[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 24.2.2009 KUMM(2009) 96 finali RAPPORT MILL-KUMMISSJONI Tweġibiet tal-Istati Membri dwar ir-Rapport Annwali għall-2007 tal-Qorti tal-Awdituri{SEC (2009) 257} WERREJ 1. Ambitu tar-Rapport 3 2 Sommarju Eżekuttiv 3 3. Konklużjonijiet Ġenerali DAS għall-2007 u konklużjonijiet DAS f’amministrazzjoni konġunta 4 4. Segwitu tal-iżbalji 7 5. Azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-Koeżjoni u fl-Agrikoltura/riżorsi naturali 7 6. Għajnuna lill-Istati Membri biex tittejjeb l-amministrazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE. 10 7. Għeluq 12 1. Ambitu tar-Rapport Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), l-awditur estern tal-Unjoni Ewropea, tipprovdi dikjarazzjoni ta’ assikurazzjoni - statement of assurance (id-DAS) fir-rapport annwali dwar il-kontabilità tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottolinjati L-għan ewlieni tad-DAS hu li jipprovdi opinjoni verifikata dwar jekk id-dħul u l-ħruġ tal-UE hux qed ikun irrekordjat b’mod korrett u jekk dan intefaqx skont l-obbligi kuntrattwali u legali kollha[1]. Il-Kummissjoni hi mitluba li tinforma lill-Istati Membri bid-dettalji tar-rapport annwali tal-QEA li jirrigwardaw l-amministrazzjoni tal-fondi li għalihom ikunu responsabbli malli r-rapport ikun ġie trażmess u l-Istati Membri jkollhom l-obbligu li jwieġbu fi żmien sittin jum[2]. Fil-11 ta’ Novembru 2008, il-Kummisssjoni debitament ittrażmettiet dawn il-konklużjonijiet u stiednet lill-Istati Membri biex jimlew il-kwestjonarju maqsum fi tliet partijiet. L-Istati Membri kien diġà rċevew il-konklużjonijiet tal-Qorti għall-pajjiżi rispettivi tagħhom u kienu ddiskutewhom mal-Qorti u l-Kummissjoni qabel ġew adottati fir-rapport tal-Qorti. Is-sommarju tat-tweġibiet tal-Istati Membri hu ppreżentat f’rapport tal-Kummissjoni (flimkien ma' Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni) lill-QEA, lill-Kunsill, u lill-Parlament Ewropew qabel it-28 ta’ Frar 2009. 2 SOMMARJU EżEKUTTIV Ir-Rapport Annwali tal-QEA 2007 hu sinifikanti għal żewġ raġunijiet: L-ewwElnett il-Qorti bidlet l-istruttura tar-rapport u issa dan jirrifletti mill-qrib il-qafas finanzjarju ġdid. It-tieni, dan hu l-aħħar DAS li ser jiġi ppreżentat taħt din il-Kummissjoni u l-mandat ta’ dan il-Parlament. Ir-riżultati tal-isforzi tal-Kummissjoni biex itejbu aktar il-qafas ta’ kontroll qed jidhru aktar fir-riżultati tal-QEA. Għall-ewwel darba, il-Qorti tat opinjoni mhux kwalifikata (nadifa) tal-affidabilità tal-kontijiet. Il-Qorti tat ukoll opinjonijiet mhux kwalifikati dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fid-Dħul, l-impenji u l-pagamenti għall-affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, u tan-nefqa Amministrattiva. Il-Qorti tinnota li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll f’dawk l-oqsma jaħdmu b'mod effettiv meta meħuda flimkien. B’kuntrast għal dan, amministrazzjoni konġunta hi ddominata mill-opinjonijiet kuntrarji tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Barra minn hekk, is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll f’dawn l-oqsma huma parzjalment effettivi. Għall-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali l-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li jiffukaw fuq in-nefqa għall-qasam ta’ politika kollha kemm hi kienu