Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Strateġija għar-R&Du l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa: Ngħollu l-mira {SEC(2009) 289} /* KUMM/2009/0116 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 13.3.2009 KUMM(2009) 116 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Strateġija għar-R&Du l-Innovazzjoni fil-qasam tal-ICT fl-Ewropa: Ngħollu l-mira {SEC(2009) 289} Din il-Komunikazzjoni tipproponi strateġija sabiex jiġi stabbilit r-rwol ta' tmexxija industrijali u teknoloġiku tal-Ewropa fit-teknoloġiji tal-informatika u l-komunikazzjoni (ICT), tagħmel lill-Ewropa aktar attraenti għall-investimenti u l-ħiliet fl-ICT, u tiżgura li l-ekonomija u s-soċjetà tagħha jibbenefikaw bis-sħiħ mill-iżviluppi fl-ICT. L-istrateġija tfittex li żżid l-isforzi fir-riċerka u l-innovazzjoni fl-ICT (R&D&I) u biex timmassimizza l-impatt tagħhom fil-kuntest ekonomiku tal-lum billi tibni fuq l-assi li għandha l-Ewropa. Tifforma parti mit-tħejjijiet għal pjan Ewropew għall-innovazzjoni u r-riċerka, li jiġbor fih it-teknoloġiji ewlenin tal-ġejjieni fosthom l-ICT, kif mitlub mill-Kunsill Ewropew[1]. ICT LI JIRFED L-ħOLQIEN TAL-VALUR U L-IżVILUPP SOċJOEKONOMIKU L-ICT jipprovdu l-infrastruttura u l-għodod essenzjali għall-ħolqien, il-qsim u t-tixrid tal-għarfien. Jagħtu spinta lill-kapaċità innovattiva tas-setturi kollha u jikkontribwixxu għal aktar minn 40 % tat-tkabbir totali tal-produttività[2]. Is-suq dinji tal-ICT laħaq EUR 2 000 biljun u qiegħed attwalment jikber b'4 % fis-sena. L-Ewropea tirrappreżenta 34 % minnu; madankollu, il-valur miżjud tas-settur tagħha tal-ICT jgħodd biss għal 23 % tat-total[3]. Is-settur jirrapreżenta 4.5 % tal-PGD Ewropew u anki aktar jekk jingħadd il-valur miżjud tal-ICT fis-setturi l-oħra. L-ICT huma wkoll essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali tal-Ewropa. Iġibu magħhom soluzzjonijiet uniċi, perżempju, għall-ħtieġa dejjem tikber għal kura tas-saħħa sostenibbli u tixjiħ xieraq, għal siġurtà u privatezza aħjar, għal ekonomija b'livell aktar baxx ta' karbonju u għal trasport intelliġenti. L-importanza tal-ICT hija riflessa fil-baġits tal-R&D madwar id-dinja kollha, fejn l-ICT tipikament jirrapreżentaw aktar minn 30 % tat-total[4]. Dan juri wkoll li għadna ninsabu fil-fażijiet bikrin tar-rivoluzzjoni tal-ICT. Illum, biex tikkompeti fuq skala globali, l-Ewropa jeħtiġilha li kontinwament issaħħaħ bażi solida ta' għarfien fl-ICT, tfassal l-iżviluppi fl-ICT u tuża bl-aħjar mod l-innovazzjonijiet fl-ICT mill-bidunett. ĦTIEġA GħAL STRATEġIJA Minn ta' quddiem biex noħorġu mir-reċessjoni ekonomika L-ICT jipprovdu għodod vitali għall-ħruġ mir-reċessjoni ekonomika attwali[5], biex jinbnew ekonomiji b'saħħithom, jinkisbu ż-żidiet meħtieġa fl-effiċjenza fis-settur pubbliku tagħna u biex jitnaqqsu l-ispejjeż dejjem jogħlow marbuta ma' pereżempju t-tixjiħ, l-enerġija u l-ambjent. Il-kriżi ekonomika attwali tista' thedded it-titjib riċenti fl-investimenti privati fir-R&D fl-ICT. Huwa għalhekk wisq aktar importanti li jiġi żgurat li l-politiki pubbliċi joħolqu l-kundizzjonijiet xierqa biex jiġi sostnut u anki jiżdied l-appoġġ għall-R&D. Għadd ta' innovazzjonijiet fl-ICT illum huma maturi biżżejjed biex jinfirxu u jintużaw aktar fl-infrastrutturi moderni. Pereżempju, netwerks broadband joħolqu domanda għal prodotti u servizzi ġodda; servizzi diġitali interoperabbli pan-Ewropej bħal mhuma l-firem-e, l-identifikazzjoni-e u l-akkwist-e huma importanti biex is-suq uniku jaħdem sew; is-Sistemi Intelliġenti tat-Trasport jikkontribwixxu għal trasport aktar nadif, aktar effiċjenti u aktar sikur. Opportunitajiet ġodda għal rwol ta' tmexxija L-ekonomiji li jistabbilixxu d-direzzjoni u l-pass tal-bidliet fl-ICT ser ikunu wkoll dawk li jgawdu l-aktar mill-iżviluppi fl-ICT. L-Ewropa għandha