teknika li għamlet il-Kummissjoni

L-informazzjoni u l-pubbliċità

L-Artikolu 9 tar-Regolament tal-EGF jitfa' r-responsabilità fuq l-Kummissjoni biex " twaqqaf sit tal-internet li jkun disponibbli bil-lingwi kollha tal-Komunità, liema sit għandu jipprovdi tagħrif dwar l-EGF, gwida dwar it-tfigħ tal-applikazzjonijiet, u tagħrif aġġornat dwar applikazzjonijiet aċċettati u miċħuda, filwaqt li jenfasizza r-rwol tal-awtorità baġitarja ."

Sit tal-internet.

Fl-2008, il-websajt tal-EGF (http://ec.europa.eu/egf) irreġistrat 81,206 paġna kkonsultati minn 36 937 viżitatur. L-iktar paġni popolari fl-2008 kienu l-paġna prinċipali tal-EGF, il-paġni li tagħti ħarsa ġenerali lejn l-applikazzjonijiet riċevuti u d-dokumenti ewlenin relatati mal-EGF. Il-fuljett tal-EGF li l-Kummissjoni kienet ippubblikat fl-2007 ġie mniżżel mill-internet 2,800 darba matul is-sena 2008.

F'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-EGF, is-servizzi tal-Kummissjoni ttraduċew il-websajt tal-EGF fit-23 lingwa Komunitarja.

Eurobarometer

Il-EuroBarometer Standard wave 70 ġie imwettaq mis-6 ta' Ottubru sas-6 ta' Novembru 2008. Għad-domanda: "Qatt smajt jew qrajt dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni li huwa fond biex jgħin lill-vittmi tal-globalizzazzjoni?", in-nies ġew mitluba jwieġbu kif ġej:

- "Iva, u inti familjari ħafna miegħu", jew

- "Iva, imma m'intix familjari ħafna miegħu", jew

- "Le, qatt ma smajt jew qrajt dwaru".

Ir-riżultati – kienu għadhom ma ġewx ippubblikati sakemm dan ir-rapport kien qed jiġi abbozzat - juru li madwar l-UE-27, 22% tan-nies kienu semgħu bil-EGF, għalkemm 3% biss kienu familjari ħafna miegħu, filwaqt li 71% qatt ma kienu semgħu bl-EGF.

Laqgħat mal-Awtoritajiet Nazzjonali u l-imsieħba soċjali

It-tielet laqgħa tal-"Grupp ta' Esperti dwar il-Persuni ta' Kuntatt tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni" (kodiċi E2100), kompost minn rappreżentanti tal-Istati Membri, saret fis-6 ta’ Marzu 2008.

Sabiex iħejju għar-reviżjoni tar-Regolament tal-EGF, is-servizzi tal-Kummissjoni stiednu lill-partijiet interessati tal-EGF għal konferenza li saret fi Brussell fl-4 ta' Settembru 2008. L-għan tal-avveniment kien li jiltaqgħu mal-Istati Membri u l-imsieħba soċjali biex jiddiskutu t-tweġibiet għall-kwestjonarju li ntbagħat fl-Lulju 2008 u l-kwistjonijiet ewlenin identifikati fir-Rapport Annwali tal-2007 dwar l-EGF (ara 3. hawn fuq).

4.2.6. Ir-rapport finanzjarju

Fondi kkontribwiti

Skont il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006, l-EGF ma jistax jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 500 miljun, li jistgħu joħorġu minn kwalunkwe marġini eżistenti taħt il-massimu ta' nfiq globali tas-sena preċedenti, u/jew minn approprjazzjonijiet ta' impenn ikkanċellati mis-sentejn preċedenti. Barra minn hekk, l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-EGF jistqarr li 25% mill-ammont annwali massimu jrid jibqa' disponibbli fl-1 ta' Settembru ta' kull sena sabiex ikopri l-ispejjeż li jinqalgħu sal-aħħar tas-sena.

Matul l-2008 l-Awtorità Baġitarja ddeċidiet li timmobilizza l-EGF għal tmien applikazzjonijiet u għal ammont ta' EUR 49,035,729 (ara t-Tabelli 2 u 3 hawn fuq, fuq il-kontribuzzjonijiet mogħtija mill-EGF).

Infiq ta' għajnuna teknika

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, kif definita fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-EGF, ma kinetx disponibbli fl-2008.

Irregolaritajiet irrapportati matul l-2008

Ma kien hemm l-ebda irregolaritajiet irrapportati lill-Kummissjoni skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1681/94 matul l-2008 fir-rigward tal-EGF.

Irregolaritajiet magħluqa matul l-2008

Ma kienx hemm irregolaritajiet magħluqa fl-2008.

4.2.7. Għeluq tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li saru

L-ebda waħda mill-kontribuzzjonijiet li ngħatat mill-bidu tal-EGF ma ngħalqet fl-2008.

