52009DC0170

Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill, lill-Parlament Ewropew u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar l-applikazzjoni tad-direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti [SEC(2009) 495] /* KUMM/2009/0170 finali */


[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ |

Brussel 20.4.2009

KUMM(2009) 170 finali

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti

[SEC(2009) 495]

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL, LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwarkumpens għal vittmi ta’ delitti

1. INTRODUZZJONI

Il-vittmi ta’ delitti fl-Unjoni Ewropea għandhom jiġu intitolati għal kumpens ġust u xieraq għall-korrimenti li jkunu sofrew, ikun fejn ikun ġie kommess id-delitt fil-Komunità Ewropea. Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/80/KE dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti[1] (minn hawn ’il quddiem "id-Direttiva") tistabbilixxi sistema għal kooperazzjoni biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal kumpens għal vittmi ta’ delitti f’sitwazzjonijiet transkonfinali . Is-sistema topera fuq il-bażi tal-iskemi tal-Istati Membri dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti intenzjonati bi vjolenza , li jkunu kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Artikolu 19 tad-Direttiva jistipula li sal-1 ta' Jannar 2009, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew rapport dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. Ir-rapport hu konformi ma’ dan l-obbligu. Ir-rapport ikopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2006[2] sal-31 ta’ Diċembru 2008[3].

Sabiex tipprepara għar-rappot, il-kummissjoni talbet li jsir studju dwar l-applikazzjni tad-Direttiva, li ġie ppreparat minn kuntrattur[4]. L-għan ewlieni tal-istudju kien biex jiġi vvalutat l-istadju attwali tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fl-Istati Membri kollha. Għal dan l-iskop, il-kuntrattur għamel stħarriġ ta':

- L-applikazzjoni tad-Direttiva: il-valutazzjoni tal-kumpens tal-iskemi fuq livell operattiv;

- L-effikaċja tad-Direttiva: l-identifikazzjoni tal-fatturi kuntestwali, ir-regolamenti, u l-proċeduri (jekk ikun hemm) li kkawżaw id-diffikultajiet fl-implimentazzjoni;

- Il-kontenut tal-leġiżlazzjoni nazzjonali: il-paragun tal-iskemi ta’ kumpens tal-Istait Membri; il-valutazzjoni dwar jekk l-iskemi ta’ kumpens tal-Istati Membri hux konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva.

Barra minn hekk, l-applikazzjoni tad-Direttiva ġiet diskussa f’laqgħa tal-Punti Ċentrali ta’ Kuntatt maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva, li kienet organizzata fil-qafas tan-Network Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Civili u Kummerċjali u li saret fit-23 ta’ Ottubru 2008.

Id-Direttiva u l-informazzjoni kollha pprovduta mill-Istati Membri taħt id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva huma disponibbli fl-Atlas Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili (minn hawn ’il quddiem "l-Atlas").[5]

2. ID-DISPOżIZZJONIJIET EWLENIN TAD-DIRETTIVA

L-Artikolu 1 tad-Direttiva jitlob lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-vittmi ta’ "delitt intanzjonati vjolenti" kommess fi Stat Membru minbarra dak l-Istat Membru fejn l-applikant għal kumpens ikun residenti abitwali jkollu d-dritt li jissottometti applikazzjoni għal kumpens f’dak l-istat. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru li fih l-applikant ikun qed joqgħod attwalment (l-"Aworità ta’ Assistenza") tgħin lill-applikant. l-obbligi tagħha lejn il-vittma huma stipulati fl-Artikolu 5 – 11 tad-Direttiva. L-Awtorità ta’Assistenza ma tagħmel l-ebda valutazzjoni tal-applikazzjoni. Il-valutazzjoni għandha titħalla f’idejn l-awtorità tal-Istat Membru li taħt l-iskema tagħha jkun qed japplika l-vittma (l-"Awtorità ta’ Deċiżjoni").

L-Istati Membri huma b’hekk mitluba li jistabbilixxu Awtoritajiet ta’ Assistenza u ta’ Deċiżjoni u li jaħtru Punti Ċentrali ta’ Kuntatt (Artikoli 3(1), (2) u 16).

L-Awtoritajiet ta’ Assistenza huma responsabbli li:

- Jinformaw lil kwerelanti potenzjali dwar l-iskema ta’ kumpens (Artikolu 4);

- Jassistu lil kwerelanti fil-mili tal-applikazzjoni għall-kumpens (Artikolu 5);

- Jittrażmettu l-applikazzjoni lill-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni (Artikolu 6);

- Jipprovdu gwida lill-applikant f’każ li dokumenti addizzjonali jkunu meħtieġa (Artikolu 8);

- Jorganizzaw seduta jekk jiġu mitluba mill-Awtorità ta’ Deċiżjoni (Artikolu 9).