l-opportunità li tkun fuq quddiem nett biex tiżviluppa, tikkontrolla u tfassal l-'Internet tal-Ġejjieni' li gradwalment ser jieħu post il-web, in-netwerks fissi u mobbli u l-infrastrutturi tas-servizzi attwali[6]. Il-fatt li se jkunu hemm interkonnessjoni ta' triljuni ta' apparati b'veloċità lil hinn minn mijiet ta' Mbits/s ser ibiddel il-mod ta' kif nikkomunikaw u l-aċċess għall-għarfien u ser iġib trasformazzjoni radikali fis-sistemi tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni u tas-servizzi fis-settur privat u pubbliku. Ser naraw parteċipazzjoni dejjem akbar tal-utenti, b'netwerks komunitarji, sistemi peer-to-peer u kontenut iġġenerat mill-utenti jipprovdu tipi ġodda ta' kontenut diġitali. In-nies mhux biss ser ikollhom ikunu kapaċi jsibu l-informazzjoni iżda wkoll li jirraġunaw u jitgħallmu dwarha. L-Ewropa għandha wkoll tkun fuq quddiem nett tal-ġenerazzjoni li jmiss tal-komponenti u s-sistemi tal-ICT billi taħtaf l-opportunitajiet ġodda li jfeġġu fin-nanoeletronika, il-fotonika u l-elettronika organika, kif ukoll fis-sistemi intelliġenti għas-swieq bħal mhuma tal-karozzi u tas-saħħa. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li tkun l-ewwel b'mudelli teknoloġiċi radikali ġodda u fl-R&D multidixxiplinari ġodda fuq il-fruntieri bejn l-ICT u oqsma oħra. L-Ewropa immotivata mill-isfidi soċjali tagħha għandha wkoll tmexxi t-trasfomazzjonijiet tal-ICT. Pereżempju, għandha tkun il-prekursur fl-iżvilupp tas-sistemi personalizzati tas-saħħa msejsa fuq l-ICT li għandhom itejbu b'mod sinifikanti d-djanjożi u l-kura tal-mard[7] u jtawlu l-indipendenza tal-anzjani. L-Ewropa għandha wkoll tixpruna l-progress fl-għodod tal-monitoraġġ u l-kontroll imsejsa fuq l-ICT li għandhom jgħinu biex tiġi ottimizzata l-effiċjenza enerġetika, is-sikurezza u s-sigurtà fil-bini u fit-trasport[8]. L-Ewropa għandha ħakma rikonnoxxuta fl-oqsma tal-ICT bħal mhuma t-tagħmir u s-servizzi tat-telekomunikazzjoni, is-softwer għall-impriżi, ir-robotika, it-teknoloġiji tas-sigurtà u l-fotonika. Hija wkoll l-ewwel waħda fid-dinja għas-swieq tal-applikazzjonijiet tal-ICT bħal mhuma t-telemediċina u t-tagħmir mediku, fl-elettronika tal-karozzi u areospazjali, u fl-ICT integrati li huma fil-qalba tal-innovazzjoni fil-prodotti u s-servizzi kollha. Dawn ipoġġuna fl-ewwel post biex nikkontrollaw u nfasslu l-evoluzzjoni tal-ICT u naħtfu l-opportunitajiet li ġejjin. Fil-proċess l-Ewropa għandha tippromwovi mudelli ġodda, aktar flessibbli u miftuħa tal-innovazzjoni bl-utenti ewlenin u l-komunitajiet tal-innovazzjoni jkollhom rwoli sinifikanti fl-R&D iggwidati mill-esperjenza. Nuqqas ta' investiment fl-R&D u l-innovazzjoni fl-ICT Fl-UE, l-R&D fl-ICT jgħoddu għal kwart tal-infiq privat kollu fl-R&D, terż tal-impjiegi kollha fir-R&D, u għall-wieħed minn kull ħames privattivi[9] Anki hekk, is-settur tan-negozju tal-ICT fl-UE jonfoq fl-R&D anqas minn nofs mill-kontraparti tiegħu l-Istati Uniti, li jgħoddu għal nofs il-qabża totali fl-infiq privat fl-R&D. Barra minn dan, hemm defiċit dejjem jikber fl-UE ta' ħiliet kwalifikati fl-R&D fl-ICT, b'riżultat ta' diversi mijiet ta' eluf ta' postijiet tax-xogħol vojta[10]. L-Ewropa għandha relattivament ftit poli ta' eċċellenza fl-ICT irrikonnoxxuti internazzjonalment. Dan jeffettwa l-attrazzjoni tal-Ewropa għat-tfal tal-iskola, l-istudenti u r-riċerkaturi kif ukoll għall-investimenti privati. Kalifornja weħidha tiġbed id-doppju tal-kapital ta' riskju daqs l-Ewropa kollha[11]. L-akkwist qabel il-kummerċalizzazzjoni tal-ICT sabiex jiġu mmodernizzati s-servizzi pubbliċi preżentament jintuża ftit wisq fl-Ewropa. Jirrappreżenta inqas minn EUR 1 biljun fl-UE meta mqabbel ma' aktar minn EUR 10 biljun fl-Istati Uniti[12]. Dan mhux biss jeffettwa l-kwalità u l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi