52009DC0263




[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 10.6.2009

KUMM(2009) 263 finali

KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LlLL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

ĠUSTIZZJA, LIBERTÀ U SIGURTÀ FL-EWROPA SA MILL-2005: VALUTAZZJONI FUQ IL-PROGRAMM TAL-AJA U PJAN TA’ AZZJONI

{SEC(2009) 765}

{SEC(2009) 766}

{SEC(2009) 767}

I. INTRODUZZJONI

Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma s-sisen għal Ewropa li tgħix fil-prosperità u l-paċi. Il-bini tal-kapaċità meħtieġa għas-salvagwardja ta’ dawn il-valuri fundamentali hu proġett fit-tul. L-Ewropa teħtieġ ukoll il-flessibiltà biex twieġeb għal avvenimenti mhux mistennija u xi kultant traġiċi, bħal ma kienu l-attakki terroristiċi ta’ Londra fl-2005 jew l-imwiet matul dawn l-aħħar għaxar snin ta’ eluf ta’ immigranti li ppruvaw jidħlu fit-territorju tal-UE mill-Baħar Mediterran Il-politiki tal-UE f’dan il-qasam jiddeterminaw kif l-istituzzjonijiet, l-Istati Membri u ċ-ċittadini jaħdmu flimkien u jaħdmu fl-isfera internazzjonali.

Il-Programm tal-Aja[1] kien il-pjanta tal-UE biex twettaq il-viżjoni tagħha fl-oqsma tal-aċċess għall-ġustizzja, il-protezzjoni internazzjonali, il-migrazzjoni u l-kontroll tal-fruntieri, it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u r-rikonoxximent reċiproku.

Il-Kummissjoni ssorveljat bir-reqqa l-implimentazzjoni tal-Programm fuq livell tal-tal-UE u fuq livell ta’ Stat Membru.[2] Kienu evalwati strumenti individwali mill-Kummissjoni jew mill-Istat Membru permezz ta’ reviżjonijiet minn esperti ugwali. Permezz ta’ konklużjonijiet minn dawn l-eżerċizzji, din il-komunikazzjoni tisħaq fuq it-temi prinċipali li ħarġu minnhom, u qed tħares ’il quddiem dwar kif l-UE għandha tirrispondi għall-isfidi tal-futur. Tliet dokumenti itwal huma mehmuża mal-komunikazzjoni: l-ewwel, rapport dwar l-implimentazzjoni tal-programm li jidħol fid-dettal dwar il-punti kollha tal-politika, l-għanijiet, l-iżviluppi sinifikattivi u l-isfidi tal-futur; it-tieni, 'tabella ta’ riżultati istituzzjonali' li tipprovdi ħarsa ġenerali tal-istrumenti u l-miri ddikjarati tal-programm; u t-tielet, 'tabella ta’ riżultati implimentattivi' dwar l-implimentazzjoni fuq livell nazzjonali.

Il-prijoritajiet biex jitkompla x-xogħol fuq dak li kien miksub ser jiġi stabbilit fil-programm multiannwali li jmiss (il-Programm ta' Stokkolma).[3]

II. SFOND U KUNTEST

Il-Kunsill Ewropew ta’ Tampere fl-1999 stabbilixxa l-ewwel qafas ta’ politika multiannwali għall-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni. Matul il-ħames snin sussegwenti, twaqqfu s-sisien għal ażil komuni u politika dwar l-immigrazzjoni, għall-armonizzazzjoni tal-kontrolli mal-fruntieri,u għal kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija eqreb ibbażat fuq il-fiduċja u r-rikonnoxximent reċiproku Dan il-perjodu kien xhieda ta’ attakki terroristi fi New York fl-2001 u f’Madrid fl-2004, il-pressjoni tal-flussi migratorji li dejjem qed tiżdied u t-theddida dejjem tikber ta’ kriminalità organizzata. Dawn l-avvenimenti saħħew iktar - il-ħtieġa tal-Ewropa għal strateġija kontinwa biex taffronta l-isfidi transkonfinali filwaqt li tiddefendi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadin.

Il-Programm tal-Aja kien ir-risposta tal-UE għal dan il-bżonn. L-għanijiet tiegħu kienu:

- li tittejjeb il-kapaċità komuni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha biex ikunu ggarantiti d-drittijiet fundamentali, is-salvagwardji proċedurali minimi u l-aċċess għall-ġustizzja;

- li tkun ipprovduta l-protezzjoni skont il-Konvenzjoni ta’ Ġinevra dwar ir-Refuġjati u tratti internazzjonali oħra għal persuni fil-bżonn;

- li jiġu rregolati l-flussi migratorji u biex ikunu kkontrollati l-fruntieri esterni tal-Unjoni;

- li tkun miġġielda l-kriminalità transkonfinali organizzata u biex tkun imrażżna t-theddida tat-terroriżmu;

- li jkun sfruttat il-potenzjal tal-Europol u l-Eurojust;

- li jisseddaq aktar l-għarfien reċiproku tad-deċiżjonijiet u taċ-ċertifikati ġudizzjarji kemm f’materji civili kif ukoll f’dawk kriminali. kif ukoll

- li jkunu eliminati l-ostakli legali u ġudizzjarji f’tilwim f’materji ċivili u familjari b’implikazzjonijiet transkonfinali.

Żviluppi sinifikattivi fl-UE u b’mod globali sawru l-isfond tal-implimentazzjoni tal-programm. L-adeżjoni ta’ 12-il Stat Membru ieħor fl-2004 u fl-2007 biddlu lill-Unjoni u l-mod li bih din tiffunzjona. L-applikazzjonijiet għall-ażil naqsu qabel ma żdiedu mill-ġdid fl-2007, filwaqt li l-pressjonijiet migratorji tal-fruntieri esterni tan-Nofsinhar tal-UE żdiedu b’mod qawwi. L-ekonomija tal-Ewropa, li kienet diġà qed taffronta tnaqqis fl-età tal-popolazzjoni li kapaċi taħdem fuq medda twila ta’ żmien, issa qed tħabbat wiċċha ma’ perjodu ta’ żieda fil-qagħad u ma’ inċertezza ekonomika.

III. PROGRAMM AMBIZZJUŻ B’KISBIET VIŻIBBLI

Inizzjattivi madwar l-UE kollha fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma ġodda meta jitqabblu ma’ attivitajiet oħra tal-UE, u bosta minnhom għad irid jgħaddi ż-żmiem biex iħallu l-frott. Dawn l-inizzjattivi għandhom impatt dirett fuq ħajjet in-nies, u skont l-istħarriġ tal-opinjoni fl-UE, iċ-ċittadini għandhom aspettattivi kbar. Bħal ma ġara f’Tampere, il-Programm tal-Aja adotta perspettiva fit-tul, izda mar lil hinn minn hekk billi l-għanijiet strateġiċi kienu jinkludu pjan ta’ azzjoni dettaljat biex dawn jitwettqu. Il-progress kien imħallat, iżda kien hemm kisbiet viżibbli.

III.1. Tisħiħ tal-Libertà

III.1.1 Ħarsien tad-drittijiet fundamentali

Kienet imħaddma sistema ta’ monitoraġġ sistematika u rigoruża[4] li tiżgura li l-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni huma kompatibbli bis-sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-Aġenziji tad-Drittijiet Fundamentali[5] fetħet il-bibien tagħha fl-1 ta’ Marzu 2007 u issa qed tassisti lill-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri permezz tal-proġetti ta’ riċerka u tal-ġbir tad-dejta. Kien imniedi approċċ komprensiv għall-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal[6] li jwassal għat-twaqqif ta’ Forum Ewropew għad-Drittijiet tat-Tfal. Il-Forum jipprovdi l-opportunità lill-partijiet kollha interessati biex jaħdmu flimkien biex iqiegħdu d-drittijiet tat-tfal fil-qalba tal-attivitajiet kollha tal-UE. L-UE adottat deċiżjoni qafas li tirrikjedi lill-Istati Membri biex jagħmlu sanzjonijiet kontra dawk li jinċitaw il-vjolenza jew il-mibegħda razzjali[7].

Kemm fil-politiki tagħha interni u kemm f’dawk esterni, l-UE ippromwoviet ir-rispett għad-dritt tal-protezzjoni tad-dejta personali u tal-privatezza filwaqt li tirrikonoxxi l-ħtieġa tal-awtoritajiet li jinforzaw il-liġi għall-iskambji tal-informazzjoni rilevanti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità serja. Ġew mogħtija garanziji ulterjuri għall-protezzjoni tad-dejta personali li kient ipproċessata fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija f’materji kriminali[8]. B’riżultat tad-Direttiva tal-Protezzjoni tad-Dejta[9], il-Kummissjoni rrapportat, li individwi huma protetti kontra s-sorveljanza ġenerali, il-konsumaturi huma kunfidenti li d-dettalji jipprovdu għal operazzjonijiet li mhux ser jiġu użati ħażin, u n-negozji jistgħu joperaw fl-UE mingħajr il-biża’ li jitħarbtu l-attivitajiet internazzjonali tagħhom[10]. Ġew promossi teknoloġiji li jtejbu l-privatezza[11] għat-tfassil tas-sistemi ta’ informazzjoni li żżomm il-ġbir u l-użu tad-dejta pesonali għal minimu possibbli. Filwaqt li ħadmet ma’ pajjiżi terzi, l-UE laħqet ftehim fit-tul mal-Istati Uniti, il-Kanada u l-Awstralja, dwar it-trasferiment tar-Rekords tal-Ismijiet tal-Passiġġieri, u ġew żgurati garanziji dwar l-użu tad-dejta personali li toriġina mill-UE u li tinżamm/nżammet mill-entità tal-ipproċessar SWIFT għal finijiet tal-ġlieda kontra t-terroriżmu.