L-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni huma responsabbli li:

- Jirrikonoxxu l-irċevuta tal-applikazzjoni, jipprovdu persuna ta' kuntatt inkarigat mit-tmexxija tal-kwistjoni u jindikaw żmien ikkalkulat biex tittieħed deċiżjoni (Artikolu 7);

- Jinformaw kemm lill-Awtorità ta’ Assistenza u kemm lill-kwerelanti dwar id-deċiżjoni (Artikolu10).

L-Artikolu 12(1) tad-Direttiva jipprovdi li l-aċċess għal kumpens f’sitwazzjonijiet transkonfinali għandu jopera fuq il-bażi tal-iskemi nazzjonali proprji ta' kumpens tal-Istati Membri. Meta jkunu speċifikati l-elementi ta’ skemi bħal dawn, l-Artikolu 12(2) jipprovdi li l-Istati Membri kollha "għandhom jiżguraw li r-regoli nazzjonali tagħhom jipprovdu għall-eżistenza ta' skema ta' kumpens lil vittmi ta' delitti vjolenti internazzjonali kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom, li jiggarantixxu kumpens ġust u xieraq għal vittmi."

L-Istati Membri jridu jiżguraw li l-kwerelanti potenzjali jkollhom aċċess għal informazzjoni essenzjali dwar il-possibiltajiet biex japplikaw għall-kumpens (Artikolu 4). Il-kumpens għandu jitħallas mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju li fih ikun ġie kommess id-delitt (Artikolu 2). Formalitajiet amministrattivi għandhom jinżammu għall-minimu possibbli (Artikolu 3(3)) u formoli standard għandhom jintużaw għat-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet (Artikolu14).

3. L-APPLIKAZZJONI TAD-DIRETTIVA

It-taqsima li ġejja tagħti ħarsa ġenerali lejn l-aspetti differenti tal-applikazzjoni tad-Direttiva, b’mod partikolari n-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni, il-konformità mad-Direttiva, l-applikazzjoni u l-effikaċja tad-Direttiva u l-iskema nazzjonali ta’ kumpens taħt l-Artikolu 12. Barra minn hekk, il-miżuri implimentattivi rikjesti mill-Kapitolu III tad-Direttiva huma ppreżentati.

3.1. Notifika tal-miżuri traspożitorji

Kif stipulat fl-Artikolu 18(1), l-Istati Membri kellhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw mad-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2006[6][7].

15-il Stat Membru adottaw il-miżuri ta’ traspozizzjoni nazzjonali qabel l-iskadenza kkonċernata: il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, Spanja, Franza, l-Irlanda, il-Lussemburgu, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovenja, il-Finlandja, l-Iżvezja, ir-Renju Unit. Kmieni fl-2006 intlaqgħu notifiki minn 7 Stati Membri oħra (il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Litwanja, l-Ungerija, il-Polonja, il-Portugall u s-Slovakkja)

Il-Kummissjoni nediet il-proċedura ta’ ksur tal-liġi taħt l-Artikolu 226 tat-Trattat tal-KE kontra l-Ġreċja, l-Italja, Malta u r-Rumanija għan-nuqqas ta’ notifika fl-2006-2007. Minn dak iż-żmien, l-Italja, Malta u r-Rumanija nnotifikaw it-traspożizzjoni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali skont l-obbligazzjonijiet tagħhom.

Sal-lum, il-Greċja għadha na nnotifikatx il-miżuri ta’ traspożizzjoni nazzjonali għad-Direttiva. F’Lulju 2007, il-Ġreċja kienet ikkundannata mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja[8]. Fl-2008 il-Kummissjoni nidiet il-proċedura taħt l-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE kontra l-Greċja fl-2008. din il-proċedura attwalment tinsab pendenti.

Il-miżuri ta’ traspożizzjoni nnotifikati mill-Istati Membri huma elenkati fl-Anness 1.

3.2. Konformità mad-Direttiva

Il-valutazzjoni tal-konformità tal-miżuri ta’ traspożizzjoni mar-rikjesti tad-Direttiva m’humiex kompletament lesti minħabba li n-notifiki saru tard. Fuq il-bażi tal-informazzjoni attwali, is-sitwazzjoni hi kif ġejja:

Artikoli 1-3: L-Istati Membri kollha minbarra l-Greċja u l-Italja għandhom skemi li qed jitħaddmu li jippermettu lill-vittmi li jissottomettu applikazzjoni (l-Artikolu 1) u li implimentaw l-Artikoli 2 - 3 (it-twaqqif ta’ awtoritajiet responsabbli u proċeduri amministrattivi). L-awtoritajiet responsabbli huma ppubblikati fl-Atlas[9].