tagħna; jirrappreżenta wkoll opportunitajiet mitlufa biex jinfetħu swieq ġodda għall-fornitur Ewropew msejsa fuq il-ħolqien tal-vantaġġi kompetittivi tal-ewwel attur. Ostakli għat-tkabbir tan-negozju tal-ICT Id-dħul, is-sopravivenza u l-ħruġ min-negozju huma komparabbli madwar l-UE u r-reġjuni li jikkompetu. F'partijiet oħra tad-dinja, madankollu, l-impriżi ġodda ta' suċċess jespandu aktar malajr, id-debuttanti juru firxa akbar fil-livelli tal-produttività u l-impriżi aktar produttivi għandhom xejra akbar li jżidu sehemhom fis-suq[13]. Dan jindika li fl-UE l-ostakli għat-tkabbir jirrapreżentaw problema akbar mill-ostakli biex jinbeda negozju. Ir-raġunijiet għalfejn l-SMEs Ewropej mhumiex jikbru huma diversi, pereżempju kundizzjonijiet anqas minn ottimali għall-aċċess tagħhom għas-suq, l-innovazzjoni u l-finanzi; piżijiet regolatorji żejda. Swieq frammentati għall-innovazzjoni fl-ICT Il-frammentazzjoni tas-suq Ewropew għall-prodotti u s-servizzi innovattivi tal-ICT hija wieħed mill-fatturi ewlenin li jirriżultaw f'investimenti baxxi u żvilupp kajman tal-SMEs bi tkabbir qawwi. Il-kundizzjonijiet tal-qafas għar-regolazzjoni, ir-reġimi tal-istandardizzazzjoni u tad-dritt tal-proprjetà intelletwali (DPI) jeħtiġilhom jadattaw għar-realtajiet ġodda. Anki bil-liberalizzazzjoni tas-settur Ewropew tat-telekomunikazzjoni, xorta għadu ma nkisibx suq intern reali. L-istrutturi u l-proċessi tal-istandardizzazzjoni jeħtiġilhom isiru aktar aġli u reattivi, u b'distinzzjoni aktar ċara bejn il-missjonijiet li jitolbu intervent pubbliku u dawk marbuta aktar mad-dinamika tas-suq. Is-sistema tad-DPI wkoll jeħtiġilha tittejjeb bil-ħolqien ta' privattiv Komunitarju għall-kumpaniji innovattivi tal-ICT sabiex jipproteġu l-invenzjonijiet tagħhom fis-suq uniku[14]. Id-domanda frammentata pubblika għal u l-adozzjoni kajmana tal-innovazzjonijiet msejsa fuq l-ICT fis-settur pubbliku fl-Ewropa huma żvantaġġi kbar. Sikwi ftit hemm kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi li jakkwistaw soluzzjonijiet innovattivi msejsa fuq l-ICT (pereżempju għas-saħħa, it-trasport, l-enerġija) u dawk responsabbli mill-R&D/Innovazzjoni. Dan ifisser nuqqas ta' kuxjenza tal-ħtiġijiet il-ġodda tas-servizz pubbliku, fuq naħa, u nuqqas ta' għarfien dwar l-innovazzjonijiet teknoloġiċi, fuq in-naħa l-oħra, kif ukoll rabtiet dgħajfa bejn il-programmi tal-R&D/innovazzjoni u l-akkwist. Frammentazzjoni fl-R&D fl-ICT u fl-isfrozi fl-innovazzjoni Minkejja l-isforzi riċenti tal-bidu, bħall-Inizjattivi Konġunti fit-Teknoloġija[15] (IKT) u l-Programmi Konġunti tar-Riċerka skont is-seba' Programm ta' Qafas tal-UE għar-R&D(7PQ), ix-xenarju Ewropew tal-R&D fl-ICT għadu frammentat[16]. Qajla tista' tidher rabta fit-'trijangolu tal-għarfien' bejn l-innovazzjoni, l-R&Du l-politiki tal-edukazzjoni li ta' spiss jitfasslu f'iżolazzjoni minn ministeri differenti u f'livelli differenti. Il-konsegwenzi huma: duplikazzjoni tal-isforzi, nuqqas ta' massa kritika, diffikultajiet fl-indirizzar konġunt tal-isfidi komuni u, fl-aħħar mill-aħħar, redditu anqas minn ottimali mill-investimenti fil-R&D. Mekkaniżmi komplikati tal-finanzjament L-entitajiet tal-UE, tal-Istati Membri (SM) u intergovernattivi għandhom politiki u azzjonijiet kuplimentari sabiex isostnu l-R&D&I fl-Ewropa. Sabiex tipprovdi gwida dwar l-użu tal-Fondi Komunitarji, il-Kummissjoni Ewropea (KE) ippubblikat il-'Gwida Prattika tal-opportunitajiet għall-fondi mill-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni'. Madankollu, il-benefiċjarji potenzjali ta' spiss jikkonfondu meta jiġu biex jiddeċiedu liema sors ta' finanazjament huwa l-aktar adattat għall-attività partikolari. Għalkemm l-evalwazzjoni expost tal-R&D Ewropej fl-ICT li twettqet mill-Aho Panel fl-2008 ikkonkludiet li l-investiment kien ġestit sew u kien effikaċi