52009DC0174




[pic] | IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussell, 21.4.2009

KUMM(2009) 174 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali

1. Introduzzjoni

1.1. Sfond

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali ("Brussels I")[1], minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament", huwa l-oriġini tal-kooperazzjoni ġudizzjarja Ewropea f'materji ċivili u kummerċjali. Huwa jistabbilixxi regoli uniformi biex tinstab soluzzjoni għal kunflitti ta' ġurisdizzjoni u għall-iffaċilitar tal-moviment ħieles ta' sentenzi, ftehimiet sanzjonati mill-qrati (twettiq tal-qrati) u strumenti awtentiċi fl-Unjoni Ewropea. Huwa ssostitwixxa l-Konvenzjoni ta' Brussell tal-1968 dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali, kif emendata minn diversi konvenzjonijiet dwar l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda ma' dik il-Konvenzjoni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-Konvenzjoni ta' Brussell")[2].

Il-Komunità Ewropea u d-Danimarka kkonkludew ftehim dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f' materji ċivili u kummerċjali li jiżgura l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament fid-Danimarka mill-1 ta' Lulju 2007[3]. Il-Konvenzjoni ta' Lugano tal-1988 li tirregola l-istess materja torbot lill-Istati Membri inkluża d-Danimarka, fuq in-naħa l-waħda u l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera fuq in-naħa l-oħra[4]. Fil-ġejjieni qrib, din il-konvenzjoni li ssemmiet l-aħħar ser tkun issostitwita minn konvenzjoni konkluża mill-Komunità, mid-Danimarka u mill-Istati li ssemmew hawn fuq[5].

1.2. Dan ir-Rapport

Dan ir-rapport tħejja skont l-Artikolu 73 tar-Regolament, abbażi ta' studju ġenerali kkummissjonat mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni prattika tar-Regolament[6]. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet studju mmirat għall-analiżi tar-regoli ta' ġurisdizzjoni nazzjonali eżistenti li japplikaw f'każijiet fejn il-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stati Membru ("ġurisdizzjoni sussidjarja")[7]. Il-Kummissjoni talbet għal studju[8] ieħor biex tevalwa l-impatt ta' ratifika possibbli, min-naħa tal-Komunità, tal-Konvenzjoni tal-Aja dwar ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti[9]. Ir-rapport ikkunsidra wkoll studju dwar l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fl-Unjoni Ewropea, li l-Kummissjoni kienet ikkumissjonat fl-2004[10]. Fl-aħħar nett, matul l-2005, in-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'Materji Ċivili u Kummerċjali pprovda informazzjoni dwar l-applikazzjoni prattika tar-Regolament abbażi ta' kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Dan ir-rapport għadnu l-għan li jippreżenta valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Anċillari miegħu hemm Green Paper li tagħti xi suġġerimenti dwar kif jista' jsir progress fir-rigward tal-punti li tqajmu f'dan ir-rapport. Iż-żewġ dokumenti jservu bħala bażi għal konsultazzjoni pubblika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament.

2. L-APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT INġENERALI

2.1. Dejta statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament

Fil-parti l-kbira tal-Istati, ma jsir l-ebda ġbir sistematiku ta' dejta statistika dwar l-applikazzjoni tar-Regolament. Madanakollu, kien possibbli li tinġabar xi dejta minn bażijiet ta' dejta ċnetrali tal-Ministeri tal-Ġustizzja f'ċerti Stati Membri, kuntatti diretti mal-qrati fl-Istati Membri, intervisti ma' partijiet interessati oħra, bażijiet ta' dejta kummerċjali u akkademiċi, u pubblikazzjonijiet ta' kitbiet legali.

Għandha ssir distinzjoni bejn ir-regoli ta' ġurisdizzjoni fuq in-naħa l-waħda u r-regoli ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi fuq in-naħa l-oħra. B'mod ġenerali, ir-Regolament ikun applikat l-aktar f'ċentri ekonomiċi u reġjuni fuq fruntieri. Ir-regoli ta' ġurisdizzjoni japplikaw f'għadd relattivament żgħir ta' każi, li jvarjaw bejn anqas minn 1% tal-kawżi ċivili kollha għal 16% f'reġjuni fuq il-fruntieri[11]. Ir-regoli dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni huwa fost l-aktar li kienu applikati iżda ma setgħetx tinkiseb dejta komprensiva dwar l-għadd ta' dikjarazzjonijiet ta' kapaċità ta' eżekuzzjoni mogħtija mill-qrati. L-ammonti jvarjaw bejn dawk li huma baxxi ħafna (pereżempju 10 dikjarazzjonijiet fl-2005 fil-Portugall) għal ammonti ogħla (pereżempju 420 dikjarazzjoni fl-2004 fil-Lussemburgu), u għal darba oħra kien hemm għadd kbir li seħħew f'reġjuni fuq il-fruntiera (pereżempju 301 dikjarazzjoni fil-qrati ta' Landgericht Traunstein fil-Ġermanja, li jinsab qrib il-fruntiera tal-Awstrija.)

