Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill dwar l-użu li sar fl-2007 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill 300/76, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1873/2006 (dwar ix-xogħol bix-xift), 495/77, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), 858/2004 (dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) /* KUMM/2009/0152 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 1.4.2009 KUMM(2009) 152 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu li sar fl-2007 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill 300/76, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1873/2006 (dwar ix-xogħol bix-xift), 495/77, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), 858/2004 (dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL dwar l-użu li sar fl-2007 mill-istituzzjonijiet tar-Regolamenti tal-Kunsill300/76, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1873/2006 (dwar ix-xogħol bix-xift),495/77, kif l-aħħar emendat bir-Regolament 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby),858/2004 (dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli) 1. INTRODUZZJONI Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol standby (495/77) u dwar kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (858/2004) jeħtieġu li l-Kummissjoni tagħmel rapport b’mod regolari lill-Kunsill dwar in-numru ta’ uffiċjali u impjegati oħrajn f’kull kategorija li qed jirċievu il-benefiċċji msemmija fir-Regolament relevanti u dwar in-nefqa relevanti totali. Dan ir-rapport hu bbażat fuq iċ-ċifri ta’ sena sħiħa l-aktar reċenti li kienu disponibbli fiż-żmien tal-preparazzjoni tiegħu u b’hekk jirreferi għall-2007, li kienet l-ewwel sena sħiħa li kienet taħt ir-Regolamenti modifikati, kif approvati mill-Kunsill f’Diċembru 2006. Dan ikopri l-Istituzzjonijiet kollha, u għall-fini ta’ kompletezza jinkludi wkoll l-istess tip ta’ informazzjoni dwar l-użu tax-xogħol bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill 300/76). 2. BENEFIċċJU GħAX-XOGħOL BIX-XIFT Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal, u r-Regolament tal-Kunsill 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendati l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill 1873/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006. Il-ħlas tal-benefiċċju hu limitat għal uffiċjali u impjegati oħrajn mħallsa mill- appropjazzjonijiet għal riċerka u mħaddma: - fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (ĊKR), jew - f’azzjoni indiretta, jew mħallas mill- appropjazzjonijiet operattivi u mħaddma: - f’dipartiment tas-servizzi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), - f'dipartiment ta’ sikurezza u sigurtà, - f’servizz ta’ swiċċbord/informazzjoni tat-telefon jew f’desk ta' reception, - f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD) jew għal arranġamenti ta' koordinament fi kriżijiet u emerġenzi, jew - biex imexxu jew jagħmlu superviżjoni ta' stallazzjonijiet tekniċi. Dwar il-ħlas ta’ kull xahar huma provduti erba’ rati differenti (ċifri għall-2007): - rata 1: xogħol b’żewġ xiftijiet, bl-esklużjoni ta’ tmiem il-ġimgħa: EUR 357 - rata 2: xogħol b’żewġ xiftijiet, inklużi l-iljieli u ta’ tmiem il-ġimgħa: EUR 540 - rata 3: 24 siegħa kuljum, bl-esklużjoni ta’ tmiem il-ġimgħa: EUR 590 - rata 4: 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa: EUR 805 Iċ-ċifri li jmiss