Artikolu 4: Teżisti informazzjoni disponibbli dwar il-miżuri u l-metodi għall-informazzjoni tal-applikanr potenzjali minn 20 Stat Membru. B’mod speċjali, l-Istati Membri ppovdew informazzjoni dwar skemi ta’ kumpens permezz tal-internet, jew fil-websajt nazzjonali jew fl-Atlas. Ippreparaw ukoll fuljetti u brochers . Il-miżuri ta’ informazzjoni huma ppreżentati fl-Anness 2[10].

Artikoli 5-10: Attwalment hemm informazzjoni dwar il-funzjoni tal-proċeduri rikjesti fl-Artikoli 5-10 tad-Direttiva minn 12-il Stat Membru: ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Irlanda, Spanja, Ċipru, il-Latvja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, il-Portugall, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit.

Artikolu 11: L-Istati Membri jaċċettaw applikazzjonijiet li huma fl-ilsna differenti mill-ilsien uffiċjali tagħhom. L-aktar ilsien barrani aċċettat hu dak Ingliż. Spanja, Franza, il-Lussemburgu, is-Slovenja u s-Slovakkja jaċċettaw biss l-użu tal-ilsien (ilsna) uffiċjali tagħhom. L-informazzjoni dwar l-ilsna hi ppreżentata mill-Istati Membri fl-Anness 3[11].

3.3. Applikazzjoni u Effikaċja tad-Direttiva fil-prattika

Dejta limitat biss hi disponibblidwar l-applikazzjoni prattika tad-Direttiva fl-Istati Membri differenti.[12] L-għadd ta’ applikazzjonijiet transkonfinali li saru bl-għajnuna tal-Awtorità ta’ Assistenza u l-għadd ta’ azzjonijiet li ttieħdu mill-Awtorità ta’ Deċiżjoni huma ppreżentati fit-tabella ta’ hawn taħt. Il-konklużjoni ewlenija hi li sal-lum kien hemm ftit wisq każi.

Stat Membru | Għadd ta' applikazzjonijiet transkonfinali (li jaġixxu bħala Awtorità ta’ Assistenza/ta’ Deċiżjoni)[13] |

Il-Belgju | Każ 1/ 22 każ |

Il-Bulgarija | (l-ebda dejta s’issa) |

Ir-Repubblika Ċeka | 3 każi / 3 każi |

Id-Danimarka | 2 każi / 2 każi |

Ġermanja | (l-ebda dejta) |

L-Estonja | 3 każi / 4 każi |

Il-Greċja | (mhux trasposta) |

Spanja | (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ assistenza) / 48 kazi |

Franza | (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ assistenza) / 28 kazi |

L-Irlanda | Każ 1/ 31 każ |

L-Italja | (l-ebda awtorità) |

Ċipru | (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ assistenza) / 2 kazi |

Latvja | 2 każi / każ 1 |

Il-Litwanja | 3 każi / ebda każ |

Il-Lussemburgu | 0 każi / każ 1 |

L-Ungerija | l-ebda każ / l-ebda każ |

Malta | l-ebda każ / (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ deċiżjoni) |

L-Olanda | 39 każ / 3 każi |

L-Awstrija | (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ assistenza) / 3 kazi |

Il-Polonja | 5 każi / 5 każi |

Il-Portugall | (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ assistenza) / 3 kazi |

Ir-Rumanija | Każ 1/ l-ebda każ |

Is-Slovenja | ebda każ / każ wieħed |

Is-Slovakkja | ebda każ / ebda każ |

Il-Finlandja | 6 każi / każ 1 |

L-Iżvezja | 7 każi / 14-il każ |

Ir-Renju Unit | Madwar 100 każ / (l-ebda dejta għall-awtorità ta’ deċiżjoni) |

Skont l-istudju, ir-raġuni għan-nuqqas ta’ disponibbiltà tad-dejta rilevanti tidher li hi li uħud mill-Istati Membri għadhom kemm implimentaw id-Direttiva riċentement. Oħrajn iltaqgħu ma’ ostakli fl-implimentazzjoni inklużi l-ilsna, in-nuqqas ta’ għarfien tas-sistema legali u tal-proċeduri tal-Istati Membri l-oħra, u attitudnijiet differenti lejn it-tħaffif tax-xogħol u l-effiċjenza. Dawn il-persuni li wieġbu nnutaw ukoll li ftit kien hemm każi ta’ suċċess li setgħu jiġu skambjati.