2.2. Evalwazzjoni ġenerali tar-Regolament

B'mod ġenerali, ir-Regolament jitqies bħala strument b'livell għoli ta' suċċess, li ffaċilita l-litigazzjoni transkonfinali permezz ta' sistema effiċjenti ta' kooperazzjoni ġudizzjarja msejsa fuq regoli komprensivi dwar il-ġurisdizzjoni, koordinazzjoni ta' proċedimenti paralleli, u moviment ta' sentenzi. Is-sistema ta' kooperazzjoni ġudizzjarja stabbilita fir-Regolament irnexxielha tadatta għall-ambjent istituzzjonali li qiegħed jinbidel (minn kooperazjoni intergovernattiva għal strument ta' integrazzjoni Ewropea) u għal sfidi ġodda ta' ħajja kummerċjali moderna. Bħala tali, ir-Regolament huwa apprezzat ferm minn min jagħmel użu minnu.

Is-sodisfazzjon ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament ma jeskludix titjb fl-iffunzjonar tar-Regolament.

3. Evalwazzjoni speċifika ta' ċerti punti tar-Regolament

3.1. It-tneħħija tal-exequatur

Fis-segwitu tal-mandat politiku mill-Kunsill Ewropew f'Tampere (1999) u l-programmi tal-Aja (2004)[12], l-għan ewlieni tar-reviżjoni tar-Regolament għandu jkun it-tneħħija tal-proċedura tal- exequatur fil-materji kollha koperti mir-Regolament.

Fir-rigward tal-proċedura tal- exequatur eżistenti, l-istudju ġenerali juri li, meta l-applikazzjoni ssir b'mod sħiħ, tendenzjalment il-proċedimenti ta' prim'istanza bejn il-qrati fl-Istati Membri jdumu, fuq medja, bejn 7 ijiem u 4 xhur. Madanakollu, meta l-applikazzjoni ma ssirx b'mod sħiħ, il-proċedimenti jdumu aktar. Ħafna drabi l-applikazzjoni ma jsrix b'mod sħiħ u l-awtoritajiet ġudizzjarji jitolbu informazzjoni addizzjonali, partikolarment għal traduzzjonijiet. Il-parti l-kbira tal-applikazzjonijiet għal dikjarazzjoni ta' kapaċità ta' eżekuzzjoni jirnexxu (bejn 90% u 100%). Bejn 1 u 5% tal-applikazzjonijiet biss jiġu appellati. Il-proċedimenti ta' appell jistgħu jdumu bejn xahar u tliet snin, skont il-kulturi proċedurali differenti fl-Istat Membri u l-ammont ta' xogħol li jkollhom il-qrati.

F'kawżi fejn jitqajmu dubji dwar id-dikjarazzjoni tal-kapaċità ta' eżekuzzjoni, il-bażi għar-rifjut tar-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni frekwentement jinvokaw in-nuqqas ta' notifika xierqa skont l-Artikolu 34(2). Madanakollu, l-istudju ġenerali juri li llum tali kawżi rarament jirnexxu[13]. Fir-rigward tal-politika pubblika, l-istudju juri li din il-bażi ta' spiss tkun invokata iżda rarament tkun aċċettata. Jekk din tkun aċċettata, dan iseħħ l-aktar f'każi eċċezzjonali bil-għan tas-salvagwardja tad-drittijiet proċedurali tal-konvenut[14]. Jidher li huwa tassew rari, f'materji ċivili u kummerċjali, li l-qorti tapplika l-eċċezzjoni tal-politika pubblika fir-rigward ta' deċiżjoni sostantiva minn qorti barranija. Il-bażijiet l-oħra għar-rifjut rarament ikunu invokati. Fil-biċċa l-kbira tal-każi, l-irrikonċiljabbiltà bejn sentenzi, għall-anqas fil-livell Ewropew, hija evitata, permezz tal-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament dwar azzjonijiet lis pendens u oħrajn relatati. Fir-rigward tal-kontroll ta' ċerti regoli ta' ġurisdizzjoni, għandha ssir kunsiderazzjoni jekk dan hux konformi mal-projbizzjoni ta' reviżjoni tal-ġurisdizzjoni ta' qorti barranija; barra minn hekk, l-importanza prattika tar-regola hija limitata billi fi kwalunkwe eventwalità l-qorti hija marbuta mis-sejbiet ta' fatti mill-qorti ta' oriġini.

3.2. L-applikazzjoni tar-Regolament fl-ordni legali internazzjonali

Bħala s-suċċessur tal-Konvenzjoni ta' Brussell, ir-Regolament jieħu l-perspettiva tal-konvenut fi proċedimenti tal-qorti. F'din il-perspettiva, il-parti l-kbira tar-regoli ta' ġurisdizzjoni tar-Regolament japplikaw biss meta l-konvenut ikun domiċiljat fi Stat Membru. Jekk il-konvenut ma jkunx domiċiljat fi Stat Membru, ir-Regolament jirreferi għal-liġi nazzjonali ("ġurisdizzjoni sussidjarja"), bl-eċċezzjoni ta' sitwazzjonijiet fejn il-qrati ta' Stat Membru għandhom il-ġurisdizzjoni esklussiva skont l-Artikoli 22 jew 23 tar-Regolament jew f'ċerti tipi ta' tilwim li jikkonċernaw materji speċifiċi (eż. trademarks Komunitarji).[15]