fil-ksib tal-għanijiet tiegħu, u anki bit-titjib li sar bit-tnedija tas-7PQ, il-Panel sejjaħ għal mekkaniżmi aktar sempliċi u flessibbli billi jiġi żviluppat approċċ mibni aktar fuq il-fiduċja fil-parteċipanti. STRATEġIJA GħAL RWOL TA' TMEXXIJA Sabiex jissaħħu l-vantaġġi u jinħatfu l-opportunitajiet il-ġodda fl-ICT, l-Ewropa jeħtiġilha tgħolli l-miri tagħha. Strateġija aktar effiċjenti u sistematika għall-R&D&I fl-ICT għandha tindirizza kemm il-provvista kif ukoll id-domanda, iddaħħal fiċ-ċiklu tal-innovazzjoni u fit-'trijangolu tal-għarfien' aktar interazzjonijiet bejn l-utenti u l-produtturi u irbit aħjar tal-politiki fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE – skont l-istrateġija wiesgħa tal-UE għall-innovazzjoni u tibni fuq iż-Żona Ewropea ta' Riċerka. Dan jitlob li r-riżorsi u l-partijiet interessati jkun mobilizzati fuq tliet fronti interrelatati: 1. Jiżdiedu kemm l-investimenti pubbliċi kif ukoll privati fl-R&D&I fl-ICT fl-Ewropa u tiżdied effiċjenza tagħhom 2. Jiġu pprijorizzati l-R&D&I fl-ICT fl-Ewropa fl-oqsma ewlenin u titnaqqas il-frammentazzjoni tal-isforzi 3. Jiġi ffaċilitat t-tinbit ta' swieq ġodda pubbliċi u privati għas-soluzzjonijiet innovattivi msejsa fuq l-ICT Jiżdiedu l-investimenti u titjieb l-effiċjenza tagħhom L-Ewropa għandha żżid l-investimenti tagħha ħalli fi żmien għaxar snin naraw l- irduppjar tal-investimenti fl-R&D fl-ICT f'valur. 1. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-politiki pubbliċi joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jiġi sostnut l-appoġġ għall-R&D. L-impennji annwali għall- R&D li jikkooperaw mal-ICT fil-livell tal-UE skont is-7PQ għandhom jiżdiedu minn EUR 1.1 biljun fl-2010 għal EUR 1.7 biljun fl-2013. L-Istati Membri huma mistiedna jżidu bl-istess ammont il-baġit tal-programmi nazzjonali tagħhom billi jċaqalqu xi riżorsi pubbliċi eżistenti u jfittxu modi ġodda kif jiżguraw fondi pubbliċi u privati, filwaqt li jevitaw l-effetti tas-sostituzzjoni u jiżguraw li l-investituri privati jkomplu jikkompetu għall-aħjar ideat. Fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji, l-Istati Membri huma wkoll imħeġġa jesploraw modi biex itejbu l-effiċjenza tal-infiq pubbliku fl-R&D fl-ICT. Il- KE għandha tkompli tissorvelja u tqabbel l-investimenti fl-R&D fl-ICT fl-UE9. 2. Iż-żieda tal-akkwist pubbliku tal-innovazjonijiet tal-ICT u lR&D għandhom iżidu l-kwalità tas-servizzi pubbliċi tagħna u joħolqu vantaġġi kopetittivi tal-ewwel attur. L- Istati Membri huma mistiedna li jinvolvu ruħhom fl-użu aktar strateġiku u estiż tal-akkwist pubbliku tal-innovazzjonijiet tal-ICT u l-R&D u biex jesploraw l-użu tal- akkwist qabel il-kummerċalizzazzjoni 11. L- KE għandha ssostni l-azzjonijiet li jippromwovu l- qsim tal-esperjenza u teżamina modi biex tinċentiva l-akkwist qabel il-kummerċalizzazzjoni li jsir b'mod konġut. 3. Iż-żieda fl-infiq pubbliku fuq l-R&D fl-ICT hija essenzjali imma mhix biżżejjed biex tiġbed l-investiment privat. L-iskemi użati għall-ewwel darba fl- IKT skont is-7PQ urew kif l-industrija tinġibed lejn sħubijiet pubbliċi privati (SPP) li jħaffu l-innovazzjoni, permezz ta' strateġiji komuni għall-izvilupp teknoloġiku, il-qsim tar-riżorsi u operazzjonijiet aktar aġli u eħfef. Il- KE għandha teżamina oqsma oħra fejn l-istrateġiji mħallta u r-riżorsi huma importanti, bħall-Internet tal-Ġejjieni , ħalli tara kif l- SPP jistgħu jixprunaw l-innovazzjoni u l-kompettitività. Għandha teżamina wkoll kif is-SPP jistgħu jiżviluppaw fl-oqsma tal-applikazzjonijiet u s-servizzi tal-ICT, possibbilment ma' temi oħra fis-7PQ pereżempju permezz ta' sejħiet koordinati. 