Barra mir-riżultat tal-istatistika, il-konklużjonijiet segwenti jistgħu jiġu ppreżentati abbażi tal-istudju.

3.3.1. L-Effikaċja tad-Direttva

Kollox ma’ kollox l-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni u ta’ Assistenza kellhom opinjoni pożittiva tal-operazzjoni tas-sistema attwali kif ukoll tal-Punti Ċentrali ta’ Kuntatt, l-użu ta’ formoli standard, l-ilsna u l-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni. Madanakollu, ir-rata pjuttost baxxa ta’ tweġibiet qajmet il-kwistjoni dwar il-limitu safejn dawk li wieġbu fil-fatt għamlu użu mis-sistema.

L-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni u ta’ Assistenza kklassifikaw l-interlokuturi ewlenin bħala effettivi. Kien hemm ftit min dawk li wieġbu li kienu kritiċi għall-kontropartijiet uffiċjali tagħhom. Punti Ċentrali ta’ Kuntatt rċevew ukoll valutazzjonijiet pożittivi.

Madanakollu, il-kwerelanti, huma ferm anqas pożittivi mill-awtoritajiet dwar il-proċess mill-awtoritajiet. Sabu li l-proċess dwar l-applikazzjoni kien ikkumplikat u li jieħu ħafna ħin. L-ostakli tal-ilsna, in-nuqqas ta’ informazzjoni u pariri legali kienu kklassifikati bħala problemi kbar. Għalhekk jidher li minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 11 tad-Direttiva, l-ostakli tal-ilsna – u l-komunikazzjoni b’mod ġenerali – ikomplu jkunu ta’ ostaklu kbir fil-proċess tal-applikazzjoni

3.3.2. Volum ta’ xogħol u deċiżjonijiet

L-estimu fl-UE kollha tal-għadd approsimattiv ta’ applikanti taħt id-Direttiva matul il-perjodu ta’ rappurtaġġ hu ferm baxx, kif hinu indikat mit-talba ta’ hawn fuq. Madanakollu, hemm indikazzjonijiet, li l-għadd ta’ applikanti, seduti, u talbiet għal informazzjoni żdied b'mod sostanzjali bejn l-2006 u l-2008. Minkejja ż-żieda fl-għadd ta’ applikazzjonijiet, ir-rata ta’ suċċess baqgħet bejn wieħed u ieħor l-istess (madwar 10%). Skont l-istudju, kien hemm żieda sostanzjali fl-ammonti assoluti kemm tat-talbiet u kemm tal-ħlasijiet. Bħala persentaġġ tal-ammont mitlub, il-ħlasijiet għandhom tendenza li jvarjaw b’mod wiesa’ skont is-sena u l-l-post.

3.3.3. Organizzazzjoni u komunikazzjoni

L-istudju jindika li l-abilità li l-applikażżjonijiet u d-deċiżjonijiet ikunu pproċessati u trażmessi tidher li tvarja b’mod wiesa’ fl-Unjoni Ewropea. Bħala medja, applikazzjoni tieħu madwar erba’ ġimgħat biex tiġi pproċessata, u bejn wieħed u ieħor madwar ġimagħtejn biex l-Awtorità ta’ Deċiżjoni tirċievi l-applikazzjoni. It-talbiet għall-informazzjoni ta’ segwitu jistgħu jieħdu sa erba’ xhur.

L-użu tat-teknoloġija tal-komunikazzjoni jidher li għen biex jiżdied l-għadd ta’ seduti, iżda mhux b’mod sostanzjali. Madwar 10% rċevew seduti fl-2006, u 19% fl-2007. Kien hemm ftit eżempji ta’ tele-konferenzi jew konferenzi bil-vidjo li kkawżaw diffikultajiet. Minoranza sinifikattiva ta’ Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni (1/4) kienu lesti wkoll li jużaw l-email u l-faks.

Fl-aħħar nett, il-maġġoranza ta’ persuni li wieġbu esprimew ruħhom li kienu sodisfatti bl-użu tal-ilsien. Madanakollu, minoranza sostanzjali madwar (1/4) esprimiet tħassib, u kien hemm diversi suġġerimenti dwar mezzi kif tittejjeb is-sitwazzjoni, inkluż li jintużaw interpreti bl-ilsien nattiv.

3.3.4. Rata ta’ attrizzjoni

Fuq il-bażi tal-evidenza disponibbli fil-kuntest tal-istudju, aktarx li għadd relattivament żgħir ta’ vitmi fittxew li jagħmlu talbiet għal kumpens transkonfinali.