jindikaw in-numru ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni. 2.1. Numru ta’ benefiċjarji skont ir-rata: Istituzzjoni | Rata 1: EUR 357,- | Rata 2: EUR 540,- | Rata 3: EUR 590,- | Rata 4: EUR 805,- | Total | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | IL-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Kummissjoni | 247 | 75 | 31 | 353 | - li minnhom: ĊKR | 201 | 14 | 31 | 246 | Il-Kunsill | 50 | 0 | 0 | 50 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Awdituri | 0 | 0 | 0 | 0 | KESE | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | KEPD | 0 | 0 | 0 | 0 | L-Ombudsman | 0 | 0 | 0 | 0 | Total | 297 | 75 | 31 | 403 | 3.2. Numru ta’ benefiċjarji skont il-grad: Istituzzjoni | AD | AST | Aġent Kuntrattwali | Total | Il-Kummissjoni | 103 | 214 | 36 | 353 | - li minnhom: ĊKR | 78 | 139 | 29 | 246 | Il-Kunsill | 9 | 41 | 0 | 50 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Awdituri | 0 | 0 | 0 | 0 | KESE | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | KEPD | 0 | 0 | 0 | 0 | L-Ombudsman | 0 | 0 | 0 | 0 | Total | 112 | 255 | 36 | 403 | 3.3. Numru ta’ benefiċjarji skont l-iskop: Istituzzjoni | ĊKR | Azzjonijiet indiretti | Stallazzjoni teknika | Sikurezza u Sigurtà | ICT | PESK/ PESD | SM 24/7 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Kummissjoni | 35 | 191 | 31 | 257 | - li minnhom: ĊKR | 35 | 191 | 31 | 257 | Il-Kunsill | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Awdituri | 0 | 0 | 0 | 0 | KESE | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | KEPD | 0 | 0 | 0 | 0 | L-Ombudsman | 0 | 0 | 0 | 0 | Total | 35 | 191 | 31 | 257 | 5. SERVIZZI KKONċERNATI U MOTIVAZZJONI Iċ-ċifri ta' hawn fuq juru li fl-2007 l-Kunsill u l-Kummissjoni biss kienu qed jużaw dawn il-benefiċċji. Il-Parlament Ewropew, il-Qorti tal-Ġustizja, il-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-Ombudsman Ewropew m’għamlul-ebda użu minnhom. Il-benefiċċju dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli kien applikat biss mill-Kummissjoni, fi ħdan iċ-ĊKR. 5.1. Motivazzjoni għax-xogħol bix-xift Il-Kummissjoni: Fi ħdan il-Kummissjoni, hi ċ-ĊKR li għanda l-aktar bżonn għal din it-tip ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol (82 mit-total ta’ 130 tal-Kummissjoni), għal bosta raġunijiet tekniċi . Fid-DGs l-oħrajn (baġit operattiv), ix-xogħol bix-xift qed isir bi 48 persuna u fit-tipi ta’ servizzi li ġejjin: - Sigurtà u prevenzjoni: 21 - Stallazzjonijiet tekniċi: 15 - It-Teknoloġija tal-Informatika u tal-Komunikazzjoni (ICT): 5 - Telefon/reception: 7 L-erba’ tipi kollha ta’ rati (tipi ta’ benefiċjarji) huma applikati fil-Kummissjoni, b’mod predominanti r-rati 2 u 4, b’din tal-aħħar (xogħol kontinwu) qed tintuża prinċipalment fis-servizzi tas-sigurtà. Il-Kunsill: In-numru ta’ benefiċċji għax-xogħol bix-xift fil-Kunsill huwa ta’ 103. Dan il-benefiċċju jintuża b’mod esklużiv fl-oqsma tas-sigurtà u l-prevenzjoni u l-PESK/PESD. It-tipi ta’ xogħol bix-xift huma jew arranġament ta’ żewġ xiftijiet (rata 1) jew servizz ta’ ġurnata ta’ 24 siegħa kontinwi (rata 4). 