4. Sors ieħor addizzjonali u importanti għas-sostenn tal-R&D&I fl-ICT huwa disponibbli permezz tal- Politika ta' Koeżjoni . L- Istati Membri u r-reġjuni huma mħeġġa jżommu l-allokazzjonijiet tagħhom għall-investiment fir-R&D&I, fosthom il-kofinanzjament tal-kostruzzjoni u l-armar tal- faċilitajiet tal-R&D fl-ICT u jsostnu approċċi ġodda bħal mhuma r-R&Dimmotivati mill-utenti u l-esperjenza. 5. Huwa meħtieġ sforz speċjali biex jiġi ffaċilitat aktar l-aċċess tan-negozji, mhux l-anqas l-SMEs u l-impriżi ta' daqs medju, għal kapital ta' riskju, ishma privati u self għal-R&D fl-ICT. Il- KE għandha tistabbilixxi pjattaformi għal djalogi aktar intensivi bejn l-investituri u l-innovaturi tal-ICT madwar l-Ewropa. Għandha tagħmel sforz biex tipprovdi garanziji għall-investiment f'kumpaniji tal-ICT bi tkabbir qawwi permezz tal-Fond Ewropew tal-Investiment, il-Faċilità Finanzjarja tal-Qsim tar-Riskju skont is-7PQ u strumenti oħra tal-BEI . Għandha ssostni wkoll it- tkabbir tal-kuxjenza madwar id-dinja tat-teknoloġiji Ewropej u tal-opportunitajiet relatati ta' negozju. Barra minn dan, il- KE għandha wkoll issegwi l-politika tagħha li tħeġġeġ aktar il-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ICT fis-7PQ u lil hinn. L- Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jsaħħu l-isforzi tagħhom f'dan il-qasam, speċjalment permezz ta' politiki aktar ikkonċentrati u appoġġ għall-SMEs innovattivi , fost l-oħrajn peremzz tal-inizjattiva Eurostars msejsa fuq l-Artikolu 169 tat-Trattat, fi ħdan regoli definiti mill-linji gwida dwar il-kapital ta' riskju, il-qafas tar-R&D&I u r-Regolament riċenti dwar l-Eżenzjoni Ġenrali ta' Kategorija. L-awtoritajiet, tal-ġestjoni, nazzjonali u reġjonali tal- Istati Membri jistgħu jagħżlu li jipparteċipaw fil- JEREMIE u jużaw il- ERDF sabiex irawmu l-ħolqien ta' negozju ġdid u l-espansjoni tal-SME. Prijoritizzar u tnaqqis tal-frammentazzjoni L-Ewropa jeħtiġilha tikkoordina aħjar il-politiki tagħha u tikkonċentra u tispeċjalizza r-riżorsi tagħha, mhux l-anqas għat-tinbit ta' poli tal-eċċellenza ta' kalibru dinji fl-Ewropa . Dan jinvolvi kollaborazzjoni akbar bejn il-Komunità, l-iSM, ir-reġjuni, l-industrija u d-dinja akkademika, bil-Komunità tagħmilha l-aktar ta' faċilitatur għall-kollaboraturi multilaterali transnazzjonali. 1. L-ewwel livell ta' koordinazzjoni huwa l-iżvilupp ta' strateġiji u politiki komuni madwar l-UE. L- Istati Membri huma mistiedna jsaħħu d-djalogu stabbilit fi ħdan il-Forum tad-Diretturi Nazzjonali tar-Riċerka fl-ICT u biex jinkludu interazzjonijiet aktar qawwija ma' gruppi bħal mhuma l-Grupp ta' Konsulenza tal-ICT u l-Pjattaformi Ewropej tat-Teknoloġija (PET) b'rabta mal-ICT. Fis-setturi essenzjali, bħal mhuma n-nanoelettronika u servizzi bbażati fil-web, hija meħtieġa b'mod urġenti viżjoni komuni Ewropea mhux għall-R&D biss iżda wkoll u fuq kollox għall-katina kollha kemm hi tal-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-ħiliet u għar-rwol tal-politiki pubbliċi fl-ixprunar tal-kompetittività. Il-KE għandha ssaħħaħ il- gruppi tal-partijiet interessati , tibni fuq ix-xogħol li sar fil-PET, biex tfassal pjani mill-R&D sal-kummerċalizzazzjoni, u biex tipproponi prijoritajiet għall-politiki pubbliċi għall-iżvilupp tas-setturi essenzjali fl-Ewropa. 2. Għandu jittieħed pass ulterjuri meta jkun neċessarju l- qsim tar-riżorsi sabiex tiġi indirizzata xi sfida. Abbażi tal-esperjenza miksuba mill-EUREKA, l-IKT u l- Programm Konġunt ta' Riċerka għall-Għejxien Megħjun Kuntestwalment, il- KE għandha teżamina oqsma oħra fejn azzjoni komuni toħloq il-massa kritika meħtieġa, jew biex twieġeb għal sfidi soċjali speċifiċi, pereżempju l-ICT għall-effiċjenza enerġetika, jew biex tilħaq miri preċiżi b'motivazzjoni industrijali. 