L-applikazzjoni tar-Regolament fl-ordni legali internazzjonali kien is-suġġett ta' għadd ta' mistoqsijiet preliminari li ngħaddew lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Fil-Kawża 412/98 ( Josi ), il-Qorti ċċarat li r-regoli ta' ġurisdizzjoni tar-Regolament (li qabel kien Konvenzjoni) japplikaw f'tilwima bejn konvenut domiċiljat fi Stat Membru u konvenut domiċiljat fi Stat terz. B'riżultat ta' dan, f'tilwimiet li jinvolvu partijiet domiċiljati fi Stati terzi, il-konvenuti domiċiljati fl-Istati Membri jistgħu jiddependu fuq il-protezzjoni mogħtija mir-Regolament. Fil-Kawża C-281/02 ( Owusu ), il-Qorti saħqet li fin-natura tagħhom ir-regoli tar-Regolament, partikolarment ir-regola bażika tal-ġurisdizzjoni tal-qrati tad-domiċilju tal-konvenut, huma obbligatorji u l-applikazzjoni tagħhom ma tistax titwarrab abbażi tad-dritt nazzjonali. Dan huma l-każ, mhux biss fir-rigward tal-Istati Membri l-oħra, iżda wkoll meta t-tilwima tkun konnessa ma' Stat terz u ma turi l-ebda fattur ieħor ta' konnessjoni ma' Stati Membri oħra. Fl-aħħar nett, l-applikazzjoni tar-Regolament fir-rigward ta' Stati terzi kienet analizzata mill-Qorti fl-Opinjoni 1/03 tagħha. F'dik l-opinjoni, il-qorti tissuġġerixxi b'mod partikolari li r-regoli ta' ġurisdizzjoni tar-Regolament japplikaw meta l-konvenut huwa domiċiljat fi Stat Membri f'każi fejn il-fatturi ta' konnessjoni taħt l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament ikunu jinsabu fi Stat terz (mhux l-hekk imsejjaħ " effet réflexe ").

In-nuqqas ta' regoli armonizzati għal ġurisdizzjoni sussidjara twassal għal aċċess mhux ekwu għall-ġustizzja għaċ-ċittadini tal-Komunità. L-istudju dwar il-ġurisdizzjoni residwa juri li dan huwa partikolarment il-każ f'sitwazzjonijiet fejn parti ma tingħatax smigħ ġust jew protezzjoni adegwata fil-qrati ta' Stati terzi. Bl-istess mod l-istudju juri li n-nuqqas ta' regoli komuni dwar id-deċiżjoni ta' ġurisdizzjoni kontra konvenuti minn Stati terzi jista' jipperikola l-applikazzjoni ta' leġiżlazzjoni Komunitarja obbligatorja, pereżempju dwar il-ħarsien tal-konsumatur (eż. time share), aġenti kunnerċjali, protezzjoni tad-dejta jew responsabbiltà għal prodotti. Fl-Istati Membri fejn ma teżisti l-ebda protezzjoni ġurisdizzjonali addizzjonali, il-konsumaturi ma jistgħux iressqu proċedimenti kontra konvenuti minn Stat terz. L-istess jgħodd, pereżempju, għal imġjegati, aġenti kummerċjali, vittmi ta' ksur ta' liġi ta' kompetizzjoni jew danni f'rabta mar-responsabbiltà għal prodotti, u individwi li bi ħsiebhom jagħmlu użu mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. F'dawn l-oqsma kollha, fejn tinsab fis-seħħ leġiżlazzjoni Komunitarja obbligatorja, l-atturi jistgħu jiċċaħħadu mill-protezzjoni mogħtija lilhom permezz tarregoli Komunitarji.

Barra minn hekk, in-nuqqas ta' regoli komuni dwar l-effett ta' sentenzi ta' Stati terzi fil-Komunità f'ċerti Stati Membri jista' jwassal għal sitwazzjonijiet fejn sentenzi minn Stati terzi huma rikonoxxuti u eżegwiti anke meta tali sentenzi jkunu jiksru d-dritt obbligatorju Komunitarju jew dritt Komunitarju għal ġurisdizzjoni esklussiva ta' qrati ta' Stati Membri.

Fl-aħħar nett, l-istudju dwar il-ġurisdizzjoni residwa turi li n-nuqqas ta' regoli armonizzati li jiddeterminaw il-kawżi fejn il-qrati tal-Istati Membri jistgħu jirrifjutaw il-ġurisdizzjoni tagħhom abbażi tar-Regolament favur il-qrati ta' Stati terzi joħloq ħafna konfużjoni u inċertezza.

3.3. Għażla tal-qorti

Il-liġi applikabbli għal ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti. Filwaqt li l-Artikolu 23 tar-Regolament, kif enterpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea, jistabbilixxi b'mod estensiv il-kundizzjonijiet dwar il-validità ta' ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti, jeżistu xi inċertezzi fir-rigward tan-natura eżawrjenti ta' dawn il-kundizzjonijiet. L-istudju juri li f'xi każi, minbarra l-kundizzjonijiet uniformi stabbiliti fir-Regolament, il-kunsens bejn il-partijiet isir skont, fuq bażi residwa, id-dritt nazzjonali, deċiż jew b'referenza għal lex fori jew għal lex causae . Dan iwassal għal konsegwenzi mhux mixtieqa, b'rabta mal-fatt li ftehim dwar qorti jistgħu jkun ikkunsdirat bħala validu fi Stat Membru u invalidu f'ieħor.