III.1.2 Ċittadinanza tal-Unjoni

It-tneħħija tal-kontrolli mal-fruntieri interni fiż-żona ta’ Schengen ta’ 25 pajjiż għenet lin-nies biex jivvjaġġaw mill-Penisula Iberika sal-Istati Baltiċi u mill-Greċja sal-Finlandja mingħajr il-ħtieġa ta’ spezzjonijiet fil-fruntieri. Potenzjalment din it-tneħħija kienet ta’ benefiċċju għal 400 miljun ċittadin tal-UE[12] u timplika li l-Istati Membri jafdaw fil-kapaċità ta’ xulxin biex iħarsu b’mod effettiv il-fruntieri esterni f’isem l-UE u li joħroġu l-viżi validi għaż-żona kollha ta’ Schengen.

F’April 2006 daħlet fis-seħħ id-direttiva dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni biex jivvjaġġaw u jmorru joqogħdu b'mod liberu fl-Istati Membri.[13] Sal-lum it-trażpozizzjoni ġenerali kienu diżappuntanti[14] u l-Kummissjoni qed iżżid l-isforzi tagħha biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE u l-familji tagħhom jkunu jistgħu jgawdu b’mod sħiħ id-drittijiet tagħhom skont din id-direttiva ferm importanti.

Kienu proposti sensiela ta’ miżuri biex id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-protezzjoni konsulari ssir realtà[15]. Stima ta’ 8.7% taċ-ċittadini tal-UE, jew 7 miljun persuna, li qed jivvjaġġaw barra mill-UE jagħmlu dan f’pajjiżi fejn l-Istat Membru tagħom mhux irrapreżentat. 2 miljun ċittadin ieħor tal-UE jgħixu f’pajjiżi bħal dawn. Il-pjan ta’ azzjoni għall-2007-2009[16] kellu l-għan li jindirizza n-nuqqasijiet attwali u dawk li jistgħu jkunu previsti f’dan il-qasam.

III.1.3 Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil

Is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil hija dikjarazzjoni qawwija tal-valuri tagħna, ir-rispett tagħna għad-dinjità umana u l-impenn tagħna għal responsabbiltà konġunta. L-ewwel fażi ta’ din is-sistema tistipula l-istandards minimi komuni li, skont it-Trattat ta’ Nizza, kienu jippermettu t-tranżizzjoni għal votazzjoni b’ko-deċiżjoni u b’maġġoranza kkwalifikata. Taħt il-Programm tal-Aja, wara konsultazzjoni wiesgħa,[17] is-sistema bdiet tersaq lejn it-tieni fażi tal-iżvilupp bl-adozzjoni ta’ pjan ta’ politika fl-2008.[18] Bħala parti minn dan il-pjan kienu diġà proposti emendi għad-Direttiva tal-Kondizzjonijiet għar-Riċezzjoni u għar-Regolamenti ta’ Dublin u tal-Eurodac kienu diġà proposti bħala parti minn dan il-pjan. L-esperjenza operattiva indikat b’mod konsistenti l-bżonn ta’ kooperazzjoni prattika, u fit-twaqqif propost tal-Uffiċċju għall-Appoġġ tal-Ażil, l-UE fittxet mezzi koerenti u effiċjenti biex twieġeb għal dawn l-isfidi. Fir-riward tad-dimensjoni esterna, twaqqfu Programmi Pilota dwar il-Protezzjoni Reġjonali f’għadd ta’ pajjiżi terzi biex iżidu l-kapaċitàjiet tagħhom ta’ protezzjoni.

III.1.4 Migrazzjoni u Integrazzjoni

L-UE ħadmet biex ittejjeb il-ġestjoni tal-flussi migratorji u biex tikkoordina l-politiki internazzjonali ta’ integrazzjoni. Kienu stabbiliti standards minimi ta’ ġustizzja, konsistenza u ċertezza, u saru sforzi biex jiżdied il-potenzjal mhux sfruttat tal-impjiegi taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi li diġà joqogħdu fl-UE filwaqt li tilqa’ għall-effetti ħżiena tal-'brain drain' fil-pajjiżi tal-oriġini.

Abbażi tal-'Green Paper'[19], pjan ta’ politika[20] stabbilixxa l-inizzjattivi li kellhom jittieħdu għall-migrazzjoni legali bejn l-2006 u l-2009. Bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan, kienu stabbiliti kundizzjonijiet għad-dħul, l-impjiegi u r-residenza ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi[21] u ma ddumx ma ssir realtà il-'Blue Card'.[22]

Il-massimizzazzjoni tal-benefiċċji ekonomiċi tal-migrazzzjoni legali kienet akkumpanjata minn sforzi orkestrati biex tkun miġġielda l-migrazzjoni illegali u dawk li jiggwadanjaw mill-kutranbandu u t-traffikar tal-bnedmin. Il-migrazzjoni illegali mhux qed tiżdied b’mod ġenerali fl-UE, iżda l-Istati Membri tal-Mediterran qed jerfgħu il-piż li dejjem qed jiżdied. Ta’ tħassib b’mod partikolari hu l-għadd ta’ nies li qed jaslu wara li jaqsmu l-baħar b’perikolu kbir[23]. L-opportunità tal-impjieg illegali tirriżulta fl-isfruttar tal-individwi u f’effetti li jfixklu l-ekonomija tal-UE. Il-proposta tal-Kummisssjoni għal direttiva li tipprovdi sanzjonijiet kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi li jkunu qed joqogħdu illegalment kienet mistennija li tkun adottata fl-ewwel nofs tal-2009.[24] Dan għandu jibgħat messaġġ ċar li l-UE mhux ser tittollera l-migrazzjoni illegali, speċjalment meta din tkun inkorraġita minn min iħaddem li ma jkollu l-ebda skrupli.

Kienu stabbiliti prinċipji komuni u qafas għall-integrazzjoni ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi[25], li jinkludu manwali dwar l-integrazzjoni għal dawk li jsawru l-politika u għal dawk li jattwaw il-politika, 'one-stop-shop' websajt Ewropea dwar l-integrazzjoni ta’ Forum Ewropew ta’ Integrazzjoni. L-isforzi tal-Istati Membri f’din l-aġenda komuni qed ikunu sostnuti mill-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni,[26] bi EUR825 miljun allokati għall-perjodu 2007-2013.

B’mod ġenerali, il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Politika Komuni dwar l-Immigrazzjoni għall-Ewropa[27] u l-Patt Ewropew dwar l-Immigrazzjoni u l-Ażil[28] li saru ftit wara, għaqqdu 10 snin ta’ ħidma u ħejjew il-pedamenti għall-approċċ koerenti fil-futur.

III.1.5 Ġestjoni tal-fruntieri

Il-ġestjoni tal-migrazzjoni teħtieġ li jkun hemm fruntieri siguri. Hemm 1636 post iddiżinjat ta’ dħul fit-territorju tal-UE. Fl-2006 kien hemm madwar 900 miljun post ta’ qsim ta’ fruntieri esterni u 8 miljun immigrant illegali fl-UE-25. Fl-istess sena, 500,000 immigrant illegali kienu miżmuma fl-UE li minnhom 40% sussegwentement ġew mibgħuta lura.

FRONTEX, l-aġenzija li tikkoordina l-kooperazzjoni tal-kontroll mal-fruntieri bejn l-Istati Membri, kienet strumentali għat-tweġiba tal-UE għal dawn l-isfidi. Mill-2005 sal-2008, mexxiet 50 operazzjoni konġunta u 23 proġett pilota bl-involviment ta’ diversi Stati Membri. Il-kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen[29] sar effetttiv fl-Istati Membri kollha tal-UE u stabbilixxa standards u proċeduri li għandhom isegwu biex ikun kkontrollat il-moviment ta’ persuni mal-fruntieri interni u esterni tal-UE. Pakkett tal-proposti tal-Kummissjoni stabbilixxew ġrajjiet importanti ġodda għal progress lejn il-ġestjoni integrata mal-fruntieri. Sistema ta’ dħul-ħruġ[30] permezz ta’ allarmi awtomatiċi fejn xi wħud tiskadihom il-viża tagħhom, sistema ta’ sorveljanza tal-fruntieri tan-nofsinhar u tal-lvant tal-UE (magħrufa bħala EUROSUR)[31] u l-evalwazzjoni tal-iżvilupp fil-futur tal-FRONTEX[32]. Id-Direttiva ta’ Ritorn[33] pprovdiet standards effettivi u umani tar-ritorn tal-immigranti illegali.