3. Qasam ieħor fejn aktar kollaborazzjoni multilaterali bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom hija importanti huwa l-qasam tal- infrastrutturi tal-R&D fl-ICT u tal-klasters tal-innovazzjoni msejsa fuq l-għarfien , li jibnu fuq l-esperjenza min-netwerk ta' kapaċità għolja tal-komunikazzjoni elettronika, il-GÉANT u l-infrastruttura tal-Grid tal-EGEE. L- Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jsaħħu l-kollaborazzjoni tagħhom fl- ippjanar, l-implimentazzjoni u l-qsim tal-infrastrutturi għar-R&D&I fl-ICT , partikolarment fl-oqsma li jeħtieġu investimenti kbar, pereżempju n-nanoelettronika, l-elettronika organika u l-fotonika; faċilitajiet tal-komputazzjoni bi prestazzjoni għolja; u faċilitajiet esperimentali għan-netwerks, is-softwer u s-servizzi. Dan huwa essenzjali biex jiġu kkonċentrati l-isforzi, jiġu speċjalizzati u żviluppati klasters ta' kalibru għoli tal-innovazzjoni u l-għarfien. Il- KE għandha tipprovdi l-appoġġ għall- pjattaformi ta' kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. 4. Strumenti ġodda bħal mhuma l- Komunitajiet tal-Għarfien u l-Innovazzjoni (KGħI) tal-ICT taħt l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (IEIT) ser ikollhom rwol ewlieni biex iqarrbu aktar lejn xulxin l-industriji, l-imprendituri, l-istituti tar-R&Du l-universitajiet rilevanti. Iċ-ċentri tal-għarfien għandhom rwol ewlieni fil-mobbiltà tar-riċekaturi bejn l-industrija u d-dinja akkademika, li huma fattur prinċipali biex il- karrieri fir-riċerka fl-ICT isiru aktar attraenti . Il- KE tħeġġeġ lill-Bord tat-Tmexxija tal-IEIT biex iqis bis-sħiħ l-opportunitajiet u l-isfidi tal-ICT meta jiddefinixxi l-oqsma prijoritarji għall-KGħI. 5. Fl-UE hemm defiċit dejjem jikber tal-ħiliet kwalifikati fl-R&D fl-ICT. Il- KE għandha tkompli l-appoġġ tagħha għall-' Ħiliet Ġodda għall-Impjiegi Ġodda ', ' kompetenzi diġitali ' u l- inizjattivi tal-Ħiliet-e [17], fosthom l-azzjonijiet li jħajru liż-żgħażagħ u n-nisa jagħżlu karrieri fl-ICT. Faċilitazzjoni għat-tinbit tas-swieq għall-innovazzjoni L-UE għandha tkun kapaċi tipproduċi u tikkummerċjalizza l-ekwivalenti ta' sehemha fis-suq dinji tal-ICT . Dan jitlob li jkun hemm il-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tkabbir tal-kumpaniji tal-ICT u kollaborazzjonijiet aktar intensi biex jinfetħu swieq ġodda għall-innovazzjonijiet madwar l-UE kollha. Flimkien mal-miżuri politiki ġenerali li joħolqu kundizzjonijiet aktar favorevoli għall-iżvilupp tan-negozju fl-UE, is-settur pubbliku bħala xerrej tas-soluzzjonijiet tal-ICT jista' jkollu rwol strumentali fil-motivazzjoni tal-innovazzjonijiet tal-ICT. 1. Il-politika tal-R&D fl-ICT għandha tgħin tmexxi 'l quddiem politiki oħra – għas-saħħa, l-enerġija, it-trasport eċċ – biex tippermetti lill-Ewropa tinnovizza aktar malajr fis-swieq vertikali u timmodernizza s-servizzi tagħha bi twegiba għall-isfidi soċjali. L- Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jippromwovu kollaborazzjoni eqreb bejn l-utenti u l-produtturi tal-innovazzjonijiet tal-ICT fl-irkejjen differenti tal-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet. Dan għandu jwassal għal pjanijiet komuni tal-ħtiġijiet tas-servizzi pubbliċi li l-ICT jistgħu jgħinu biex jiġu indirizzati . L- Istati Membri u r-reġjuni huma wkoll imħeġġa jaħdmu eqreb flimkien biex jiddefinixxu u jimplimentaw id- domanda pubblika għall-innovazjoni fl-ICT . Dan għandu jippermetti lix-xerreja jaqsmu r-riskji u l-ispejjeż inerenti fl-innovazzjoni u l-R&D, biex jiżguraw l-interoperabbiltà u l-koerenza tas-soluzzjonijiet u biex jisfruttaw l-ekonomiji tal-iskala. Barra minn dan, l- Istati Membri u r-reġjuni huma mistiedna jiffaċilitaw it-tinbit tas-swieq għall-innovazzjoni fl-ICT bħala mezz biex iżidu kemm l-investiment kif ukoll it-tixrid tal-ICT. F'dan il-kuntest, l-inizjattiva r-'Reġjuni għall-Bidla Ekonomika'[18] hija faċilitatur importanti tal-kooperazjoni interreġjonali. L- KE għandha tappoġġa l- qsim tal-esperjenza fil-livelli kollha. 