L-għażla tal-qorti u lis pendens. Tqajmu dubji li r-Regolament ma jipprovdix biżżejjed ħarsien ftehimiet għall-ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti. Dawn id-dubji joħorġu mill-possibbiltà li parti minn tali ftehim tressaq il-kawża quddiem qrati ta' Stat Membru li jkun fi ksur tal-għażla ta' ftehim dwar qorti, u b'hekk tfixkel il-proċedimenti quddiem il-qorti magħżula billi sussegwentement dawn tal-aħħar jitressqu għall-ewwel proċedimenti. Fil-Kawża C-116/02 ( Gasser ), il-qorti tal-Ġustizzja Ewropea kkonfermat li r-regola ta' lis pendens tar-Regolament tirrekjedi li t-tieni qorti li tkun tressqet il-kawża quddiemha tissospendi l-proċedimenti sakemm l-ewwel qorti li tkun tkun tressqet il-kawża quddiemha tistabbilixxi jew tirrifjuta l-ġurisdizzjoni. Fil-kawża C-159/02 ( Turner ), il-qorti kkonfermat ulterjorment li l-apparat proċedurali li jeżisti taħt id-dritt nazzjonali u li jista' jsaħħaħ l-effett ta' għażla ta' ftehimiet tal-qorti (bħal twissijiet kontra s-smigħ) mhumiex kompatibbli mar-Regolament jekk jinterferixxu mad-deċiżjoni mill-qrati ta' Stati Membri oħra dwar il-ġurisdizzjoni tagħhom taħt ir-Regolament.

Il-proċedimenti paralleli li jirriżultaw jistgħu jwasslu għal dewmien li jkunu ta' detriment għall-iffunzjonar xieraq tas-suq intern. F'każijiet oħrajn, parti minhom tista' tagħmel użu minn tali dewmien biex tpoġġi l-bsaten fir-roti għal għażla valida tal-qorti, u b'hekk toħloq vantaġġ kummerċjali inġust għaliha nfisha[16]. Bl-istess mod, proċedimenti paralleli joħolqu spejjeż u inċertezza addizzjonali. Barra minn hekk, ġiet irrapportata tendenza min-naħa ta' min jagħti b'self fi tranżazzjonijiet ta' self korporattiv li jibdew proċedimenti qabel iż-żmien biex jiżguraw il-ġuriżdizzjoni tal-qorti magħżula fil-ftehim, bil-konsegwenzi ekonomiċi negattivi li dan iħalli f'termini ta' klawsoli ta' inadempjenza u kontro-inadempjenza fi ftehimiet dwar għoti b'self. Dawn is-sitwazzjonijiet jikkawżaw għadab partikolari f'ċirkostanzi speċifiċi, bħal meta l-ewwel proċedimenti huma limitati biex tinkiseb għajnuna dikjaratprja negattiva, li tħalli l-effett li timblokka kompletament il-proċedimenti fuq il-merti.

Il-Konvenzjoni tal-Aja dwar l-għażla tal-qorti. Il-Kummissjoni pproponiet li tiffirma l-Konvenzjoni dwar il-ftehimiet dwar l-għażla tal-qorti li kienu konklużi fit-30 ta' Ġunju 2005 taħt il-patroċinju tal-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat[17]. Il-Konvenzjoni ser tapplika fil-każijiet kollha fejn mill-anqas waħda mill-partijiet tkun tirresjedi fi Stat Kontraenti li ma jkunx Stat Membru tal-UE, filwaqt li r-Regolament japplika fejn parti minnhom hija domiċiljata fi Stat Membru. B'riżultat ta' dan, għandu tkun żgurata applikazzjoni koerenti tar-regoli tal-Konvenzjoni u dawk tar-Regolament. Il-kwistjoni ewlenija hija jekk hux xieraq li jinżammu żewġ sistemi legali differenti, anke għall-koordinazzjoni tal-ġurisdizzjoni bejn il-qrati ta' Stati Membri, skont jekk parti minnhom tkunx domiċiljata fi Stat terż jew le[18]. Fir-rigward tal-kwistjoni ta' proċedimenti paralleli, il-Konvenzjoni ma tinkludix regola diretta dwar il- lis pendens ; il-qorti magħżula mill-ftehim tista' tipproċedi minkejja li jitressqu proċedimenti paralleli fi mkejjen oħra. Kwalunkwe qorti oħra għandha tissospendi jew twarrab il-proċedimenti ħlief f'għadd limitat ta' sitwazzjonijiet ddefiniti fil-Konvenzjoni.

3.4. Proprjetà industrijali

L-applikazzjoni tar-regoli tar-Regolament f' materji ta' proprjetà industrijali toħloq xi diffikultajiet għad-detentur ta' tali drittijiet u għal dawk li jkunu jixtiequ jqajmu dubji dwarhom. L-ewwel tħassib jikkonċerna l-applikazzjoni tar-regola tal-lis pendens. Il-litigazzjoni dwar il-proprjetà industrijali hija waħda mill-oqsma fejn il-partijiet ippruvaw jilqgħu għall-eżerċitar ta' ġurisdizzjoni minn qorti kompetenti billi jibdew proċedimenti quddiem qorti oħra li normalment, għalkemm mhux dejjem, ma jkollhiex il-ġurisdizzjoni, preferibbilment fi Stat fejn il-proċedimenti f'rabta mad-deċiżjoni dwar il-kwistjoni tal-ġurisidizzjoni u/jew il-merti jieħdu fit-tul. Tattiki bħal dawn ("torpedoes") jistgħu jkunu partikolarment abbużivi jekk l-ewwel proċedimenti huma mmirati għal dikjarazzjoni ta' nuqqas ta' responsabbiltà, u b'hekk jostakolaw b'mod effettiv il-proċedimenti dwar il-merti mill-parti l-oħra quddiem qorti kompetenti. Dawn jistgħu jwasslu wkoll għal sitwazzjoni fejn ma ssir l-ebda talba għad-danni: pereżempju, meta l-qorti li tkun tressqet quddiemha azzjoni ta' ksur dwar privattivi ma taċċettax il-ġurisdizzjoni minħabba introduzzjoni preċedenti ta' azzjoni għal digriet dikjaratorju fi Stat Membru ieħor, jista' jagħti l-każ li l-proċedimenti dwar ksur ma jkunux jistgħu jitkomplew wara dan u li l-qrati li jitressaq quddiemhom id-digriet dikjaratorju ma jkollhomx il-ġurisdizzjoni fir-rigward tal-pretensjoni tal-ksur.