5.2. Motivazzjoni għax-xogħol standby Il-Kummissjoni: Fl-2007, il-Kummissjoni ħallset benefiċċju għal standby lil xi 353 membru tal-persunal, aktar minn żewġ terzi (246) minnhom impjegati f’wieħed miċ-ċentri tar-riċerka. Mit-total ta’ 246 persuna impenjati fix-xogħol standby fiċ-ĊKR, 107 ġew impjegati f’Ispra, 41 f’Karlsruhe, 70 f’Geel u 28 f’Petten. Ir-raġunijiet għal xogħol standby huma normalment relatati mas-sigurtà u mas-sikurezza, minn puluzija tat-tifi tan-nar sa protezzjoni radjoloġika għall-monitoraġġ tar-radjazzjoni, kif ukoll xi servizzi tekniċi. Fil-biċċa l-kbira tal-każi taċ-ĊKR, ix-xogħol standby isir id-dar, bl-eċċezzjoni ta’ Ispra u Karlsruhe, fejn ix-xogħol isir fil-post tax-xogħol jew id-dar u fil-post tax-xogħol. Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, is-servizz ta’ standby baqa’ jintuża partikolarment fis-servizz ċentrali tal-informatika (DIGIT), fejn 32 persuna għamlu dan it-tip ta’ xogħol. Ċerti dipartimenti tekniċi oħrajn (l-Uffiċji għall-Infrastruttura fi Brussell u Lussemburgu, l-Uffiċju tal-Pubblikazzjonijiet) u l-OLAF kellhom iżommu wkoll is-servizzi ta’ standby, kif ukoll numru limitat ta’ persunal għas-sigurtà. Aktar minn hekk, żewġ uffiċjali tal-ECHO u tlieta tad-DĠ RELEX żguraw li kien hemm disponibbiltà kontinwa għall-missjonijiet barra mill-pajjiż fil-każ ta’ kriżijiet jew problemi ta’ sigurtà. Fl-aħħar, erba’ uffiċjali tad-DĠ għall-Ġustizja, Libertà u Sigurtà, żguraw li kien hemm operat kontinwu tal-unità ċentrali għall-ipproċessar tal-EURODAC. Il-Kunsill : In-numru ta’ persuni li jirċievu benefiċċju għax-xogħol standby fil-Kunsill fl-2007 kienu 50. Huma kienu limitati għat-tħaddim u s-superviżjoni tal-istallazzjonijiet tekniċi, għas-servizzi ta’ sigurtà u biex jappoġġaw il-PESK/PESD Ix-xogħol ta’ standby kien isir esklużivament mid-dar. 5.3. Motivazzjoni għall-benefiċċju li jingħata minħabba kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli Il-Kummissjoni: Il-Kummissjoni hi l-unika istituzzjoni li tuża din id-dispożizzjoni u, fi ħdan il-Kummissjoni, l-użu tagħha fl-2007 kien għadu limitat għaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka. Rigward il-kriterji għall-kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, it-tliet kategoriji kollha elenkati fir-Regolament u li għalihom il-benefiċċju li jista’ jingħata kien applikabbli, jiġifieri rigward a) is-sikurezza tal-individwu (eżempju: li jilbsu ħwejjeġ ta' protezzjoni li huma partikolarment skomdi), b) il-post tax-xogħol (eżempju: livelli għoljin ta’ ħsejjes, postijiet perikolużi) u c) in-natura tax-xogħol (pereżempju: il-ġarr ta’ sustanzi korrużivi). In-numru totali ta’ sigħat maħduma taħt dawn il-kondizzjonijiet varji jammonta għal 221 957 siegħa fl-2007, imqassma kif ġej: 69 457 siegħa relatati ma’ protezzjoni individwali, 138 400 siegħa relatati mal-post tax-xogħol, u 14 100 siegħa dwar in-natura tax-xogħol. 6. NEFQA BAġITARJA GħALL-2007, SKONT L-ISTITUZZJONI U L-BENEFIċċJU (F’ EUR ) Istituzzjoni | Xogħol bix-xift | Xogħol standby | Kondizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli | Total | Il-Kummissjoni | 754,691.44 | 1,552,594.52 | 627,727.51 | 2,935,013.47 | - li minnhom: ĊKR | 335,053.72 | 700,973.78 | 627,727.51 | 1,663,755.01 | Il-Kunsill | 645,660.22 | 76,763.52 | 0 | 722,423.74 | Il-Parlament | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Ġustizzja | 0 | 0 | 0 | 0 | Il-Qorti tal-Awdituri | 0 | 0 | 0 | 0 | KESE | 0 | 0 | 0 | 0 | KtR | 0 | 0 | 0 | 0 | KEPD | 0 | 0 | 0 | 0 | L-Ombudsman | 0 | 0 | 0 | 0 | Total | 1,400,351.66 | 1,629,358.04 | 627,727.51 | 3,657,437.21 | In-nefqa totali, li hi l-ammont totali minfuq għat-tliet benefiċċji kollha u fl-istituzzjonijiet kollha f'daqqa tal-Komunità, kienet ta' xi EUR 3.7 miljun fl-2007.