affettwati minn livell materjali ta' żball, iżda għall-FEAŻ- li jirrappreżenta 85% tan-nefqa agrikola- ir-rata tal-iżball hi ftit aktar baxxa mil-limitu materjali. Il-qasam ta’ politika ta’ Koeżjoni kien identifikat mill-Qorti bħala l-qasam l-aktar affettwat mill-iżball b’kalkolu ta’ 11% tal-ammont totali li ma kellux jiġi rimborżat. In-nuqqasijiet ewlenin kienu identifikati waqt spezzjonijiet minn ta' kuljum mill-awtoritajiet amministrattivi u ta' ħlas kif ukoll waqt il-ħidma tal-entitajiet ta' verifika. Ta’ min isemmi li l-maġġoranza kbira tat-tranżazzjonijiet ivverifikati mill-QEA huma konnessi mal-perjodu ta’ programmar 2000-2006. F’Novembru 2008, jum wara l-preżentazzjoni tar-rapport annwali, il-Kummissjoni debitament ipprovdiet lil kull Stat Membru d-dettalji tal-iżbalji wara l-verifiki tal-QEA li saru f'kull pajjiż partikolari. Il-maġġoranza tal-Istati Membri wieġbu lill-Kummissjoni fi skadenza aċċettabbli u b’dettall suffiċjenti. Il-Qorti tikklassifika l-iżbalji bħala jew "kwantifikabbli" jew "mhux kwantifikabbli". L-Istati Membri huma responsabbli għal aktar minn 90% tal-għadd totali tal-iżbalji kwantifikabbli f’amministrazzjoni konġunta. Fit-tweġibiet tagħhom għall-azzjonijiet li ttieħdu fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-iżbalji kwantifikabbli, 15 mis-17-il pajjiż ikkonċernat ipprovda xi informazzjoni għall-azzjonijiet li ttieħdu u tar-riżultat mistenni. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja dawn l-azzjonijiet fis-segwitu tal-konklużjonijiet tal-Qorti dwar l-iżbalji. L-Istati Membri ġew mitluba wkoll iwieġbu għal sitt mistoqsijiet speċifiċi dwar l-Agrikoltura u l-Koeżjoni. Għall-Agrikoltura, il-Qorti esprimiet it-tħassib dwar l-affidabilità tal-pagamenti li saru taħt l-Iskema għal Pagament Uniku - Single Payments Scheme – SPS. Kważi l-Istati Membri kollha wieġbu għal din il-mistoqsija u indikaw li kien sar xi titjib. Il-mistoqsijiet dwar il-Koeżjoni kienu bbażati fuq il-livelli tal-persunal u t-taħriġ għall-persunal f’awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas. Diversi Stati Membri fit-tweġibiet tagħhom indikaw li membri ġodda tal-persunal kienu ssieħbu mal-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas fl-aħħar 12-il xahar. ’Il fuq minn 70% tal-Istati Membri wieġbu li l-persunal kemm fl-awtoritajiet amministrattivi kif ukoll dawk ta’ ħlas kienu mħarrġa fl-amministrazzjoni finanzjarja u ta’ kontroll fl-aħħar 12-il xahar. L-Istati Membri kienu mitluba wkoll li jwieġbu għal żewġ mistoqsijiet ġenerali. L-ewwel mistoqsija kienet marbuta mad-diskussjonijiet bejn tliet partijiet li kienu saru f’Mejju-Ġunju 2008, bejn il-Kummissjoni, ċerti Stati Membri u l-QEA dwar il-konklużjonijiet tal-izbalji individwali. Sitt Stati Membri ddikjaraw li kienu ħadu sehem f’dawn id-diskussjonijiet bejn tliet partijiet. It-tweġibiet urew is-sodisfazzjoni għal din l-inizjattiva. It-tieni mistoqsija staqsiet kif tista’ l-Kummissjoni ttejjeb ir-rwol ta’ sorveljanza f’amministrazzjoni konġunta. It-titjib ewlieni propost kien: is-simplifikazzjoni tar-regoli u r-regolamenti, it-titjib fis-sorveljanza u l-gwida fi kwistjonijiet ta’ kisbiet pubbliċi. 