It-"torpedoes" ma jintużawx biss fir-rigward ta' digriet dikjaratorju, iżda wkoll fir-rigward ta' kontropretensjonijiet ibbażati fuq l-invalidità ta' dritt ta' proprjetà industrijali bħal privattiv f'azzjonijiet dwar ksur. Il-konvenuti fi proċedimenti dwar ksur jistgħu jimblukkaw dawn il-proċedimenti b'mod effettiv billi jinvokaw, bħala difiża, l-allegata invalidità tal-privattiv[19]. Billi l-proċedimenti dwar il-validità tal-privattivi għandha titressaq quddiem il-qrati tal-Istat Membri fejn ikun ġie rreġistrat il-privattiv, il-qorti tal-ksur hija obbligata li tissospendi l-proċedimenti sakemm joħroġ l-eżitu tal-proċediemtni dwar il-validità. Dan jista' jwassal għal dewmien serju, partikolarment meta l-konvenut ma jressaqx (bil-ħeffa) il-proċedimenti dwar il-kwistjoni tal-validità. Barra minn hekk, id-digriet dikjaratorju pożittiv dwar il-validità min-naħa tal-parti tal-vittma tal-ksur tad-dritt tal-proprjetà industrijali ma jkunx disponibbli fl-Istati Membri.

Diffikultà oħra li hija rrappurtata fil-kuntest tal-litigazzjoni dwar privattivi hija l-impossibbiltà li jitressqu proċedimenti kkonsolidati kontra diversi persuni li jwettqu ksur dwar privattiv Ewropew fejn min iwettaq ksur ikun jappartjeni għal grupp ta' kumpaniji u jaġixxi skont politika koordinata[20]. L-obbligu li jitressqu proċedimenti f'kull waħda mill-ġurisdizzjonijiet ikkonċernati jkun jinvolvi spejjeż għoljin għall-vittmi u jfixkel l-indirizzar effiċjenti tal-pretensjonijiet.

3.5. Lis pendens u azzjonijiet relatati

L-applikazzjoni tar-regoli tal- lis pendens u azzjonijiet relatati tar-Regolament ukoll ikkawżat tħassib f'xi każijiet oħra.

Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni esklussiva taħt l-Artikolu 22, l-istudju ma juri l-ebda ħtieġa prattika immedjata għal eċċezzjonijiet għar-regola ta' prijorità. Madanakollu, l-użu ta' "torpedoes" kien irrapportat f'oqsma speċifiċi oħra bħal f'kawżi ta' għoti b'self korporattiv u ta' kompetizzjoni. B'riżultat ta' dan, għandha ssir riflessjoni dwar jekk hemmx il-ħtieġa għal titjib tar-regola eżistenti ta' lis pendens b'mod ġenerali biex jiġu ostakolati tattiki proċedurali abużivi u tkun żgurata amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja fil-Komunità.

Fir-rigward tar-regola dwar azzjonijiet relatati, ir-rekwiżit li ż-żewġ azzjonijiet ikunu pendenti quddiem il-qrati u r-referenza għad-dritt nazzjonali għall-kundizzjonijiet ta' konsolidazzjoni ta' azzjonijiet relatati jfixkel il-konsolidazzjoni effettiva ta' proċedimenti fil-livell Komunitarju. Bħalissa mhuwiex possibbli li abbażi tar-Regolament dwar l-azzjonijiet kollettivi ta' diversi atturi kontra l-istess konvenut, quddiem il-qrati ta' wieħed mill-Istati Membri[21]. Tali konsolidazzjoni ta' spiss hija meħtieġa, pereżempju għall-finijiet ta' rimedju kollettiv tal-konsumaturi u azzjonijiet ta' danni għall-ksur tar-regoli tal-antitrust tal-KE[22]. Barra minn hekk, it-tnaqqis tal-ġurisdizzjoni mit-tieni qorti li quddiemha titressaq il-kawża skont l-Artikolu 28(2) jista' jwassal għal kunflitt negattiv (temporanju) tal-ġurisdizzjoni jekk l-ewwel qorti ma tiħux ġurisdizzjoni fir-rigward tal-azzjoni kkonċernata.

Waħda mill-affarijiet il-ġodda fir-Regolament kienet l-introduzzjoni ta' definizzjoni tal-mument fiż-żmien meta l-proċedimenti jkunu kkunsidrati bħala pendenti għall-finijiet tar-regoli tal- lis pendens u ta' azzjonijiet relatati. Ġeneralment din id-definizzjoni tidher li ħadmet b'mod sodisfaċenti. Madanakollu, inqalgħu xi inċertezzi dwar l-interpretazzjoni tagħha li jista' jkun xieraq li tiċċara, pereżempju, dwar l-awtorità responsabbli min-notifika u d-data u l-ħin ta' meta kawża titressaq quddiem il-qorti jew meta din tasal għand l-awtorità responsabbli mis-servizz.