Teknoloġiji ġodda qed jiġu sfruttati bl-iżvilupp ta’ sistema moderna u integrata tal-ġestjoni tal-fruntieri Fl-2006 kienu introdotti passaporti bijometriċi. It-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża qed tiġi żviluppata u kien stabbilit il-qafas legali tagħha Dawn is-sistemi ser jippermettu użu akbar ta’ teknoloġiji ġodda, speċjalment tal-bijometrija, u b’hekk jikkontribwixxu għas-sigurtà taż-żona ta’ Schengen filwaqt li jiżguraw li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta jkunu rrispettati bis-sħiħ.

III.1.6 Politika tal-viża

Fl-2008 kien adottat qafas leġiżlattiv għall-implimentazzjoni tal-operazzzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Viża (VIS)[34] li ffaċilta spezzjonijiet f’postijiet ta’ qsim estern mal-fruntieri u l-iskambju tad-dejta tal-viża bejn l-Istati Membri. Il-Kummissjoni pproponiet il-ħolqien ta’ bażi legali għall-Istati Membri biex jieħdu ll-identifikaturi bijometriċi obbligatorji minn applikanti tal-viża u biex jagħtu qafas legali għall-organizzazzjoni tal-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri[35]. L-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni kienu abbozzati mill-ġdid, u kienet proposta Kodiċi tal-Viża,[36] biex tiżdied it-trasparenza, l-armonizzazzjoni tal-proċeduri u ċ-ċertezza legali. Kienu nnegozjati ftehimiet ta’ faċilitazzjoni tal-viża mar-Russja, l-Ukrajina, ir-Repubblika tal-Moldova, l-Albanija, il-Bożnja u l-Ħerżegovina, l-Eks Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja, is-Serbja u l-Montenrgro. Dawn il-ftehimiet li daħlu fis-seħħ fl-2007 u fl-2008, issimplifikaw il-proċeduri għaċ-ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi li jkunu jixtiequ jivvjaġġaw fl-UE għal soġġorn qasir. Ġiet miksuba reċiproċità sħiħa[37] mal-Kosta Rika, l-Iżrael, il-Malażja, il-Messiku, in-New Zealand, in-Nikaragwa, il-Panama, is-Singapor, l-Urugwaj u l-Veneżwela, u sar ikoll progress mal-Awstralja il-Brunei Darussalam, il-Kanada u l-Istati Uniti. Il-proposta għall-ħolqien ta’ ċentri komuni għall-applikazzjoni tal-viża[38] qed tistenna li tiġi adottata, b’żewġ ċentri pilota li diġà ġew stabbiliti.

III.1.7 Id-dimensjoni esterna tal-ażil u l-migrazzjoni

Problemi globali jeħtieġu soluzzjonijiet globali. L-'Approċċ Globali' għall-migrazzjoni, ibbazat fuq patenarjat ġenwin ma’ pajjiżi terzi, wera impenn biex tittieħed l-aktar perspettiva wiesgħa possibli tal-ixprunaturi warajh, u tal-konsegwenzi kollha tal-flussi ta’ migrazzjoni minn pajjiżi terzi fl-UE. Il-migrazzjoni issa hi integrata aħjar fl-aġenda ta’ żvilupp tal-Kummissjoni u tal-politiki l-oħra esterni tal-UE. Dan kien rifless f’bidla kbira minn approċċ li primarjament kien iffukat fuq is-sigurtà għal wieħed li kien iggwidat minn għarfien aktar profond tal-aspetti kollha rilevanti mal-migrazzjoni. Instabu mezzi għal patenarjati ġodda u għal djalogu kostruttiv mar-reġjuni li huma ġirien tal-UE u tal-Afrika, l-Ażja u l-Amerika Latina. Dawn id-diskussjonijiet kienu appoġġjati minn azzjoni fuq l-art, li kellha l-mira li l-migrazzjoni u l-mobbilità jsiru forzi pożittivi għall-iżvilupp, li l-migrazzjoni legali tkun amministrata aħjar u li l-immigrazzjoni illegali tkun eliminata jew imnaqqsa. L-istrumenti Komunitarji ta’ kooperazzjoni esprimew b’mod konkret l-Approċċ Globali billi ffinanzjaw diversi proġetti f’dawn l-oqsma u fil-qasam tal-protezzjoni tar-refuġjati. Il-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil kien stabbilit għal dan l-iskop b’baġit ta’ EUR384 miljun għall-2007-2013. Sadanittant kienu promossi għodod u kunċetti ġodda, bħal ma huma l-patenarjati ta’ mobbiltà bejn l-UE u l-pajjiż terzi.

III.2. Tisħiħ tas-Sigurtà

III.2.1 Terroriżmu

L-attentat bil-bombi ta’ Madrid u ta’ Londra tal-2004/5 jirrappreżentaw l-aktar attakki li jkexkxu fl-UE fi snin riċenti. Madanakollu kien hemm għadd allarmanti ta’ attentati oħra ta’ attakki li ħafna minnhom ma ngħatawx pubbliċità. Fl-2007, kważi 600 attakk terroristiku fallew, ġew sfrattati jew twettqu b’suċċess fi ħdax-il Stat Membru tal-UE.[39]

F’termini ta’ prevenzjoni, l-UE ffinanzjat diversi proġetti inkluż manwal biex tkun solvuta r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet. Id-Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finanzjament tat-terroristi estendiet l-obbligi li jkun irrappurtati operazzjonijiet suspettużi għal negożji li mhumiex finanzjarji inklużi l-casinos u l-avukati.[40] B’riżultat tar-Regolamenti adottati fl-2005, il-vjaġġaturi li jidħlu jew li joħorġu mill-UE b’EUR10,000 jew aktar fi flus kontanti jkun jeħtieġilhom li jagħmlu stqarrija bil-miktub[41]. L-UE adottat leġiżlazzjoni għall-kriminalizzazzjoni tat-taħriġ u l-ingaġġ tat-terroristi, anke permezz tal-internet.[42] Ġew allokati Fondi għall-installazzjoni ta’ Sistema ta’ Allarm Bikri madwar l-UE kollha biex jiġu nnotifikati l-awtoritajiet b’theddid li joffru l-isplussivi nieqsa jew misruqa.

Ġew ipprovduti l-istrumenti li jtejbu l-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fl-UE – it-toroq, il-linji tal-ferroviji, in-netwerks tal-elettriku u l-power stations.[43] Il-Kummissjoni kkonsultat dwar it-tħejjija għall- theddid bijoloġiku (bio-preparedness) permezz ta’ 'Green Paper'[44] u dalwaqt ser tressaq pakkett ta’ proposti li għandhom l-għan li jnaqqsu r-riskju ta’ theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, li għandu l-potenzjal li jagħmel ħsara lil-persuni, li jeqred l-agrikoltura u li jagħmel ħsara kbira li kumpaniji li jfornu l-ikel.

III.2.2 Kooperazzjoni tal-pulizija

Il-ħidma tal-UE matul l-aħħar 5 snin kienet imsejsa fuq il-'prinċipju tad-disponibbiltà' fejn uffiċjal tal-infurzar tal-liġi minn Stat Membru wieħed matul il-perjodu tal-qadi ta’ dmirijietu jista’ jikseb l-informazzjoni, meta din tkun disponibbli, minn Stat Membru ieħor.

L-iskambju tal-informazzjoni u tal-intelliġenza kien issimplifikat.[45] L-inkorporazzjoni tat-Trattat ta’ Prüm fil-leġiżlazzjoni tal-UE[46] pprovdiet aċċess indirett lid-databases tal-Istati Membri dwar il-marki tas-swaba’ u l-informazzjoni dwar id-DNA, u l-aċċess dirett u kkontrollat għall-fajls tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Din aktarx li ttejjeb il-kooperazzjoni tal-pulizija fl-UE billi tgħinhom ikunu jafu x’informazzjoni tkun disponibbli. Ġew adottati l-kundizzjonijiet għall-aċċess għal skopijiet ta’ sigurtà għall-VIS,[47] filwaqt li l-kundizzjonijiet biex tinżamm id-dejta tat-traffiku tal-komunikazzjoni elettronika u tal-lokazzjoni[48] kienu trasposti minn bosta Stati membri f’rabta man-netwerks tat-telefown fiss u mat-telefonija ċellurali.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill li stabilixxiet l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) u li ħadet post il-konvenzjoni ta' qabel ser tagħti lil-entità aktar flessibiltà operattiva biex twieġeb b'mod aktar rapidu għal xejriet fil-kriminalità[49]. Flimkien mas-sistema tagħha ta' informazzjoni, ddiżinjata biex tiġbor id-dejta relatata ma' kriminalità transkonfinali serja u li tippermetti l-iskambju tagħha, il-Fajls tal-Ħidma Analitika tal-Europol huma għodod li jipprovdu s-servizzi ta’ infurzar tal-liġi fl-Istati Membri filwaqt li l-intelliġenza relevanti dwar il-femomenu tal-kriminalità speċifika, inkluż it-traffikar tal-bnedmin, it-terroriżmu, il-frodi tal-karti ta’ kreditu u t-traffikar tad-drogi sintetiċi.