2. L-iżgurar tal- interoperabbiltà u tat-tinbit ta' standards huwa essenzjali sabiex titrawwem l-adozzjoni tal-innovazzjoni fuq skala kbira fi ħdan l-UE. Il- KE ser tkompli bl-isforzi tagħha biex tirrevedi l- proċess tal-istandardizzazzjoni tal-ICT , fosthom premezz tal-White Paper ippjanata għar-rebbiegħa 2009. Lista prijoritarja ta' azzjonijiet ser tkun stabbilita biex jitneħħew l-ostakli għall-iżvilupp tas-swieq tal-innovazzjonijiet fl-ICT. Din il-lista ta' azzjonijiet tinkludi suġġerimenti biex titjieb ir-relazzjoni bejn ir-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni, il-fora tal-ICT u l-konsorzji tal-ICT. Il- KE għandha tgħaġġel u ssaħħaħ, permezz tal-parti tal-ICT tal-Programm ta' Qafas għall-Kompetizzjoni u l-Innovazzjoni (PKI), sett ta' proġetti pilota pan-Ewropej biex tittestja, tivvalida u tniedi l-użu tas- soluzzjonijiet innovattivi tal-ICT, partikolarment għas-servizzi tas-settur pubbliku . Il-PKI għandu wkoll jappoġġa lill- SMEs li jippruvaw teknoloġiji u servizzi innovattivi ħafna, u l-iżvilupp ta' pjattaformi miftuħa għall-innovazzjoni mmotivati mill-utenti . Is-suċċess ta' dawk il-proġetti pilota jiddipendi fuq l-appoġġ kontinwu u l-partiċipazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali fl- Istati Membri , u għandhom jiġu ssupplimentati b'azzjonijiet fil-livell reġjonali u lokali. Proġetti fuq skala Ewropea li jvarjaw mir-R&D sat-tnedija u t-tifrix Sabiex jitħaffef il-ksib ta' miri soċjali speċifiċi, il- KE qed tqis kif tappoġġ set ta' proġetti ffokati ta' skala sinifikanti u tul ta' żmien li jeffettwa ċ-ċiklu tal-innovazzjoni biex jiġu żviluppati infrastrutturi moderni għas-servizzi pan-Ewropea. Filwaqt li jibni fuq t-tagħlimiet mill-esperjenza dwar is-SPP fl-IKT, fil-proġetti pilota tal-PKI u mill-Inizjattiva tas-Suq Ewlieni, kull proġett iqanqal massa kritika ta' riżorsi, fosthom għotjiet għall-R&D, akkwist qabel il-kummerċalizzazzjoni u apppoġġ għall-innovazzjoni u għat-tnedija tal-użu. Eżempji huma: (i) Soluzzjonijiet innovattivi tal-ICT għall-kura tas-saħħa sostenibbli. Il-ġestjoni effiċjenti tal-mard kroniku teħtieġ tagħmir preċiż u affidabbli għas-sorveljanza tal-istat tas-saħħa u għall-kura personalizzata. L-R&D huma wkoll meħtieġa għall-aċċess effiċjenti għall-għarfien mediku, l-analiżi u l-iskambju tad-dejta. L-ittestjar u l-validazzjoni ta' proċessi ġodda tal-kura huma essenzjali, kif huma wkoll iċ-ċertifikazzjoni u l-istandardizzazzjoni. (ii) Soluzzjonijiet innovattivi tal-ICT għall-effiċjenza enerġetika. L-ipprezzar dinamiku fil-grid utilitarja jeħtieġ pjattaformi elettroniċi ġodda għan-negozju. Il-ġestjoni tal-kwalità tal-enerġija titlob sorveljar ġdid diċentralizzat u sistemi tal-kontroll u kejl intelliġenti. (iii) Infrastruttura għall-ġestjoni tal-identità elettronika (ID-e) , bħala bażi għal servizzi affidabbli fil-gvern-e u l-kummerċ-e. Illum, pataflun soluzjonijiet iwasslu għall-frammentazzjoni, soluzzjonijiet mhux interoperabbli, u nuqqas ta' kontroll mill-utent u nuqqas ta' trasparenza. Proġetti kurrenti tas-7PQ u proġetti pilota IKT jikkostitwixxu passi importanti lejn proġett madwar l-UE kollha biex tiġi implimentata infrastruttura effikaċi tal-ID-e. Kunsiderazzjonijiet ulterjuri għandhom jitqiesu bħala parti mill-preparazzjonijiet għall-pjan Ewropew għall-innovazzjoni u r-riċerka bl- ittestjar u l-validazzjoni tal-każi li għandhom jibbenefikaw mill-isforzi koordinati. Simplifikazzjoni u konformità L-investimenti għandhom jiġu ġestiti sew u l-piżijiet aministrattivi mnaqqsa sabiex jkun aktar attraenti għall-kumpaniji tal-innovazzjoni, partikolarment l-SMEs, li jipparteċipaw fl-azzjonijiet lokali, nazzjonali u fil-livell tal-UE, u biex l--R&D&I jsiru aktar effikaċi. Il- KE ssejjaħ lill-Parlament u lill-Kunsill biex jappoġġaw sforz ġdid biex titnaqqas il-burokrazija żejda u jippermettu flessibbiltà akbar fil-proċeduri