3.6. Miżuri provviżorji

Il-miżuri provviżorji jibqgħu qasam fejn id-diversità tal-liġijiet proċedurali nazzjonali tal-Istati Membri tagħmel il-moviment ħieles ta' tali miżuri aktar diffiċli.

L-ewwel diffikultà tinqala' fir-rigward ta' miżuri protettivi ordnati mingħajr ma l-konvenut ma jkun issejjaħ jidher u li huma intiżi li jkunu eżegwiti mingħajr notifika minn qabel tal-konvenut. Fil-Kawża C-125/79 (Denilauler) , il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li tali miżuri ex parte jaqgħu lil hinn mill-ambitu tas-sistema ta' rikonoxximent u eżekuzzjoni tar-Regolament. Madanakollu għadu ma hux ċar għalkollox jekk tali miżuri jistgħux ikunu rikonoxxuti u eżegwiti abbażi tar-Regolament jekk sussegwentement il-konvenut ikollu l-opportunità li jikkontesta l-miżura.

Diffikultà oħra hija dwar ordnijiet protettivi mmirati għall-ksib ta' informazzjoni u provi. Fil-Kawża C-104/03 (St. Paul Dairy) , il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li miżuri ta' ordni ta' smigħ ta' xhud biex l-applikant ikun jista' jiddeċiedi jressaqx kawża mhux koperta mill-kunċett ta' miżuri protettivi inklużi dawk provviżorji. Għadu mhux ċar għalkollox safejn dawn l-ordnijiet huma, b'mod ġenerali esklużi mill-ambitu tal-Artikolu 31 tar-Regolament. Ġiet ikkunsidrata l-idea li jkun żgurat aċċess aħjar għall-ġustizzja li kieku, minbarra l-ġurisdizzjoni tal-qrati li jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tas-sustanza tal-kwistjoni, ir-Regolament jistabbilixxi ġurisdizzjoni għal tali miżuri fil-qrati tal-Istat Membru fejn ikunu jinsabu l-informazzjoni jew il-provi mfittxija. Dan huwa ta' importanza partikolari f'materji dwar proprjetà intellettwali, fejn il-provi tal-ksur allegat għandhom ikunu protetti b'ordnijiet għal tiftix, " saisies contrefaçon " jew " saisies description "[23], u f'materji marittimi.

Diffikultajiet oħrajn kienu rrapportati fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kundizzjonijiet stabbiiti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi C-391/95 ( Van Uden ) u C-99/96 ( Mietz ) dwar il-ħruġ ta' miżuri provviżorji ordnati minn qorti li m'għandhiex ġurisdizzjoni dwar is-sustanza tal-materja. B'mod partikolari, mhuwiex ċar kif għandhom ikunu interpretati "l-konnessjoni reali bejn il-materja tal-miżura mfittxija u l-ġurisdizzjoni territorali". B'mod partikolari, dan huwa l-każ meta l-miżura jkollha l-għan li tikseb ħlas intermin jew b'mod aktar ġenerali ma tikkonċernax il-qbid ta' proprjetà.

Fl-aħħar nett, ir-rekwiżiti li l-ħlas mill-ġdid ikun garantit fil-każ ta' ħlasijiet interim wasslu għal diffikultajiet fl-interpretazzjoni u jistgħu jwasslu wkoll għal spejjeż għolja jekk jitqies li tali ħlas mill-ġdid jista' jkun protett biss permezz tal-għoti ta' garanziji bankarji min-naħa tal-applikanti.

3.7. Oqsma komuni bejn ir-Regolament u l-arbitraġġ

L-arbitraġġ jaqa' lil hinn mill-ambitu tar-Regolament. Ir-raġuni fundamentali għall-esklużjoni hija li r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' ftehimiet u għotjiet arbitrali hija rregolata mill-Konvenzjoni ta' New York tal-1958, li l-Istati Membri kollha huma firmatarji tagħha. Minkejja l-ambitu wiesa' tal-eċċezzjoni, f'ċirkostanzi speċifiċi r-Regolament ġie interpretat b'mod li jappoġġja l-arbitraġġ u r-rikonoxximent/eżekuzzjoni tal-għotjiet arbitrali. Is-sentenzi li jgħaqqdu għotja arbitrali ta' spiss (għalkemm mhux dejjem) huma rikonoxxuti u eżegwiti f'konformità mar-Regolament. Miżuri provviżorji li huma relatati mal-merti tal-proċedimenti tal-arbitraġġ jistgħu jingħataw abbażi tal-Artikolu 31 sakemm il-materja tat-tilwima taqa' fl-ambitu tar-Regolament[24].