Spjegazzjonijiet possibbli ivarjaw min-nuqqas ta’ għarfien tal-eżistenza tal-iskemi u n-nuqqas ta’ ħeġġa li jingaġġaw mal-aġenzija għat-talbiet (l-Awtorità ta’ Assistenza). Barra minn hekk, fatturi kuntestwali – perċezzjoni tal-ostakli tal-ilsien, assenza ta’ sors ċentrali ta’ informazzjoni u l-involviment ta’ żewġ aġenziji – setgħu wasslu wkoll għal rata għolja ta' attirizzjoni matul il-proċess għat-talbiet.[14]

3.4. Skemi ta’ Kumpens tal-Istati Membri (Artikolu 12)

3.4.1. Eżistenza ta’ skemi nazzjonali ta’ kumpens

L-Artikolu 12 l-ewwel jesiġi l-eżistenza ta’ skemi nazzjonali dwar kumpens lil vittmi ta’ delitti intenzjonati vjolenti kommessi fit-territorji rispettivi tagħhom.

L-Istati Membri kollha minbarra l-Greċja jidher li ssodisfaw dan l-obbigu.

3.4.2. Avvenimenti ta’ vittimizzazzjoni koperti minn skemi u "kumpens ġust u xieraq" mitlub mill-Artikolu 12

L-istudju u l-websajt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali[15] fih diġà ammont sostanzjali ta’ informazzjoni dwar skemi nazzjonali ta’ kumpens It-taqsima segwenti tipprovdi ħarsa ġenerali tal-prassi attwali tal-iskemi nazzjonali ta’ kumpens fir-rigward ta’ żewġ fatturi essenzjali, fosthom il-kwistjoni tal-"avvenimenti ta’ vittimizzazzjoni" u l-kwistjoni ta’ "kumpens ġust u xieraq".

L-Istati Membri kollha minbarra l-Greċja jipprovdu kumpens għal vittmi ta’ delitti intenzjonati kontra persuna. Fir-rigward tal-qraba tal-vittmi ta’ delitti intenzjonati kontra persuna li jirriżultaw f'mewt tal-vittma, l-għadd ta' skemi li jkopru korriment fatali hu ta' 2:1 meta mqabbel ma' dawk li ma jkoprux dawn il-korrimenti. Il-maġġoranza tal-Istati Membri jeskludu korrimenti mhux intenzjonati, kemm tal-vittmi u kemm tal-qraba tagħhom.

Il-maġġoranza enormi ta’ Stati Membri jipprovdu kumpens kemm għal korriment personali u kemm għall-mewt. Hemm ukoll maġġoranza kbira li tinkludi l-mard u l-korriment mentali fl-iskemi tagħhom.

F’bosta każi, kemm il-vittmi u kemm il-qraba intimi tagħhom (meta l-offiża tkun omiċidju) jistgħu jkunu eleġibbli għall-kumpens.

L-Istati Membri kollha minbarra tnejn jimponu limitu ta’ żmien għat-tlestija u s-sottomissjoni ta’ talba għal kumpens, u l-biċċa l-kbira (3:1) jipprovdu li ċerti ċirkostanzi li jillimitaw jistgħu jiġu estiżi. Dawn iċ-ċirkostanzi jirrelataw l-aktar mal-konsegwenzi mediċi tad-delitti fuq il-vittmi.

Għall-kuntrarju, maġġoranza ta’ Stati Membri (2:1) ma jimponu l-ebda minimu finanzjarju tal-limitu għal kumpens, u fil-każ ta’ dawk li jagħmlu dan, il-minimu jvarja ħafna.

Minħabba li l-ebda waħda minn dawn l-iskemi ma tistabbilixxi t-tmiem tal-proċedimenti kriminali jew l-identifikazzjoni tal-agressur bħala kundizzjoni għall-eġibilità, hu meħtieġ li fi kważi l-iskemi kollha l-vittma tirrapporta l-offiża lill-pulizija Madanakollu, hemm kważi qasma ugwali bejn l-iskemi fejn tirrigwarda l-impożizzjoni tal-limitu taż-żmien għal dawn ir-rapporti. Fejn dawn ma jimponux limitu, l-iskemi huma kważi maqsuma b’mod ugwali dwar il-kwistjonijiet fejn il-limitu jkun jista’ jiġi estiż.