3. Konklużjonijiet Ġenerali DAS għall-2007 u konklużjonijiet DAS f’amministrazzjoni konġunta Ir-riżultati tal-isforzi tal-Kummissjoni biex itejbu aktar il-qafas ta’ kontroll qed jidhru aktar fir-riżultati tal-QEA. Għalkemm din ix-xejra kienet innotata minn uħud mill-Istati Membri, oħrajn jisħqu fuq il-fatt li għal 14-il sena konsekuttiva, il-Kummissjoni naqset li tikseb rizultat pożittiv fid-DAS. F’dan il-kuntest, ġie suġġerit li jkun hemm rikonsiderazzjoni tal-approċċ għad-DAS attwali u ntlaqgħu r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti li jkun stabbilit livell ta’ riskju tollerabbli għall-iżbalji, li jkun joħloq bilanċ bejn l-ispiża u l-benefiċċju tal-kontrolli L-opinjoni tal-verifika tal-Qorti dwar it-tranżazzjonijiet ikkonċernati kienet ferm simili għal dik ippreżentata fl-2006. Għalkemm ir-rati kkalkulati ta’ żbalji naqsu f’żewġ oqsma ta’ politika li qabel kienu koperti taħt politiki Interni u azzjonijiet Esterni, dan ma affettwax l-istampa ġenerali. Madanakollu, il-Qorti tat opinjoni kwalifikata (nadifa) dwar l-affidabilità tal-kontijiet. Barra minn hekk, il-Qorti tat ukoll opinjonijiet mhux kwalifikati dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet f’ċerti oqsma speċjalment fid-Dħul, l-impenji u l-pagamenti għall-affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, u infiq ieħor. Is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll f’dawk l-oqsma sħaħ jiffunzjonaw b'mod effettiv u l-kampjun tat-tranżazzjonijiet magħżula kien iddikjarat ħieles minn kull żball materjali. L-istampa ġenerali f’amministrazzjoni konġunta hi ddominata mill-opinjonijiet kuntrarji tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Il-Qorti tikkonkludi li dawn l-oqsma għadhom qed jiġu effettwati f’livelli differenti minn element ta’ żball. Tabella 1.1 hawn taħt tippreżenta sommarju tar-riżultati tad-DAS għal kull kapitolu dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Tabella 1.1 — Sommarju tar-riżultati tad-DAS tal-2007 dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi[3] kif interpretati mill-Kummissjoni | Rata kkalkulata ta’ żbalji | Dħul | Taħt it-2% | Agrikoltura u Riżorsi Naturali – FEAŻ* | Taħt it-2 % | Agrikoltura u Riżorsi Naturali – mhux FEAŻ* | ’il fuq minn 5% | Koeżjoni | 'il fuq minn 5 % | Riċerka, trasport u enerġija | Bejn it-2% u l-5% | Azzjonijiet esterni | Bejn it-u l-5 % | Edukazzjoni u ċittadinanza | Bejn it-2 % u l-5 % | Affarijiet ekonomiċi u finanzjarji | Taħt it-2 % | Amministrazzjoni | Taħt it-2 % | EDF | Bejn it-2% u l-5% | *Dan hu kif inhu mqassam il-Kapitolu 5 tar-rapport annwali tal-Qorti. Ir-rati ogħla ta' żbalji kkalkulati mill-Qorti instabu fl-oqsma tal-iżvilupp Rurali u ta' Koeżjoni Fl-akbar qasam tan-nefqa, l-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali, il-Qorti kkonkludiet li t-tranżazzjonijiet li jisħqu fuq in-nefqa għall-qasam kollu ta’ politika ġew affettwati minn livell materjali ta’ żball. Il-Qorti ddikjarat ukoll li s-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll kienu effettivi b’mod parzjali. Filwaqt li n-nefqa għall-FEAŻ li tirrappreżenta madwar 85% tan-nefqa kollha għall-Agrikoltura kellha rata ta’ żbalji li kienet kemm kemm taħt it-2%, l-iżvilupp Rurali kien jammonta għall-parti l-kbira tar-rata ġenerali ta’ żbalji. Barra minn hekk, bħal fis-sena preċedenti 2006, il-Qorti nnotat li l-Amministrazzjoni Integrata u s-Sistema ta’ Kontroll - Integrated Administration and Control System (IACS) kienet effettiva biex jitnaqqas ir-riskju ta’ infiq irregolari, kienet