L-istudju juri li l-oqsma komuni bejn ir-Regolament u l-arbitraġġ iwasslu għal xi diffikultajiet. B'mod partikolari, għalkemm il-Konvenzjoni ta' New York tal-1958 ġeneralment titqies li tiffunzjona b'mod sodisfaċenti, meta l-validità tal-klawsola ta' arbitraġġ tkun irrispettata mit-tribunal arbitrali iżda mhux mill-qorti dan jirriżulta fi proċedimenti paralleli ta' qrati u arbitraġġ; apparat proċedurali taħt id-dritt nazzjonali bil-għan tat-tisħiħ tal-effikaċja ta' ftehimiet ta' arbitraġġ (bħal inġunzjonijiet kontra s-smigħ) mhumiex kompatibbli mar-Regolament jekk jinterferixxu b'mod mhux xieraq mad-deċiżjoni tal-qrati ta' Stati Membri oħrajn dwar il-ġurisdizzjoni tagħhom taħt ir-Regolament[25]; m'hemmx allokazzjoni uniformi ta' ġurisdizzjoni fi proċedimenti anċillari għal proċedimenti ta' arbitraġġ jew għas-sostenn tagħhom[26]; ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi dwar il-validità ta' klawsola ta' arbitraġġ jew li jwarrab għotja arbitrali huma inċerti; ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzjoni li jgħaqqdu għotja ta' arbitraġġ huma inċerti; u fl-aħħar nett, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' għotjiet ta' arbitraġġ, irregolati mill-Konvenzjoni ta' NY, huma kkunsidrati anqas rapidi u effiċjenti mir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi.

3.8. Kwistjonijiet oħra

Minbarra l-punti ewlenin indirizzati hawn fuq, tqajmu l-kwistjonijiet li ġejjin.

3.8.1. Ambitu

F'dak li jirrigwarda l-ambitu, ma ġiet irrapportata l-ebda problema prattika sostanzjali ħlief il-punt tal-arbitraġġ diskuss hawn fuq. Id-deċiżjonijiet ta' interpretazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja jagħtu gwida xierqa għall-interprtazzjoni tat-termini "materji ċivili u kummerċjali" u l-esklużjonijiet mill-ambitu tar-Regolament. Mandanakollu l-istudju ġenerali joħroġ fid-dieher diffikultajiet fl-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 71 dwar ir-relazzjoni bejn ir-Regolament u l-konvenzjonijiet dwar kwistjonijiet partikolari.

3.8.2. Kwistjonijiet oħra dwar il-ġurisdizzjoni

Fir-rigward tal-kunċett ta' "domiċilju", ir-rapport juri li ma nqalgħet l-ebda diffikultà fil-prattika meta l-qrati japplikaw il-kunċett nazzjonali ta' "domiċilju" abbażi tal-Artikolu 59(1) tar-Regolament. Madanakollu, id-deċiżjoni dwar jekk parti hix domiċiljata jew le fi Stat Membru ieħor skont liġi barranija (Artikolu 59(2)) titqies bħala waħda diffiċli.

L-applikazzjoni ta' ċerti regoli ta' ġurisdizzjoni tista’ tittejjeb. Pereżempju, fil-Kawża C-462/06 ( Glaxosmithkline ), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonfermat li l-Artikolu 6(1) ma japplikax fil-kuntest tal-kwistjonijiet marbuta ma' impjiegi. Barra minn hekk, l-istudju juri li jista' jkun hemm il-ħtieġa għal bażi ta' ġurisdizzjoni mhux esklussiva msejjes fuq is-situs tal-assi mobbli. Fir-rigward ta' ġurisdizzjoni esklussiva dwar id-drittijiet in rem , l-istudju jirrapporta ħtieġa għal għażla ta' qorti fi ftehimiet li jikkonċernaw il-kiri ta' spazju għal uffiċċji u l-ħtieġa għal flessibbiltà dwar il-kiri ta' villeġġjatura sabiex tiġi evitata litigazzjoni f'forum li huwa barrani għall-partijiet kollha. Fir-rigward tal-ġurisdizzjoni esklussiva fil-qasam tal-liġi tal-kumpaniji, tqajmu dubji dwar l-ambitu tar-regola ta' ġurisidzzjoni esklussiva u n-nuqqas ta' definizzjoni uniformi għall-kunċett ta' "sede" ta' kumpanija, li jwassal għall-possibbiltà ta' kunflitti pożittivi u negattivi tal-ġurisdizzjoni.

L-applikazzjoni mhux uniformi tal-Artikolu 6(2) u 11 dwar proċedimenti ta' partijiet terzi skont l-Artikolu 65 ukoll tqajjem xi diffikultajiet. B'mod partikolari, partijiet terzi kif ukoll partijiet li jkollhom pretensjonijiet kontra parti terza huma trattati b'mod differenti skont il-liġijiet proċedurali nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-qrati jsibuha diffiċli li japprezzaw l-effetti ta' sentenzi maħruġa minn qrati ta' Stati Membri oħra wara notifika minn parti terza.

Fi kwistjonijiet marittimi, huma rrapportati diffikultajiet fil-koordinazzjoni ta' proċedimenti mmirati għall-istabbiliment ta' fond ta' responsabbiltà u proċedimenti ta' responsabbiltà individwali. Barra minn hekk, huwa rrapportat li r-referenza għal-liġi applikabbli għall-kuntratt ta' trasportazzjoni sabiex tiġi ddeterminata s-saħħa vinkolanti ta' ftehim ta' ġurisdizzjoni f'polza tat-tagħbija għad-detentur ta' parti terza tal-polza tat-tagħbija[27] hija artifiċjali.

Fi kwistjonijiet tal-konsumatur, it-tipi ta' ftehimiet ta' kreditu tal-konsumatur koperti mill-Artikolu 15(1)(a) u (b) tar-Regolament m'għadhomx jikkorrispondu għal suq ta' kreditu tal-konsumatur li qiegħed jevolvi fejn ġew żviluppati diversi tipi oħrajn ta' prodotti ta' kreditu, billi dan huwa rifless fid-Direttiva 2008/48/KE dwar il-ftehimiet ta' kreditu għall-konsumaturi[28].

Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-ħidma li tinsab għaddejja dwar ir-rimedju komuni fil-livell Komunitarju, tqum il-kwistjoni dwar jekk għandhomx jiġu żviluppati regoli speċifiċi ta' ġurisdizzjoni għal dawn l-azzjonijiet speċifiċi.

3.8.3. Kwistjonijiet oħra dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni

Fir-riżoluzzjoni tat-18 ta' Diċembru 2008, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kwistjoni tal-moviment ħieles ta' strumenti awtentiċi[29]. L-istudju ġenerali jirrapporta wkoll xi diffikultajiet fir-rigward tal-moviment ħieles ta' penali. Fl-aħħar nett, l-istudju juri li metodi biex ikunu limitati l-ispejjeż tal-proċedimenti ta' eżekuzzjoni.

[1] ĠU L 12, 16.1.2001, p.1.

[2] ĠU C 27, 26.1.1998, p. 1.

[3] ĠU L 299, 16.11.2005, p. 62.

[4] ĠU L 319, 25.11.1988.

[5] ĠU L 339, 21.12.2007, p. 1.

[6] L-istudju, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ l-"istudju ġenerali", tħejja minn Prof. Dr. B. Hess, Prof. Dr. T. Pfeiffer, u Prof. Dr. P. Schlosser. Huwa jinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm

[7] L-istudju tħejja mill-Prof. A. Nuyts. Huwa jinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm

[8] L-istudju tħejja minn GHK Consulting. Huwa jinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/dgs/justice_home/evaluation/dg_coordination_evaluation_annexe_en.htm

[9] Ara l-proposta tal-Kummissjoni għall-iffirmar tal-Konvenzjoni COM(2008) 538 u SEC(2008) 2389, 5.9.2008.

[10] Studju dwar l-eżekuzzjoni aktar effiċjenti ta' deċiżjonijiet ġudizzjarji fl-Unjoni Ewoprea. trasparenza tal-assi ta' debituri, is-sekwestru ta' kontijiet bankarji, eżekuzzjoni provviżorja u miżuri protettivi. Dan l-istudju tħejja mill-Prof. dr. B. Hess u jinsab fis-sit:

http://ec.europa.eu/civiljustice/publications/docs/enforcement_judicial_decisions_180204_en.pdf

[11] Statistika bbażata fuq dejta li fil-biċċa l-kbira tagħha nġabret mill-2003 sal-2005.

[12] Il-konklużjonijiet tal-Kunsill ġew implimentati fil-Programm ta' Rikonoxximent Reċiproku f'Materji Ċivili (ĠU C 12, 15.1.2001) u l-pjan ta' Azzjoni li jimplimenta l-Programm tal-Aja - COM (2006) 331.

[13] Dan jirriżulta partikolarment mit-tħassir fir-Regolament tar-rekwiżit ta' servizz regolari li naqqas il-possibbiltajiet ta' abbuż min-naħa tal-konvenuti.

[14] Ara, pereżempju, il-Kawża C-7/98 ( Krombach ).

[15] Ir-Regolament (KE) Nru 40/94 dwar it-trademark Komunitarja (ĠU L 11 14.1.1994, p. 1).

[16] Madanakollu ħandu jkun innotat li mhi disponibbli l-ebda statistika li turi li tali mġiba sseħħ ta' spiss.

[17] COM(2008) 538, 5.9.2008.

[18] Analiżi estensiva tas-sitwazzjonijiet differenti li joħorġu mill-Konvenzjoni tal-Aja u r-Regolament jinstabu fl-istudju tal-impatt li ssemma aktar 'il fuq, partikolarment fl-Aness IV tiegħu (ara n-nota ta' qiegħ il-paġna nru 8).

[19] Kawża C-315/01 (GAT).

[20] Il-Kawża C-539/03 ( Roche Nederland ).

[21] L-Artikolu 6(1) attwalment jippermetti biss azzjonijiet kollettivi kontra diversi diversi konvenuti.

[22] Ara l-Green Paper dwar ir-rimedju kollettiv tal-konsumaturi - COM(2008) 794, 27.11.2008 - u l-White Paper dwar azzjonijiet għad-danni għal ksur tar-regoli tal-KE dwar l-antitrust - COM(2008) 165, 2.4.2008.

[23] F'dan ir-rigward ara l-Artikoli 7 u 9 tad-Direttiva 2004/48/KE.

[24] Il-Kawża C-391/95 ( Van Uden ).

[25] Ara l-Kawża C-185/07 ( West Tankers ).

[26] Ara l-Kawża C-190/89 ( Marc Rich ). Eżempji ta' tali proċedimenti anċillari huma dawk il-proċedimenti bil-għan tal-ħatra jew it-tneħħija ta' arbitru, li jistabbilixxu s-sede tal-arbitraġġ, l-estensjoni ta' skadenzi, jew għall-ħatra ta' espert tal-qorti għaż-żamma ta' provi.

[27] Ara l-Kawża C-387/98 ( Coreck Maritime ).

[28] Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

[29] Ara r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Diċembru 2008 bir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-Att Awtentiku Ewropew, disponibbli fis-sithttp://www.europarl.europa.eu/sides/getDoc.do?pubRef=-//EP//TEXT+TA+P6-TA-2008-0636+0+DOC+XML+V0//EN.