Kważi l-iskemi kollha fihom dispożizzjoni li vittmi li b’xi mod jikkontribwixxu għaċ-ċirkostanzi li fihom ikunu korrew jista' jkollhom il-kumpens tagħhom imnaqqas jew li t-talba tagħhom tiġi saħanisitra rrifjutata. Għall-kuntrarju, teżisti maġġoranza sostanzjali (4:1) ta’ skemi li fihom vittmi li għandhom rekord kriminali mhumiex għal dik ir-raġuni mċaħħda(b’mod sħiħ jew b’mod parzjali) mill-kumpens.

L-istħarriġ staqsa jekk l-iskemi tagħhom kinux jipprovdu, bħal ma tirrikjedi d-Direttiva, għal "kumpens ġust u xieraq". Il-mistoqsija kienet imwieġba minn anqas min-nofs l-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni. Dawk li wieġbu ddikjaraw li l-iskemi tagħhom ma kienu jissodisfaw dan l-istandard.

Il-persuni li wieġbu kienu mistoqsija għadd ta’ mistoqsijiet dwar il-valutazzjoni u l-ambitu tal-kumpens li kienu jipprovdu l-iskemi tagħom. Għall-maġġoranza tal-persuni li wieġbu (2:1) il-valutazzjoni tal-kumpens hu bbażat fuq il-liġi nazzjonali tagħhom għall-ħsarat għall-korriment persunali jew mewt. Ċerti skemi jħaddmu tariffa li tiffissa valur finanzjarju għall-korrimenti speċifiċi.

Barra minn għal telf mhux fi flus, il-maġġoranza enormi tal-iskemi jipprovdu għal kumpens għal telf ta’ flus li jkun ġej minn korriment (nuqqas ta’ dħul minn salarji, pereżempju), u ħafna minnhom jipprovdu għal kumpens għal diżabilitajiet fuq perjodu itwal ta’ żmien. B’mod simili, il-maġġoranza tal-iskemi jipprovdu għal kumpens lid-dipendenti kemm għal telf mhux ta' flus (romol) u kemm għal telf ta' flus (telf ta' dipendenza).

Teżisti maġġoranza ta’ skemi (4:1) li jimponu limitu massimu għat-total ta’ kumpens fi kwalunkwe każ. Iżda hemm qasma ugwali fuq il-kwistjoni dwar jekk għandux ikun hemm limitu massimu fuq kwalunkwe telf ta’ dħul finanzjarju.

Min jagħmel it-talba jista’ jibbenefika minn żewġ sorsi oħra ta’ kumpens: L-ewwel wieħed hu dak ta’ rkupru mill-aggressur. Il-liġi nazzjonali tista’ tipprovdi li l-aġenziji għat-talbiet tkun sobrogata għat-talba tal-vittma bil-liġi ċivili kontra l-attur. L-istħarriġ wera li maġġoranza żgħira ħafna tal-iskemi nazzjonali ma kinux jirrikjedu li vittmi jieħdu passi raġonevoli biex jeħdu rkupru mingħand l-attur. It-tieni sors hu dak ta’ benefiċċji kollaterali li jistgħu jingħataw mill-istat, minn min iħaddem lil dak li jagħmel it-talba jew minn linji proprji ta' politika ta’ assigurazzjoni. F’dan ir-rigward, il-persuni li wieġbu qablu li l-iskemi jistgħu jfittxu li ma jħallux li jsir irkupru doppju.

Għalkemm l-iskemi ta’ kumpens huma kumplessi u l-karatterisitiċi huma differenti fost l-Istati Membri, jidher li l-Istati Membri kollha li magħhom sar l-istħarriġ stabilixxew skema li tagħti kumpens lil vittmi ta’ delitti intenzjonati vjolenti.

Dwar il-ħtieġa għal kumpens ġust u xieraq, il-persuni li wieġbu l-istħarriġ qablu li kien hemm livell sostanzjali ta’ konformità bejn l-Istati Membri fir-rigward tad-dispożizzjoni ta’ "kumpens ġust u xieraq għal vittmi ta’ delitti intenzjonati vjolenti":

- Dawk kollha li wieġbu stqarrew li hu pprovdut kumpens għal vittmi ta’ delitti intenzjonati kontra l-persuna.

- Il-maġġoranza tal-Istati Membri jeskludu korrimenti mhux intenzjonati mill-iskema ta’ kumpens tagħhom.

- Il-maġġoranza enormi ta’ Stati Membri jipprovdu kumpens kemm għal korriment personali u kemm għall-mewt.

- Hemm ukoll kunsens li mard u korriment mentali għandhom jiġi inklużi fl-iskemi.

- Teżisti konformità kbira mal-istandard minimu li jipproponi li kemm il-vittmi u kemm il-qraba tagħhom (meta l-offiża tkun omiċidju) għandhom ikunu eleġibbli.