III.2.3 Kriminalità organizzata

It-theddid lill-UE ġej mill-involviment ta’ ċorom ta’ kriminalità organizzata f’drogi, vetturi misruqin, serq u kriminalità b’teknoloġija għolja bħal ma hu s-serq tal-identità. Dawn kollha flimkien ma delitti finanzjarji – frodi, falsifikazzjoni tal-flus , ħasil ta’ flus – kollha jiġġeneraw profitti kbar u jagħmlu ħsara lill-ekonomija tal-UE. It-twaqqif ta’ uffiċċji nazzjonali tal-assi għal intraċċar tal-fondi aktar rapidu madwar l-UE[50] kien inkorraġġit u kien promoss approċċ xprunat minn tagħrif sigriet bil-għan li jittratta dawn it-theddidiet. Dwar il-ħasil tal-flus, ġie mwaqqaf l-FIU.NET. Dan in-netwerk deċentralizzat tal-kompjuter jgħaqqad l-Unitajiet tal-Intelliġenza Finanzjarja tal-UE biex jiskambjaw b’mod effiċjenti l-informazzjoni ta’ intelliġenza finanzjarja. Strument ġdid dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata[51] jippermetti aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri. F’Mejju 2007, il-Kummissjoni pproponiet sensiela ta’ miżuri għal biex tkun ikkoordinata aħjar il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika[52] kemm fost l-awtoritajiet li jinfurzaw il-liġi u kemm bejn dawn u s-settur privat. Il-kriminalità elettronika xi kultant hi sinonima mal-isfruttar tat-tfal. It-twaqqif ta’ Koalizzjoni Finanzjarja kontra l-Pornografija tat-Tfal tgħin lill-Kummissjoni, lil dawk li joħorġu l-karti tal-kreditu, lill-entitajiet li jinfurzaw il-liġi u l-kumpaniji li joffru s-servizz bl-internet biex jaħdmu flimkien biex jeliminaw il-pornografija kummerċjali tat-tfal billi titieħed azzjoni fuq is-sistemi tal-pagamenti li jiffinanzjaw dawn l-operazzjonijiet illegali. Fir-rebbiegħa tal-2009, il-Kummissjoni ressqet deċiżjoni qafas għal azzjonijiet ta’ tisħiħ biex ikun imxekkel u miġġielded l-isfruttar tal-bnedmin, flimkien ma’ proposta għal deċiżjoni qafas dwar it-traffikar tal-bnedmin li kien is-segwitu tal-pjan ta’ azzjoni tal-2005.[53]

III.2.4 Strateġija Ewropea dwar id-Drogi

L-Istrateġija tal-UE dwar id-Drogi (2005-2012)[54] u l-pjani ta’ azzjoni[55] stabbilixxew approċċ ibbilanċjat u integrat li jinvolvi l-prevenzjoni tal-abbuż mid-droga, l-assistenza u rijabilitazzjoni ta’ dawk li huma dipendenti mid-droga, il-ġlieda kontra t-traffikar illegali tad-droga, il-kontroll tal-prekursuri, il-ħasil tal-flus, u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni internazzjonali. L-evidenza miġbura miċ-Ċentru Ewropew ta’ Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-dipendenza mid-drogi turi li l-użu tal-eroina, il-kannabis u d-drogi sintetiċi ġew stabbilizzati, iżda li l-użu tal-kokaina qed jiżdied f’diversi Stati Membri. L-UE qed tindirizza dan il-fenomenu soċjali kumpless tat-tixrid tal-użu u tal-abbuż tas-sustanzi fil-popolazzjoni, u qed dejjem tiffoka aktar fuq miżuri biex tkun indirizzata l-ħsara kkawżata mid-droga lill-individwi u lis-soċjetà.

III.3. Tisħiħ tal-Ġustizzja

Taħt il-Programm tal-Aja, l-iżvilupp ta' 'żona Ewropea għall-ġustizzja bdiet' tħalli l-frott għall-Istati Membri u għaċ-ċittadini tal-UE. L-Eurojust u n-Netwerks Ġudizzjarji Ewropej jipprovdu l-infrastruttura għall-kooperazzjoni ġudizzjarja u għall-koordinazzjoni tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet madwar il-fruntieri. F’materji ċivili, regolamenti li huma applikabbli direttament jippermettu liċ-ċittadini u lin-negozji involuti f’tilwimiet legali transkonfinali biex ikunu jafu liema qrati għandhom il-ġurisdizzjoni, u liema regoli japplikaw għar-rikonoxximent tas-sentenza li tingħata fi Stat Membru ieħor.

III.3.1 Kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali

Il-Mandat Ewropew għall-Arrest b’mod sostanzjali jnaqqas il-ħin u l-isforz rikjest mill-kriminali li jagħtu ruħhom b’idejhom. Il-każi ttrattati taħt il-proċess l-antik ta’ estradizzjoni li ħafna drabi kien idum aktar minn sena, issa qed jieħdu bejn 11-il ġurnata u 6 ġimgħat. Fl-2007, kienu rrappurtati 2667 każ ta’ ċediment effettiv b’riżultat ta’ mandati servuti, u fl-2005 kien użat biex jiġi żgurat ir-ritorn rapidu mill-Italja għar-Renju Unit ta’ wieħed minn dawk li poġġew il-bombi f’Londra. L-Istati Membri strieħu dejjem aktar fuq l-Eurojust meta investigaw u mexxew il-prosekuzzjoni ta’ delitti serji. Fl-2007 aktar minn 1000 każ kien irreġistrat, meta mqabbel ma’ 192 fl-2002

III.3.2 Faċilitazzjoni tal-proċedura tal-liġi ċivili mtul il-fruntieri

Sar progress sinifikattiv fl-isfera ċivili u kummerċjali. Issa ċ-ċittadini tal-UE għandhom mezzi aktar sempliċi u aktar rapidi biex jiġu ttrattat t-talbiet żgħar[56]. L-UE ġabet regoli armonizzati dwar il-liġi applikabbli għal responsabbiltà u kuntratti ċivili[57]. Kienet imtejba l-kooperazzjoni ġudizzjarja permezz ta’ regoli riveduti dwar is-servizz tad-dokumenti[58]. Żviluppi sinifikattivi fl-aspetti esterni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja[59] kienu jinkludu l-adeżjoni tal-KE mal-Konferenza tal-Aja tal-Liġi Internazzjonali Privata[60] u l-ħidma preparatorja li ttieħdet mill-Kummissjoni dwar kif ikun imtejjeb ir-rinforz tas-sentenzi fl-UE[61]. Ċerti aspetti ta' medjazzjoni f'materji ċivili u kummerċjali kienu indirizzati bil-għan li jkunu promossi mezzi alternattivi biex ikunu riżolti t-tilwimiet[62]

Regolament ġdid li jikkonċerna kwistjonijiet matrimonjali u r-responsabbiltà parentali kien jaċċerta li t-tfal jistgħu jżommu l-kuntatt regolari maż-żewġ ġenituri wara separazzjoni, u pprovdiet regoli ċari biex timpedixxi s-sekwestru tat-tfal mal-UE kollha. Ladarba jiġi rratifikat regolament ulterjuri, dan ser jaċċelleraw l-irkupru tal-obbligazzjonijiet tal-manutenzjoni fl-UE[63]. Proposta leġiżlattiva dwar il-liġi applikabbli għad-divorzju (magħruf bħala 'Ruma III') qed jiġi diskuss fil-Kunsill u fil-Parlament

III.3.3 Rikonoxximent reċiproku

Ir-rikonoxximent reċipriku hu l-qofol tal-kooperazzjoni ġudizzjarja. L-UE għamlet progress sinifikattiv f’dan il-qasam kemm fuq livell leġiżlattiv u kemm operattiv. Permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġija u l-pjan ta’ azzjoni dwar l-e-Justice Ewropea[64], iċ-ċittadini tal-UE ser ikollhom l-aċċess għall-informazzjoni dwar is-servizzi fil-qasam tal-ġustizzja tal-UE u tal-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet ġudizzjarji ser jiġi ffaċilitat. Il-Forum tal-Ġustizzja, li hu pjattaforma għal djalogu regolari dwar il-politiki u l-prattika, għandhom isaħħu l-fiduċja reċiproka, li hu ingridjent essenzjali għal għarfien reċiproku.

Il-kooperazzjoni effettiva tibda b’taħriġ adegwat tal-poplu li qed jaħdem fuq quddiem nett. Il-Kummissjoni kienet ipprijoratizzat il-finanzjament ta’ studju ġudizzjarju, it-taħriġ u l-programmi ta’ skambju – dawn tal-aħħar fl-2007 waħidha kienet tinvolvi 400 imħallef u prosekutur.