Anness - Il-profil tal-ħaddiema fil-mira għall-assistenza tal-EGF fl- 2008

Applikazzjoni

(Referenza) | Data tal-applikazzjoni | Ħaddiema mogħtija s-sensja | Ħaddiema fil-mira tal-għajnuna | Li minnhom: | Li minnhom, għandhom problema ta’ saħħa jew diżabilità fit-tul[11] | | | | | | Nisa

(%) | Mhux ċittadin tal-UE | 15-24 |25-54 | 55-64 |65+ | | |Sardegna (IT)

(EGF/2007/05) |9.8.2007 |1 044 |1 044 |427

(41 %) |1 |5 |899 |138 |2 |M/A | |Piemonte (IT)

(EGF/2007/06) |10.8.2007 |1 537 |1 537 |1 013

(66 %) |55 |23 |1 347 |167 |0 |M/A | | Lombardia (IT) (EGF/2007/07) |17.8.2007 | 1 816 |1 816 |1 230

(68 %) | 71 |6 |1 537 | 272 |1 |M/A | |Textiles (MT) (EGF/2007/08) |12.9.2007 |675 |675 |533

(79 %) |0 |242 |401 |32 |0 |4 | |Lisboa-Alentejo (PT) (EGF/2007/10) |9.10.2007 |1 549 |1 122 |339

(30 %) |16 |39 |1 024 |59 |0 |12 | |Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2007 |6 621 |6 194 |3 542

(57 %) |143 |315 |5 208 |668 |3 |M/A | |Toscana (IT) (EGF/2008/01) |12.2.2008 |1 558 |1 558 |746

(48 %) |998 |102 |1 276 |175 |5 |M/A | |DELPHI (ES) (EGF/2008/02) |6.2.2008 |1 589 |1 589 |23

(2 %) |0 |2 |1 524 |63 |0 |5 | |Alytaus Tekstilė (LT) (EGF/2008/03) |8.5.2008 |1 089 |600 |494

(82 %) |0 |4 |372 |224 |0 |34 | |Sotto-total għall-applikazzjonijiet li waslu fl-2008 |4 236 |3 747 |1 263

(38 %) |998 |108 |3 172 |462 |5 |M/A | | Total | 10 857 | 9 941 | 4 805

(48 %) | 1 141 | 423 |8 380 | 1 130 | 8 |M/A | |

[1] ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1. Żbalji tekniċi fir-Regolament EGF ġew korreġuti fl-2008 u ppubblikati fil-ĠU L 48, 22/02/2008, p. 82, għal-lingwi kollha u kif ukoll fil-ĠU L 202, 31.7.2008, p. 74, għal-lingwa Ingliża biss

[2] Ir-"Regolament EGF" jirreferi għar-Regolament li kien fis-seħħ fil-31 ta' Diċembru 2008, minkejja l-emendi għal dan ir-Regolament li ġew adottati minn dakinhar.

[3] il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar aġenda soċjali Mġedda: Opportunitajiet, aċċess u solidarjetà fl-Ewropa tas-seklu 21, COM(2008) 412 finali tat-2.7.2008.

[4] Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Solidarjetà quddiem il-bidla: Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF) fl-2007 Reviżjoni u Prospetti, COM (2008) 421 finali tat-2/7/2008.

[5] Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill Ewropew dwar Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, COM(2008) 800 finali tas-26.11.2008.

[6] Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1927/2006 dwar l-istabbiliment tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, COM(2008) 867 tas-16.12.2008.

[7] Ir-Regolament li jemenda kif adottat mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fl-2009 jipprovdi għal żieda temporanja fir-rata ta' kofinanzjament minn 50 għal 65 % sal-aħħar tad-deroga tal-"kriżi", stabbilita fil-31 ta' Diċembru 2011.

[8] Kif irreveduta fl-23 ta` Frar ta` l-2009

[9] Din it-tabella ma tikkorrispondix perfettament mal-metodoloġija wżata mill-EUROSTAT kif deskritt fil-" Bażi tad-dejta tal-politika tas-suq tax-xogħol - Metodoloġija - Reviżjoni ta' Ġunju 2006 " għaliex uħud mill-miżuri ko-finanzjati mill-EGF ma jidħlux f'xi waħda mill-kategoriji (pereżempju, sussidji għal meta wieħed ikun qed ifittex impjieg u sussidji għat-taħriġ). Il-kategoriji tal-klassifikazzjoni tal-EUROSTAT li huma mmarkati M/A f'din it-tabella ma ġewx proposti mill-Istati Membri fit-tmien interventi tal-EGF approvati fl-2008.

[10] L-hekk imsejjaħ programm tal-ESF ‘Uffiċċju Federali tal-Impjieg’, l-objettiv 2 tal-programm operattiv tal-Land North Rhine Westphalia u l-programm tal-Istat Ħieles tal-Bavarja.

[11] Skont il-klassifikazzjonijiet nazzjonali.