- L-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni kollha minbarra tnejn irrapportaw li jimponu limitu ta’ żmien biex titlesta u tiġi sottomessa talba għal kumpens.

- Kważi l-iskemi kollha fihom dispożizzjoni li vittmi li jikkontribwixxu għaċ-ċirkostanzi li fihom ikunu korrew jista' jkollhom il-kumpens tagħhom imnaqqas jew li t-talba tagħhom tiġi saħanisitra rrifjutata.

- Maġġoranza sostanzjali huma tal-fehma (mhux proposta fl-istandards minimi) li vittmi li għandhom rekord kriminali ma jistgħux għal dik ir-raġuni jiġu esklużi mill-kumpens.

- Il-maġġoranza enormi tal-iskemi jipprovdu kumpens għal telf finanzjarju li jkun ġej minn korriment u bosta jipprovdu kumpens għal diżabilitajiet fuq medda ta’ snin itwal.

- Ċerti skemi joperaw tariffa li tiffissa valur finanzjarju għall-korrimenti speċifiċi.

- Maġġoranza ta’ skemi jimponu limitu massimu għat-total ta’ kumpens fi kwalunkwe każ.

4. IL-MIżURI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAħT IL-KAPITOLI III TAD-DIRETTIVA

L-Artikolu 13(1) jesiġi li l-Istati Membri jibagħtu lill-Kummissjoni d-dettalji tal-listi tal-Awtoritajiet ta’ Assistenza u ta’ Deċiżjoni, l-ilsna msemmija fl-Artikolu 11, il-miżuri ta’ informazzzjoni skont l-Artikolu 4 u l-formoli ta’ applikazzjoni għall-kumpens.

13-il Stat Membru bagħtu l-informazzjoni mitluba: Il-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Franza, il-Latvja, l-Ungerija, l-Olanda, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Fl-Istati Membri l-oħra, għad hemm punti ta’ informazzjoni li jridu jimtlew.

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni stabilixxiet manwali li fih din l-informazzjoni skont l-Artikolu 13(2). Il-manwal hu tradott fl-ilsna kollha u ppubblikat fuq l-internet, fl-Atlas. Il-manwal qed jiġi aġġornat regolarment, fuq il-bażi tal-addizzjonijiet sussegwenti u tat-tariffi nnotifikati mill-Istati Membri.

Il-formoli standard għat-trażmissjoni tal-applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet previsti fl-Artikolu 14 kienu stabbiliti fid-19 ta’ April 2006 mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/337/KE.[16]

Il-Punti Ċentrali ta’ Kuntatt imsemmija fl-Artikolu 16 iltaqgħu darba, fit-23 ta’ Ottubru 2008.

5. KONKLUżJONIJIET

Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni qed tiġbed il-konklużjonijiet segwenti dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva:

- Dwar l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens rikjesti mid-Direttiva, jidher li l-Istati Membri pprovdew kumpens xieraq u ġust għal vittmi ta’ delitti intenzjonati vjolenti. F’dan ir-rigward, jidher li hemm livell sostanzjali ta’ konformità bejn l-Istati Membri kollha.

- Safejn jikkonċerna l-aspetti proċedurali tad-Direttiva għall-każi transkonfinali, l-Awtoritajiet ta’ Deċiżjoni u ta’ Assistenza huma pjuttost pożittivi dwar l-operazzjoni tas-sistema attwali inklużi l-Punti Ċentrali ta’ Kuntatt, l-użu tal-formoli standard, l-ilsna u l-użu tat-teknoloġija ta’ komunikazzjoni. Madanakollu, il-kwerelanti, huma ferm anqas pożittivi dwar il-proċess mill-awtoritajiet. Ħafna jsibu l-proċess għall-applikazzjoni kkumplikat u li jieħu ħafna ħin u jikkunsidraw li l-ostakli tal-ilsna – u l-komunikazzjoni b’mod ġenerali – jikkostitwixxu ostaklu kbir fl-iffaċilitar tal-proċess ta’ applikazzjoni tal-vittmi.

Il-Kummissjoni hi għalhekk tal-opinjoni li l-funzjoni tad-Direttiva għandha tittejjeb fir-rigward tal-aspetti segwenti tal-applikazzjoni tagħha:

- L-Istati Membri għandhom ifittxu li jiġbru d-dejta dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw l-effikaċja tal-proċess.

- L-Istati Membri - safejn ikun possibli – għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta aktar informazzjoni dwar id-Direttiva u dwar l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens liċ-ċittadini minħabba li ftit wisq kwerelanti jidher li huma konxji mid-drittijiet tagħhom.

- Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ilsien għad-Direttiva jiġu rrispettati sabiex jiġi żgurat l-aktar proċess effiċjenti għall-kwerelanti.

- Fl-aħħar nett, iċ-ċarezza u t-trasparenza dwar l-elementi prinċipali tal-iskemi nazzjonali ta’ kumpens hi importanti. Din tirrigwarda b’mod partikolari l-kwistjonijiet dwar liema offiżi huma inklużi fl-iskemi u liema korrimenti huma koperti minnnhom. L-Atlas u l-websajt tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f’Materji Ċivili u Kummerċjali fih diġà ammont sostanzjali ta’ informazzjoni dwar skemi nazzjonali ta’ kumpens Madanakollu, għandu jiġi kkunsidrat jekk humiex meħtieġa sforzi biex fil-websajts tagħhom tkompli tittejjeb l-informazzjoni disponibbli tad-Direttiva u dwar l-iskemi nazzjonali ta’ kumpens.

Minħabba l-perjodu qasir u l-esperjenza prattika limitata konsegwenti tal-applikazzjoni tad-Direttiva, il-Kummisssjoni mhux ser tipproponi emendi għad-Direttiva iżda qed tikkunsidra li l-implimentazzjoni tista’ tittejjeb fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet attwali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tuża l-poteri tagħha skont it-Trattat biex tħeġġeġ lill-Istati Membri biex ilestu l-miżuri li possibbilment għandhom xi nuqqasijiet.

- [1] ĠU L 261, 6.8.2004, p. 15. Ta’ min jinnota li l-bażi legali tad-Direttiva hu l-Artikolu 308 tat-Trattat tal-KE. Id-Direttiva hi b’hekk applikabbli fl-Istati Membri kollha, inkluża fid-Danimarka, li mhix koperta minn tali miżuri Komunitarji fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-ġustizzja ċivili li huma adottati taħt it-Titolu IV tat-Trattat tal-KE.

[2] Skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva, l-Istati Membri kellhom jimplimentaw id-Direttiva mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2006.

[3] L-Annessi tar-rapport huma ppreżentati mid-Dokument ta’ Ħidma tal-Impjegati tal-Kummissjoni nru

[4] Matrix Insight: L-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/80/KE dwar kumpens lil vittmi ta’ delitti RAPPORT EMPIRIKU, 12.12.2008, u l-Analiżi tal-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/80/KE dwar kumpens għal vittmi ta’ delitti RAPPORT FIL-QOSOR, 12.12.2008 (minn hawn ’il quddiem l-istudju"). L-istudju huwa disponibbli fuq: http://ec.europa.eu/justice_home/doc_centre/civil/studies/doc_civil_studies_en.htm.

[5] http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/html/cv_information_en.htm.

[6] L-iskadenza kienet il-31 ta’ Diċembru 2006 għall-Bulgarija u r-Rumanija.

[7] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Impjegati tal-Kummissjoni nru

[8] Każ K-2007/026, il-Kummissjoni v il-Greċja, sentenza tat-18 ta’ Lulju 2007.

[9] Dawn huma elenkati wkoll f’kapitolu 9.2 tal-Analiżi dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/80/KE dwar il-kumpens għal vittmi ta’ delitti – RAPPORT TA’ SINTEŻI, 12 ta’ Diċembru 2008.

[10] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Impjegati tal-Kummissjoni nru

[11] Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-Impjegati tal-Kummissjoni nru

[12] Fl-istħarriġ li sar mill-kuntrattur, il-maġġoranza ta’ dawk li wieġbu għażlu li ma jweġbux il-mistoqsijiet dwar l-applikazzjonijiet, ir-rikjesti għall-informazzjoni, id-deċiżjonijiet, is-seduti, eċċ. għalhekk id-dejta mifruxa mal-UE kollha hi pjuttost waħda approssimattiva fir-rigward ta’ dawn il-kwistjonijiet.

[13] Il-perjodi koperti mid-dejta disponibbli jvarjaw. L-għadd hu bbażat fuq l-istudju u fuq l-informazzjoni rċevuta fil-laqgħa tal-Punti Ċentrali ta' Kuntatt tat-23 ta' Ottubru 2008.

[14] Hemm raġunijiet oħra ta’ natura aktar ġenerali għar-rata għolja ta’ attrizzjoni (jiġifieri rata għolja ta’ każi li jaqgħu) jistgħu jinstabu fl-istudju

[15] http://ec.europa.eu/civiljustice/comp_crime_victim/comp_crime_victim_gen_en.htm.

[16] ĠU L 125, 12 ta' Mejju 2006, p. 25