III.4. Relazzjonijiet esterni

Politiki interni u esterni fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma marbuta b’mod intrinsiku. Fil-Programm tal-Aja, il-Kummissjoni u s-Segretarju Ġenerali/ Rappreżentant Għoli kellhom il-mandat li jirrappreżentaw lill-Kunsill, strateġija li tkopri l-aspetti kollha tal-politika tal-UE dwar il-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja. Din l-istrateġija[65] li kienet adottata fl-2005 mill-Kunsill, stabilixxiet prijoritajiet tematiċi, l-aktar id-drittijiet tal-bniedem, li tkun indirizzata l-governanza dgħajfa u l-falliment tal-istat, il-kooperazzjoni ġudizzjarja, strateġiji kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, il-korruzzjoni, id-drogi u l-ġestjoni ta’ flussi ta’ migrazzjoni, flimkien ma’ sensiela ta’ prinċipji bażiċi u mekkaniżmi li jagħtu r-riżultati. Ġew prodotti żewġ rapporti ta’ progress[66]. Dawn il-prijoritajiet kienu inklużi fl-Istrateġija Ewropea dwar is-Sigurtà tal-2003 li identifikat it-theddid prinċipali li qed tħabbat wiċċha magħha l-Ewropa. F’Diċembru 2008 kien ippubblikat rapport ta’ implimentazzjoni.[67]

III.5. Strumenti finanzjarji

Inħolqu diversi strumenti finanzjarji biex isostnu l-azzjoni fuq livell tal-UE u ta’ Stat Membru. Il-programm ta’ Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni[68] jappoġġja politika ta’ immigrazzjoni: Kważi EUR4 biljun kienu allokati għal kwistjonijiet ta' migrazzjoni għall-2007-2013. Il-programm ta’ Sigurtà u ta’ Salvagwardja tal-Libertajiet[69] (EUR745 miljun għall-2007-2013) jgħin lill-UE biex tissokta l-ġlieda tagħha kontra t-terroriżmu u l-kriminalità. Il-programm tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Ġustizzja[70] (EUR542 million b’kollox) jikkontribwixxi fondi għall-Pjan ta’ Azzjoni tal-e-Ġustizzja u tal-Programm Daphne (dwar il-vjolenza kontra t-tfal, iż-żgħażagħ u n-nisa).

Taħt is-7 Programm Qafas tal-Komunità għar-Riċerka u l-Iżviluppi Teknoloġiċi, sa EUR 1.5 biljun huma disponibbli biex jibnu l-kapaċità għall-protezzjoni taċ-ċittadini, għall-fruntieri u l-infrastruttura kontra t-terroriżmu u kontra theddid ieħor Hemm ukoll fondi disponibbli għar-riċerka soċjo-ekonomika fil-kriminalità u għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Il-Forum Ewropew għar-Riċerka tas-Sigurtà u l-Innovazzjoni (magħruf bħala ESRIF) kien imwaqqaf biex jgħaqqad flimkien l-imsieħba pubbliċi u privati biex tiġi żviluppata aġenda konġunta għar-riċerka tas-sigurtà ċivili u l-innovazzjoni fuq perjodu medju għal perjodu twil ta’ żmien[71]

Fil-qasam tal-għajnuna esterna, diversi strumenti finanzjarji jappoġġjaw id-dimensjoni esterna tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà: l-istrument għall-Pre-Adeżjoni, il-Viċinat Ewropew u l-Istrument ta’ Partenarjat, l-Istrument għall-Istabbiltà, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u l-Istrument ta’ Kooperazzjoni tal-Iżvilupp, li jinkludi l-Programm Tematiku dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil.

IV. PROGRESS IMĦALLAT F’ĊERTI OQSMA

Saru avvanzi konsiderevoli lejn it-twettiq ta’ bosta mill-ambizzjonijiet stabbiliti fil-Programm tal-Aja, u ġew adottati ħafna mill-miżuri speċifiċi li kienu pproġettati. Il-frott kollu ta’ bosta minn dawn il-miżuri ser jidhru fid-deħer f’terminu itwal ta’ żmien. Minkejja dan, il-progress f’ċerti oqsma jibqa’ mħallat jew limitat.

Dan il-progress mhux ugwali jista’ jiġi spjegat l-aktar permezz tal-isfida unika li kellu quddiemu l-qasam tal-ĠLS: Acquis relattivament ġdid, irwol mhux suffiċjenti tal-Parlament Ewropew f’ċerti oqsma ta’ politika, ġuriżdizzjoni limitata tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja u kompetenza limitata tal-Kummissjoni biex tressaq il-ksur, u r-rekwiżiti għall-unanimità biex jittieħdu d-deċiżjonijiet f’diversi oqsma. Għalhekk, l-ambizzjoni tal-miżuri ħafna drabi kienu mnaqqsa f’ċerti oqsma bħall-migrazzjoni legali.

Diversi elementi mill-Programm tal-Aja li għadhom ma twettqux jistgħu jiġu attribwiti b’mod ċar għall-falliment biex ikun irratifikat it-Trattat Kostituzzjonali. L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem ma kienx possibbli mingħajr il-bażi legali li t-trattat tal-Kostituzzjoni kien jipprovdi, u li t-Trattat ta’ Liżbona jipprovdi ladarba dan jidħol fis-seħħ.

Il-progress kien pjuttost kajman fejn jirrigwarda r-rikonoxximent reċiproku f’materji kriminali u fil-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jaqa’ taħt dik li jissejjaħ il-metodu tat-tielet pilastru (Titlu VI TUE) Dan ta’ spiss iwassal għal diskussjonijiet fit-tul u mingħajr konklużjoni jew fi proposti ambizzjużi li jitnaqqsu għal ftehim f'testi li jkollhom qbil komuni. Deċiżjoni qafas fuq dritttijiet proċedurali hu eżempju ta’ proposta maħsuba mill-programm tal-Aja li ma kienix adottata minkejja l-importanza li ngħatat minn dawk li jattwawhom madwar l-Ewropa.

Barra minn hekk, għall-istrumenti leġiżlattivi fit-tielet pilastru (Pożizzjonijiet Komuni, Deċiżjonijiet Qafas, Deċiżjonijiet u Konvenzjonijiet), in-nuqqas ta’ rikors għall-proċeduri formali ta’ ksur biex jiżguraw transpożizzjoni kif suppost, u xi drabi dewmien sinifikattiv fit-transpożizzjoni tal-istrumenti tal-UE fuq livell nazzjonali sa ċertu punt irriżultaw f’qafas leġiżlattiv 'virtwali' bi ftit li xejn ikun ta' benefiċċju għaċ-ċittadin tal-UE.

V. TAGĦLIMIET, TEMI U AZZJONI FUTURA

L-UE jeħtieġilha li titgħallem mill-azzjonijiet tal-imgħoddi, billi tagħmel l-aqwa użu mill-istrateġiji u billi tikkoreġi dak li seta’ sar aħjar. It-temi segwenti għandhom jiggwidaw il-ħidma futura tagħna għall-politiki ta’ ġustizzja, libertà u sigurtà.

V.1. Ħsibijiet u azzjonijiet konġunti

Il-kwistjonijiet il-kbar li qed tiffaċċja l-Ewropa, kemm jekk huma kriżijiet f’perjodu qasir ta’ żmien u kemm jekk huma xejriet li jieħdu fit-tul, jitolbu li jkun hemm ippjanar u azzjoni konġunta. Il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma kollha ta’ rilevanza għall-aspetti kollha individwali tal-Programm tal-Aja. Il-konsistenza fid-diversi oqsma ta’ politika hi essenzjali, mhux biss fl-isfera tadizzjonali tal-attività ta' ġustizzja u affarijiet interni, iżda wkoll fil-firxa sħiħa tal-politiki Komunitarji.

Fil-migrazzjoni u l-ażil, politiki immirati biex jeliminaw u biex jittrattaw l-immigrazzjoni illegali u l-abbużi mis-sistema dwar l-ażil ma għandhomx ifixxlu l-aċċess għall-protezzjoni li għalihom huma intitolati dawk il-persuni li jkunu qed ifittxu l-ażil. Il-provi tad-drittijiet fundamentali tal-politiki tal-UE għandhom jitkomplew u għandhom jiġu estiżi għad-deċiżjonijiet kollha tat-tfassil ta’ politika u tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri tal- acquis leġiżlattiv tal-UE. Il-ġestjoni tal-fruntieri hija vitali għas-sigurtà tal-UE, bħala ma hi l-kooperazzjoni mal-pulizija f’rabta mal-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Għandhom jiġu identifikati prijoritajiet trasversali f’dawn l-oqsma.

Il-protezzjoni tad-dejta personali fil-qafas tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija fi kwistjonijiet kriminali kienet ir-riżultat ta’ strateġija adottata ta’ każ b’każ. Ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta kienu stipulati f’varjetà ta’ testi leġiżlattivi, fil-pilastri kollha, u l-ambitu u n-natura tagħhom tiddependi fuq l-għanijiet tat-testi leġiżlattivi individwali. Deċiżjoni Qafas adottata riċentement[72] ma ssolvix għal kollox din in-nuqqas ta’ armonizzazzjoni. Għalhekk jixraq li tingħata attenzjoni partikolari fis-snin li ġejjein biex tinkiseb il-konsistenza f’dan il-qasam.