implimentata b’mod korrett u b’mod kundizzjonali fl-eżattezza u l-affidabilità tad-dejta li ddaħlet fis-sistema. Għaldaqstant il-Qorti rrakkomandat li jsir titjib fl-identifikazzjoni, ir-reġistrazzjoni u l-amministrazzjoni tal-intitolamenti. Il-qasam tal-politika ta’ Koeżjoni kien identifikat mill-Qorti bħala l-aktar qasam li kien effettwat mill-iżball. Il-Qorti kkalkulat li mill-inqas 11% ta’ l-ammont totali rimborżat għall-proġett tal-politika ta’ koeżjoni ma jmissux ġie rimborżat. Il-Qorti kklassifikat is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll (il-Kummissjoni u l-Istati Membri) fil-politika ta’ Koeżjoni bħala parzjalment effettivi għall-ewwel darba fl-2007. It-tranżazzjonijiet ivverifikati mill-QEA fil-qasam tal-politika ta’ Koeżjoni kienu kollha relatati mal-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006. Fl-2007 il-Qorti għal darba oħra identifikat in-nuqqasijiet ewlenin fl-ewwel livell ta’ kontroll kif ukoll fl-entitajiet ta’ verifika. Dawn huma hekk kif ġej[4]: L-Awtoritajiet amministrattivi - spezzjonijiet insuffiċjenti ta’ kuljum tal-affidabilità tan-nefqa, in-nuqqas ta’ identifikazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa mhux sostnuti b’evidenza xierqa u n-nuqqas ta’ identifikazzjoni tal-iżbalji fil-proċeduri ta’ offerti; L-Awtoritajiet ta’ ħlas - in-nuqqas ta’ identifikazzjoni meta l-awtoritajiet amministrattivi ma jkunux wettqu spezzjonijiet adegwati ta’ kuljum; Il-Korpi ta’ Verifika - in-nuqqas li jitwettqu spezzjonijiet xierqa biex tinkiseb l-assikurazzjoni dwar il-funzjoni effettiva tas-sistemi ta’ kontroll. Il-Qorti kkwotat rekwiżiti legali kumplessi jew mhux preċiżi bħala li għandhom impatt serju dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet fi żvilupp Rurali u ta’ Koeżjoni. In-nefqa fil-qasam tal-Edukazzjoni u ċ-Ċittadinanza hi amministrata parzjalment permezz ta' amministrazzjoni konġunta. Il-Qorti tikkonkludi li dan il-qasam kien effettwat minn livell materjali ta’ żball. Is-sistemi ta’ sorveljanza u ta’ kontroll kienu ġġudikati wkoll li kienu parzjalment effettivi. 4. Segwitu tal-iżbalji Fl-ittra tagħha l-Kummissjoni debitament ipprovdiet lil kull Stat Membru bid-dettalji tal-iżbalji wara l-verifiki li twettqu mill-QEA f’kull pajjiż partikolari. L-Istat Membru imbagħad kien mitlub jipprovdi d-dettalji tal-azzjonijiet meħuda biex jissewwew l-iżbalji kif ukoll it-tempestività, il-kontenut u r-riżultat mistenni. Il-maġġoranza tal-Istati Membri pprovdew l-informazzjoni mitluba fi skadenza aċċettabbli. Barra minn hekk, il-kwalità tat-tweġibiet b’mod ġenerali kienet tajba b’ċerti pajjiż jipprovdu informazzjoni dettaljata tal-azzjonijiet li ħadu wara l-konklużjonijiet tal-verifika. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja l-azzjonijiet li ttieħdu bħala parti mis-segwitu ta’ rutina tar-rapporti kollha tal-Qorti. Definizzjoni u trattament tal-iżbalji Skont il-QEA "l-iżbalji jistgħu jirrelataw ma’ kundizzjoni għall-pagament" jew ma’ "kwistjoni ta' osservanza oħra". Il-Qorti issa tikklassifika l-iżbalji bħala jew "kwantifikabbli" jew "mhux kwantifikabbli"[5]. L-iżbalji kwantifikabbli biss qed jiġu kkunsidrati meta jiġi ddeterminat l-impatt finanzjarju ta' żbalji fuq il-populazzjoni sħiħa ta' verifika u r-rata ġenerali ta' żbalji li jridu jiġi ppubblikati. L-Istati Membri huma responsabbli għal aktar