tal-programmi. L-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha huma mistiedna jappoġġaw lil-KE tiżviluppa approċċ li jittollera aktar ir-riskju fis-sostenn tar-R&Dfl-Ewropa. Kooperazzjoni internazzjonali Il-kooperazzjoni internazzjonali li tindirizza l-isfidi xjentifiċi u teknoloġiċi għandha ssaħħa l-pożizzjoni globali tal-R&D Ewropej, l-industrija u t-teknoloġiji, peress li-s-sħab jaqsmu l-għarfien espert u jiżviluppaw pjani, standards u soluzzjonijiet interoperabbli komuni. Is-soluzzjonijiet bi tweġiba internazzjonali għall-isfidi soċjoekonomiċi globali għandhom jipromwovu l-miri politiki tal-UE. Il- KE għandha tfittex sħubijiet globali biex tegħleb ftit mill-isfidi l-kbar tal-ġejjieni fl-R&D fl-ICT bħal mhuma l-Internet tal-Ġejjieni, l-ipproċessar kwantum tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kwantum, jew l-ICT ispirati mill-bijoloġija. L- Istati Membri diġà ġew mistiedna jiddefinixxu flimkien oqsma prijoritarji fejn sforz koerenti mill-UE jkollu impatt akbar[19]. KONKLUżJONIJIET Bħala l-akbar ekonomija fid-dinja u li tirrapreżenta l-akbar sehem mis-suq dinji tal-ICT, l-Ewropa jista' jkollha ambizzjonijiet leġittimi biex in-negozji, il-gvernijiet, iċ-ċentri tal-R&D u l-universitajiet tagħha jmexxu l-iżviluppi fl-ICT, biex tinvesti aktar fl-innovazzjoni tal-ICT u toħloq negozju ġdid. Jekk l-Ewropa jirnexxila żżid l-investimenti tagħha, tiġbor għall-użu komuni r-riżorsi tagħha meta meħtieġ u tiżgura swieq kompetittivi u dħulin għal-innovazzjoni, imbagħad inkunu nistgħu nistennew xenarju fejn, sal-2020: - L-Ewropa tkun irdoppjat l-invetsimenti privati u pubbliċi tagħha fl-R&D fl-ICT , irdoppjat il-kapital ta' riskju fl-SMEs tal-ICT b'rata għolja ta' tkabbir u ttripplikat l-użu tagħha tal-akkwist qabel il-kummerċalizzazzjoni fl-ICT. - L-Ewropa żviluppat ħames poli addizzjonali ta' eċċellenza ta' klassi dinija fl-ICT , imkejla mill-investimenti privati u pubbliċi fil-pol; - L-Ewropa ħolqot negozji innovattivi ġodda fl-ICT biex b'hekk terz tan-nefqa kollha tan-negozju fl-R&D fl-ICT hija investita minn kumpaniji mwaqqfa fl-aħħar għoxrin sena; - Is-settur tal-ICT fl-UE jforni mill-anqas l-ekwivalenti ta' sehemu fis-suq dinji tal-ICT . Din il-Komunikazzjoni tipproponi taħlita ta' 'ġibda għad-domanda' u 'imbottatura għall-forniment' għar-R&D&I fl-ICT fl-Ewropa. Dan jinvolvi żieda fl-investimenti fil-programmi kemm min-naħa tal-forniment kif ukoll tad-domanda, kollaborazzjoni aħjar bejn il-partijiet interessati u appoġġ għall-proġetti li jinfluwenzaw il-katina tal-innovazzjoni. L-istrateġija għandha tiftaħ swieq ġodda b'rikjesti aktar ċari mingħand l-utenti, li tippermetti ċikli iqsar tal-innovazzjoni, reazzjonijiet eħfef għall-isfidi soċjoekonomiċi u opportunitajiet ġodda għall-industrija fl-Ewropa. Għandha tirriżulta fi dħul aktar malajr fuq l-investimenti u b'hekk attrazzjoni akbar tal-investituri, il-kumpaniji u r-riċerkaturi lejn l-Ewropa. L-Istati Membri huma mistiedna jħaddnu l-istrateġija proposta u biex iħeġġu lill-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali u lill-partijiet interessati privati jipparteċipaw fil-preparazzjoni tal-azzjonijiet futuri. [1] Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-12.12.2008 [2] EU KLEMS, 2007 [3] Rapport tal-2006 dwar il-Kompetittività Ewropea; EITO 2006 [4] OECD: ICT and Economic Growth, 2003 ( L-ICT u t-Tkabbir Ekonomiku ) [5] COM(2008) 800 [6] COM(2008) 594 [7] COM(2007) 860 [8] COM(2008) 241 [9] EC/JRC/IPTS: PREDICT [10] COM(2007) 496 [11] E&Y: apport tal-2008 li jagħti Ħarsa lejn il-Kapitali Globali ta' Riskju u x-Xejriet tagħhom ) [12] COM(2007) 799 [13] Rapport tal-2008 dwar il-Kompetittività Ewropea [14] COM(2008) 465 [15] Artemis & Eniac [16] COM(2008) 468 [17] COM(2008)868; SEC(2008)2629; COM(2007)496 [18] COM(2006)675 [19] COM(2008)588