Strateġiji oħra trasversali jistgħu jtejbu l-effikaċja tal-politiki tagħna, bħal ma huma d-drittijiet tat-tfal u l-ġlieda kontra l-ksenofobija u r-razziżmu, li sfortunatament bosta drabi jgħollu rashom fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika.

L-istrateġija globali għal migrazzjoni tikkonsisti f’diversi strumenti li jistgħu jiġu integrati taħt qafas komprensiv u bbilanċjat għal djalogu u kooperazzjoni. Jeħtieġ li sfidi ġodda jiġu ttrattati b’mod sistematiku. Bidliet politiċi, ekonomiċi, ambjentali u demografiċi fuq medda twila ta’ żmien jaffettwaw ir-relazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi terzi, b’impatt sinifikattiv fuq il-migrazzjoni u l-mobbilità. Politika ta’ migrazzjoni għandha tkun integrata aktar fl-istrateġija tal-relazzjonijiet esterni tal-UE, li potenzjalment tkun megħjuna mit-twaqqif ta’ Servizz ta’ Azzjoni Esterna.

Jeħtieġ li nisfruttaw b’mod sħiħ l-opprtunitajiet li qed jippreżentawna t-teknoloġiji ġodda. Is-soċjetà tal-informatika ħolqot ukoll il-bżonn ta’ livell għoli ta’ netwerk u sigurtà ta’ informazzjoni mal-Ewropa kollha. Il-ġlieda kontra l-kriminalità elettronika u t-terroriżmu elettroniku jirrikjedu lill-partijiet interessati li jkunu involuti mill-qrib fi sforzi biex itejbu l-livell ta’ preparazzjoni, is-sigurtà u l-qawwa tal-infrastrutturi u s-servizzi tal-ICT. Dawn l-isfidi fit-tul jeżiġu konsiderazzjoni bir-reqqa fuq livell Ewropew.[73]

Ir-riċerka tas-sigurtà u l-aġenda tal-innovazzjoni iridu jitressqu f'partenarjat mas-setturi pubbliċi u privati u bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-organizzazzjonijiet tal-konsumatur aħħari.

V.2. Attenzjoni ulterjuri għall-implimentazzjoni u r-rinforz

Hu ta’ tħassib li s-suċċess biex ikunu adottati miżuri fil-Programm tal-Aja u l-Pjan ta’ Azzjoni jikkontrastaw mar-rekord imħallat fl-implimentazzjoni nazzjonali. Issa li beda jitħaddem qafas legali, l-iffokar fuq l-azzjoni futura għandu jkun wieħed ta’ konsolidazzjoni u infurzar. Il-Kummissjoni tista’ tassisti f’dan billi tikkonsolida l- acquis eżistenti, tiffaċilita l-koordinazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prassi bejn l-Istati Membri bħal pereżempju permezz ta’ seminars ta’ implimetazzjoni, u billi tipprovdi sostenn finanzjarju u tinkorraġġixxi t-taħriġ. Għandu jkun previst użu akbar ta’ proċedimenti ta’ ksur. Il-Kummissjoni ppromwoviet id-dritt taċ-ċittadin tal-UE biex tivvjaġġa u jmur joqgħod b’mod liberu fit-territorju tal-UE, iżda jeħtieġ li jsir ħafna xogħol biex jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE huma konxji minn dawn id-drittijiet u jistgħu jkollhom fiduċja li dawn id-drittijiet jiġu rrispettati. L-aġenziji u n-netwerks eżistenti jeħtieġ li jkunu konxji mill-potenzjal sħiħ tagħhom, jikkooperaw ma’ xulxin u jisfruttaw is-sinerġiji potenzjali.

V.3. Titjib fl-użu ta' valutazzjoni

Iċ-ċittadini qed jistennew ir-riżultati mill-politiki tal-UE. Bosta strumenti ġew adottati u ħafna aġenziji ġew imwaqqfa taħt il-Programm tal-Aja. F’ħafna każi għadu kmieni wisq biex tkun ivvalutata l-effikaċja f’termini ta’ riżultati konkreti. Il-miżuri li ttieħdu fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, fil-kooperazzjoni tal-pulizija u tad-dwana u fil-ġustizzja kriminali jibqgħu diffiċli biex ikunu evalwati peress li ta’ spiss ma jkun hemm l-ebda obbligu formali għall-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni.

Hu meħtieġ aktar monitoraġġ b’saħħtu u sistematiku u sistemi ta’ evalwazzjoni għal kull politika biex tkun ipprovduta evidenza li tista’ titqabbel dwar l-impatt ta’ x’tagħmel l-UE. Ir-riżultati tal-evalwazzjoni ser tinforma għal tfassil aħjar ta’ politika u jgħinu biex ikun spjegat liċ-ċittadini tal-UE dwar il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE.

Evalwazzjoni aħjar tiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ dejta aġġornata, għan, affidabilità u komparabbli. Pereżempju, fil-migrazzjoni issa hemm regoli komuni għal statistiċi tal-Komunità[74] u Netwerk Ewropew stabbilit ta’ Migrazzjoni. Bl-istess mod, flimkien mal-Istati Membri, il-Kummissjoni żviluppat parametri għall-ġbir, l-analiżi u tqabbil tad-dejta u x-xejriet fit-traffikar tal-bnedmin u fil-ħasil tal-flus. Madanakollu, f’ħafna oqsma bħal ma hi d-dejta dwar il-ġustizzja saret disponibbli. Anke meta jkunu qed jitħaddmu sistemi ta’ ġbir tad-dejta jew li jkunu qed jiġu ffurmati, inklużi dawk għall-kriminalità u b’mod speċjali għad-drogi, għandha jiġu kkunsidrati dispożizzjonijiet li jorbtu Il-finanzjament taħt il-Programm ta’ Qafas għar-Riċerka u l-Iżvilupp Teknoloġiku u għal programmi oħra rilevanti titkompla l-għajnuna biex jiġi żviluppat l-għarfien f’dan il-qasam ta’ politika.

Il-kredibbiltà tal-programm multiannwali li jmiss ser tkun tiddependi fuq safejn l-UE tkun tista’ tirrapporta b’mod li jagħmel sens dwar l-effikaċja tagħha.

V.4. Il-politiki interni tagħna jiġu kkumplimentati mill-azzjoni esterna.

L-Istati Membri, il-Kunsill u l-Kummissjoni jeħtieġ li jaħdmu flimkien biex isaħħu l-partenarjati ma' pajjiżi terzi. Il-kontinwità u l-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni Ewropej tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà huma essenzjali biex jipproduċu riżultati u biex jintlaħqu l-isfidi li ġabet magħha l-globalizzazzjoni. L-UE teħtieġ li tantiċipa l-isfidi minflok tistenna li dawn jaslu mal-fruntieri tagħhna, u għandha tippromwovi standards, bħal ma huma dawk għall-protezzjoni tad-dejta, li jistgħu jitqiesu internazzjonalment bħala eżempji li wieħed għandu jsegwihom. Id-dimensjoni esterna tal-politiki tal-ĠLS teħtieġ li tiġi integrata b'mod sħiħ u tkun koerenti mal-azzjoni u l-politiki esterni bħal ma hi l-kooperazzjoni għall-iżvilupp.

Dejjem qed jiżdied l-approċċ ta’ pajjiżi terzi mal-UE għall-kooperazzjoni abbażi ta’ ftehimiet speċifiċi. Dan l-approċċ jista’ jirrikjedi l-prijoritizzazzjoni. Għandu tingħata kunsiderazzjoni biex ikunu identifikati l-kriterji biex jiġi deċiżi x’rispons jingħata għal dan l-approċċ u jekk ikunux inklużi fil-qafas ġenerali ta’ ftehim komprensiv. L-inizzjattivi fil-kooperazzjoni għandhom jirrispondu għaċ-ċirkostanzi partikolari tal-pajjiżi li qed jippreparaw li jissieħbu mal-UE. Il-prijoritajiet tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni għandhom jinfurmaw aħjar u jiggwidaw il-prijoritizzazzjoni tal-ħidma tal-aġenziji bħal ma huma l-Europol, l-Eurojust u l-Frontex. L-għarfien operattiv tal-aġenziji, b’mod partikolari meta jkunu kkonkludew ftehimiet jew ftehimiet ta’ ħidma ma’ pajjiż terzi, flimkien mar-rapporti annwali, jistgħu jkunu kontribut imprezzabbli fit-teħid tad-deċiżjonijiet fuq livell tal-UE.

VI. SFIDI FIT-TUL LI JEHTIEGU AZZJONI FIT-TUL

Fil-ħarifa tal-2008 il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni pubblika dwar x'għandhom ikunu l-prijoritajiet tal-futur tal-Ewropa fil-qasam tal-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà[75]. Bosta tweġibiet kienu rċevuti minn ċittadini individwali, mis-soċjetà ċivili u l-Istati Membri Dan kien is-segwitu ta’ konsiderazzjonijiet imprezzabbli u profondi tal 'Gruppi tal-Futur' iffurmati minn ministri minn għadd ta’ Stati Membri.[76]

Il-konklużjonijiet huma ċari.

Iċ-ċittadini tal-UE jridu jgħixu f’post fejn id-drittijiet tagħom huma rrispettati u li s-sikurezza tagħom hi protetta. Irirdu jkunu liberi li jivvjaġġaw, u li jagħzlu li joqogħdu temporanjament jew permanentement f’pajjiż ieħor Ewropew, kemm jekk hu għal istudju, għal xogħol jew biex jiffurmaw familja. Maġġoranza kbira taċ-ċittadini tal-UE jixtiequ jaraw li l-UE jkollha rwol akbar f’oqsma bħal ma huma l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar, azzjoni kontra t-terroriżmu, l-iskambju tal-informazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija bejn l-Istati Membri, il-ġlieda kontra l-abbuż mid-droga, il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, il-kontroll tal-fruntieri esterni, u politika ta’ ażil u ta’ migrazzjoni.

L-età tal-popolazzjoni tal-persuni li jaħdmu tal-UE hi proġettata li tinżel bi 15%, jew kważi 50 miljun sal-2060 meta tkun imqabbla maċ-ċifri tal-2008. Fl-2007, 18.8 miljun ċittadin minn pajjiżi terzi kienu residenti fl-UE-27, 3.8% tat-total tal-popolazzjoni.[77] Din ix-xejra hi mistennija li tkompli mal-pressjonijiet ta’ migrazzjoni li aktarx jiżdiedu fil-futur prevedibbli. Ma jistax ikun li nħarsu lura u l-immigrazzjoni tkun ittrattata b'mod iżolat.

L-UE tista’ ġustament tkun kburija b’dak li kisbet sal-lum. Minkejja l-perjodu ta’ żmien relattivament qasir li fih ġie żviluppat, is-saħħa tal-programm tal-Aja qiegħed fil-prespettiva ta’ perjodu itwal ta’ żmien. L-isfida għas-snin li ġejjin hi li tinżamm din ir-rankatura u li l-UE tkun tista’ tkompli tibni fuq dawn is-suċċessi billi titgħallem mill-esperjenzi. L-Ewropa trid issib rispons magħqud fl-interessi taċ-ċittadin għal dawn l-isfidi fit-tul. [pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic]

[1] The Hague Programme: strengthening freedom, security and justice in the European Union (OJ C 53, 3.3.2005, p. 1), and the Council and Commission action plan implementing the Hague Programme on strengthening freedom, security and justice in the European Union (OJ C 198, 12.8.2005, p. 1).

[2] A Commission review of the progress made in the implementation of the Hague Programme by the European Institution and by Member States ("Scoreboard") has been presented every year since 2006. The references are as follows: COM(2006) 333 final; COM(2007) 373 final; COM(2008) 373 final.

[3] COM(2009) 262

[4] 'Compliance with the Charter of Fundamental Rights in Commission legislative proposals - Methodology for systematic and rigorous monitoring', COM(2005) 172 final.

[5] Council Regulation (EC) No 168/2007 of 15 February 2007 establishing a European Union Agency for Fundamental Rights, OJ L 53, 22.2.2007, p. 1.

[6] 'Towards an EU strategy on the rights of the child ', COM(2006) 367 final

[7] Council Framework Decision 2008/913/JHA of 28 November 2008 on combating certain forms and expressions of racism and xenophobia by means of criminal law, OJ L 328, 6.12.2008, p. 55.

[8] Council Framework Decision 2008/977/JHA of 27 November 2008 on the protection of personal data processed in the framework of police and judicial cooperation in criminal matters, OJ L 350, 30.12.2008, p. 60.

[9] Directive 95/46/EC of the European Parliament and of the Council of 24 October 1995 on the protection of individuals with regard to the processing of personal data and on the free movement of such data, OJ L 281, 23.11.1995, p. 31.

[10] 'Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on the follow-up of the Work Programme for better implementation of the Data Protection Directive', COM(2007) 87 final.

[11] 'Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on Promoting Data Protection by Privacy Enhancing Technologies (PETs)', COM(2007) 228 final.

[12] The total population of the 25 Schengen Member States is 411,310,500 (Estimation: Eurostat 2009).

[13] Directive 2004/38/EC of the European Parliament and of the Council of 29 April 2004 on the right of citizens of the Union and their family members to move and reside freely within the territory of the Member States amending Regulation (EEC) No 1612/68 and repealing Directives 64/221/EEC, 68/360/EEC, 72/194/EEC, 73/148/EEC, 75/34/EEC, 75/35/EEC, 90/364/EEC, 90/365/EEC and 93/96/EEC, OJ L 158, 30.4.2004, p. 77.

[14] 'Report from the Commission to the European Parliament and the Council on the application of Directive 2004/38/EC on the right of citizens of the Union and their family members to move and reside freely within the territory of the Member States', COM(2008) 840 final.

[15] Green Paper 'Diplomatic and consular protection of Union citizens in third countries', COM(2006) 712 final.

[16] 'Communication from the Commission to the European Parliament, the Council, the European Economic and Social Committee and the Committee of the Regions - Effective consular protection in third countries: the contribution of the European Union - Action Plan 2007-2009, COM(2007) 767 final.

[17] Green Paper on the future of the Common European Asylum System, COM(2007) 301 final.

[18] 'Policy plan on asylum - An integrated approach to protection across the EU', COM(2008) 360 final.

[19] Green Paper on an EU approach to managing economic migration, COM (2004) 811 final

[20] .Policy Plan on Legal Migration', COM(2005) 669 final.

[21] Proposal for a Council Directive on a single application procedure for a single permit for third-country nationals to reside and work in the territory of a Member State and on a common set of rights for third-country workers legally residing in a Member State, COM(2007) 638 final.

[22] The proposal for a Council Directive on the conditions of entry and residence of third-country nationals for the purposes of highly qualified employment, COM(2007) 637 final, has been adopted by the Council on 25.5.2009.

[23] 'Third annual report on the development of a common policy on illegal immigration, smuggling and trafficking of human beings, external borders, and the return of illegal residents', SEC(2009) 320.

[24] Proposal for a directive of the European Parliament and of the Council providing for sanctions against employers of illegally staying third-country nationals, COM(2007) 249 final

[25] 'Common Basic Principles', Council document 14615/04, p. 15; 'A Common Agenda for Integration: Framework for the Integration of Third-Country Nationals in the European Union', COM(2005) 389 final.

[26] Council Decision 2007/435/EC of 25 June 2007 establishing the European Fund for the Integration of third-country nationals for the period 2007 to 2013 as part of the General programme Solidarity and Management of Migration Flows, OJ L 168, 28.6.2007, p. 18.

[27] 'A common immigration policy for Europe: Principles, actions and tools', COM(2008) 359 final.

[28] 'European Pact on Immigration and Asylum', Council document 13440/08.

[29] Regulation (EC) No 562/2006 of the European Parliament and of the Council of 15 March 2006 establishing a Community Code on the rules governing the movement of persons across borders (Schengen Borders Code), OJ L 105, 13.4.2006, p. 1.

[30] 'Preparing the next steps in border management in the European Union', COM(2008) 69 final.

[31] 'Examining the creation of a European border surveillance system (EUROSUR)', COM(2008) 68 final.

[32] 'Report on the evaluation and future development of the FRONTEX Agency', COM(2008) 67 final.

[33] Directive 2008/115/EC of the European Parliament and of the Council of 16 December 2008 on common standards and procedures in Member States for returning illegally staying third-country nationals, OJ L 348, 24.12.2008, p. 98

[34] Regulation (EC) No 767/2008 of the European Parliament and of the Council of 9 July 2008 concerning the Visa Information System (VIS) and the exchange of data between Member States on short-stay visas (VIS Regulation), OJ L 218, 13.8.2008, p. 60; and Council Decision 2008/633/JHA of 23 June 2008 concerning access for consultation of the Visa Information System (VIS) by designated authorities of Member States and by Europol for the purposes of the prevention, detection and investigation of terrorist offences and of other serious criminal offences, OJ L 218, 13.8.2008, p. 129.

[35] Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending the Common Consular Instructions on visas for diplomatic missions and consular posts in relation to the introduction of biometrics including provisions on the organisation of the reception and processing of visa applications, COM(2006) 269 final.

[36] Draft proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council establishing a Community Code on Visas, COM(2006) 403 final.

[37] Four "reciprocity reports" have been published: COM(2006) 3 final; COM(2006) 568 final; COM(2007) 533 final; COM(2008) 486 final/2.

[38] Proposal for a Regulation of the European Parliament and of the Council amending the Common Consular Instructions on visas for diplomatic missions and consular posts in relation to the introduction of biometrics including provisions on the organisation of the reception and processing of visa applications, COM(2006) 269 final.

[39] Europol, ' EU Terrorism Situation and Trend Report 2007' , available at: http://www.europol.europa.eu/publications/TESAT/TESAT2007.pdf

[40] Directive 2005/60/EC of the European Parliament and of the Council of 26 October 2005 on the prevention of the use of the financial system for the purpose of money laundering and terrorist financing, OJ L 309, 25.11.2005, p. 15.

[41] Regulation (EC) No 1889/2005 of the European Parliament and of the Council of 26 October 2005 on controls of cash entering or leaving the Community, OJ L 309, 25.11.2005, p. 9.

[42] Council Framework Decision 2008/919/JHA of 28 November 2008 amending Framework Decision 2002/475/JHA on combating terrorism, OJ L 330, 9.12.2008, p. 21.

[43] Communication from the Commission on a European Programme for Critical Infrastructure Protection, COM(786) final, and Council Directive 2008/114/EC of 8 December 2008 on the identification and designation of European critical infrastructures and the assessment of the need to improve their protection, OJ L 345, 23.12.2008, p. 75.

[44] Green Paper on bio-preparedness, COM(2007) 399 final.

[45] Council Framework Decision 2006/960/JHA of 18 December 2006 on simplifying the exchange of information and intelligence between law enforcement authorities of the Member States of the European Union, OJ L 386, 29.12.2006, p. 89.

[46] Council Decision 2008/615/JHA of 23 June 2008 on the stepping up of cross-border cooperation, particularly in combating terrorism and cross-border crime, OJ L 210, 6.8.2008, p. 1 and Council Decision 2008/616/JHA of 23 June 2008 on the implementation of Decision 2008/615/JHA on the stepping up of cross-border cooperation, particularly in combating terrorism and cross-border crime, OJ L 210, 6.8.2008, p. 12.

[47] Council Decision 2008/633/JHA of 23 June 2008 concerning access for consultation of the Visa Information System (VIS) by designated authorities of Member States and by Europol for the purposes of the prevention, detection and investigation of terrorist offences and of other serious criminal offences, OJ L 218, 13.8.2008, p. 129

[48] Directive 2006/24/EC of the European Parliament and of the Council of 15 March 2006 on the retention of data generated or processed in connection with the provision of publicly available electronic communications services or of public communications networks and amending Directive 2002/58/EC, OJ L 105, 13.4.2006, p. 54.

[49] Council Decision 2009/371/JHA of 6 April 2009 establishing the European Police Office (Europol), OJ L 121, 15.5.2009, p. 37

[50] Council Decision 2007/845/JHA of 6 December 2007 concerning cooperation between Asset Recovery Offices of the Member States in the field of tracing and identification of proceeds from, or other property related to, crime, OJ L 332, 18.12.2007, p. 103.

[51] Council Framework Decision 2008/841/JHA of 24 October 2008 on the fight against organised crime, OJ L 300, 11.11.2008, p. 42.

[52] .'Towards a general policy on the fight against cyber crime', COM(2007) 267 final

[53] Proposal for a Council Framework Decision on combating the sexual abuse, sexual exploitation of children and child pornography, repealing Framework Decision 2004/68/JHA, COM(2009) 315 final; proposal for a Council Framework Decision on preventing and combating trafficking in human beings, and protecting victims, repealing Framework Decision 2002/629/JHA, COM(2009) 316 final.

[54] EU Drugs Strategy (2005-2012) endorsed by the Council in 2004, Council Document 15074/04.

[55] On the basis of the Communication on a EU Drugs Action Plan (2005-2008), COM(2005) 45 final, the Council endorsed the 'EU drugs action plan (2005-2008)' in 2005, OJ C 168, 8.7.2005, p. 1. On the basis of the Communication on a EU Drugs Action Plan for 2009-2012, COM(2008) 567 final, the Council endorsed the 'EU Drugs Action Plan for 2009-2012', OJ C 326, 20.12.2008, p. 7 . .

[56] Regulation (EC) No 861/2007 of the European Parliament and of the Council of 11 July 2007 establishing a European Small Claims Procedure, OJ L 199, 31.7.2007, p. 1; Regulation (EC) No 1896/2006 of the European Parliament and of the Council of 12 December 2006 creating a European order for payment procedure, OJ L 399, 30.12.2006, p. 1.

[57] Regulation (EC) No 593/2008 of the European Parliament and of the Council of 17 June 2008 on the law applicable to contractual obligations (Rome I), OJ L 177, 4.7.2008, p. 6.

[58] Regulation (EC) No 1393/2007 of the European Parliament and of the Council of 13 November 2007 on the service in the Member States of judicial and extrajudicial documents in civil or commercial matters (service of documents), and repealing Council Regulation (EC) No 1348/2000, OJ L 324, 10.12.2007, p. 79.

[59] Council Decisions 2006/325-326/EC concerning the conclusion of the Agreement between the European Community and Denmark, OJ L 120, 5.5.2006, p. 22 and p. 23; Council Decision 2007/712/EC of 15 October 2007 on the signing, on behalf of the Community, of the Convention on jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in civil and commercial matters (the 'Lugano Convention'), OJ L 339, 21.12.2007, p. 1; and Council Decision 2008/431/EC of 5 June 2008 authorising certain Member States to ratify, or accede to, in the interest of the European Community, the 1996 Hague Convention on Jurisdiction, Applicable Law, Recognition, Enforcement and Cooperation in respect of Parental Responsibility and Measures for the Protection of Children and authorising certain Member States to make a declaration on the application of the relevant internal rules of Community law - Convention on Jurisdiction, Applicable Law, Recognition, Enforcement and Cooperation in respect of Parental Responsibility and Measures for the Protection of Children, OJ L 151, 11.6.2008, p. 36.

[60] Council Decision 2006/719/EC of 5 October 2006 on the accession of the Community to the Hague Conference on Private International Law, OJ L 297, 26.10.2006, p. 1

[61] 'Report from the Commission to the Council, the European Parliament and the European Economic and Social Committee on the application of Council Decision 2001/470/EC establishing a European Judicial Network in civil and commercial matters', COM(2006) 203 final; Green Paper 'Effective enforcement of judgments in the European Union: the transparency of debtors’ assets ', COM (2008) 128 final; and Green Paper on improving the efficiency of the enforcement of judgments in the European Union: the attachment of bank accounts, COM(2006)618 final

[62] Directive 2008/52/EC of the European Parliament and of the Council of 21 May 2008 on certain aspects of mediation in civil and commercial matters, OJ L 136, 24.5.2008, p. 3.

[63] Council Regulation (EC) No 2201/2003 of 27 November 2003 concerning jurisdiction and the recognition and enforcement of judgments in matrimonial matters and the matters of parental responsibility, repealing Regulation (EC) No 1347/2000, OJ L 338, 23.12.2003, p. 1; Council Regulation (EC) No 4/2009 of 18 December 2008 on jurisdiction, applicable law, recognition and enforcement of decisions and cooperation in matters relating to maintenance obligations, OJ L 7, 10.1.2009, p. 1.

[64] 'Towards a European e Justice Strategy", COM(2008) 329 final

[65] 'Strategy for the external dimension of JHA: Global freedom, security and justice', Council document 15446/05.

[66] 'Progress report on the implementation of the Strategy for the External Dimension of JHA: Global Freedom, Security and Justice', SEC(2006) 1498; 'Second progress report on the implementation of the Strategy for the External Dimension of JHA: Global Freedom, Security and Justice', SEC(2008) 1971.

[67] 'Report on the Implementation of the European Security Strategy – Providing Security in a Changing World', Council document 17104/08.

[68] Four Funds exist under this programme: three Funds adopted under co-decision procedure (European Return Fund, European Refugee Fund and External Borders Fund) and one Fund under consultation procedure (Fund for the Integration of third-country nationals).

[69] Two specific programmes exist under this framework programme: "Prevention of and fight against Crime" (third pillar legal basis) and "Prevention, preparedness and Consequence Management of Terrorism and other Security related risks" (based on Article 308 of the TEC) .

[70] This framework programme has five specific programmes: Civil Justice, Daphne III and Drugs programmes (under co-decision), Fundamental Rights and Citizenship (based in Article 308 TEC) and Criminal Justice (third pillar legal basis).

[71] 'Communication from the Commission to the European Parliament and the Council on Public-Private Dialogue in Security Research and Innovation', COM(2007) 511 final.

[72] Council Framework Decision 2008/977/JHA of 27 November 2008 on the protection of personal data processed in the framework of police and judicial cooperation in criminal matters, OJ L 350, 30.12.2008, p. 60.

[73] ‘Protecting Europe from large scale cyber attacks and disruptions; enhancing preparedness, security and resilience’, COM(2009) 149 final.

[74] Regulation (EC) No. 862/2007 of the European Parliament and of the Council of 11 July 2007 on Community statistics on migration and international protection and repealing Council Regulation (EEC) Nro 311/76 on the compilation of statistics on foreign workers, OJ L 199, 31.7.2007, p.23

[75] Flash Eurobarometer 252, ‘Awareness of key-policies in the area of Freedom, Security and Justice'; the contributions to and the results of the public consultation are available at:http://ec.europa.eu/justice_home/news/consulting_public/news_consulting_001_en

[76] ‘Freedon, Security, Pricavy’ – European Home Affairs in an open world: Report of the Informal High Level Advisory Group on the Future of European Home Affairs Policy', June 2008; "Proposed Solutions for the Future EU Justice Programm High-Level Advisory Group on the Future of European Justice Polic’', June 2008.

[77] Eurostat, EUROPOP 2008 Convergence Scenario; Eurostat, Migration Statistics