minn 90% tal-għadd totali tal-iżbalji kwantifikabbli f’amministrazzjoni konġunta (100% fil-qasam tal-politika ta’ Koeżjoni). L-Istati Membri kollha pprovdew mill-anqas tweġiba parzjali fir-rigward tal-iżbalji kollha kwantifikabbli b'rata ta' żbalji ta' 100%. F’kull każ iddikjaraw jekk l-iżball kien aċċettat jew irrifjutat u x'azzjonijiet kienu ttieħdu. Diversi Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Irlanda, Spanja, il-Ġreċja u r-Renju Unit) aċċettaw il-biċċa l-kbira tal-iżbalji indikati mill-Qorti. Fit-tweġibiet tagħhom għall-azzjonijiet li ttieħdu fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-iżbalji kwantifikabbli, 15 mis-17-il pajjiż ikkonċernat pprovda xi informazzjoni għall-azzjonijiet li ttieħdu u tar-riżultat mistenni. Uħud mill-Istati Membri saħqu fuq il-fatt li l-irkupri kienu jew inbdew jew kienu diġà qed jitwettqu u l-ammonti rkuprati kienu msemmija. Fil-każ ta’ Stat Membru wieħed- il-Greċja- f'kull każ ta' żball aċċettat il-kontribut tal-Komunità tnaqqas għal xejn. 5. Azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-Koeżjoni u fl-Agrikoltura/riżorsi naturali Il-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri kien jinkludi mistoqsija waħda dwar il-kapitolu tal-Agrikoltura u r-Riżorsi Naturali bbażat fuq it-titjib għall-SPS. Fir-rapport tal-2007 il-Qorti esprimiet it-tħassib dwar l-affidabilità tal-pagamenti li kienu saru taħt is-SPS. Skont il-Qorti, l-aktar kwistjonijiet urġenti li kellhom jiġu indirizzati kienu l-intitolamenti, l-informazzjoni dwar il-ħbula tal-art u l-kjarifiki u s-simplifikazzjoni tar-regoli li jisħqu fuq il-miżuri, b’mod partikolari l-użu tar-riżerva naturali. Kważi l-Istati Membri kollha wieġbu għal din il-mistoqsija u indikaw li kien sar xi titjib. Diversi Stati membri ddikjaraw li attwalment ma kinux qed japplikaw l-SPS. Madanakollu, dawk li kellhom sistema bħal din indikaw li riċentementi din kienet ivverifikata u approvata mill-awtorità nazzjonali kompetenti. Il-kwistjonijiet kollha li ssemmew mill-Qorti kienu ikkunsidrati. Diversi Stati Membri li kienu diġà qed japplikaw is-sistema semmew li kontinwament kien qed isir titjib, partikolarmant fil-qasam tal-ortofotografija u l-intitolamenti Barra minn hekk, kienu qed jiġu aġġornati d- databases u f’diversi każi kienu qed jiġu ristrutturati. L-erba’ mistoqsijiet dwar il-Koeżjoni kienu bbażati fuq il-livelli tal-persunal u tat-taħriġ għall-persunal f’awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas. Il-maġġoranza tal-Istati Membri wieġbu għall-mistoqsija dwar l-għadd ta’ membri ġodda tal-persunal li ngħaqdu mal-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas fl-aħħar 12-il xahar. Ġie ingaġġat persunal ġdid f’kuntest ta’ ristrutturar u f’ċerti każi għall-għeluq tal-perjodu ta’ pprogrammar 2000-2006 kif ukoll biex ikopri l-programmi għall-perjodu l-ġdid 2007-2013. B’mod partikolari Stati Membri ġodda esponew b’mod ġenerali xejra ta’ żieda qawwija fil-persunal – fil-każ tal-Bulgarija sa 88%. ’Il fuq minn 70% tal-Istati Membri wieġbu b’mod pożittiv li l-persunal kemm fl-awtoritajiet amministrattivi u kemm f’dawk ta’ ħlas kienu mħarrġa fl-amministrazzjoni finanzjarja u ta’ kontroll fl-aħħar 12-il xahar. Bosta pajjiżi kellhom ċertu rekord statistiku għall-persunal imħarreġ u diversi pajjiżi saħqu fuq il-fatt li taħriġ kontinwu fl-amministrazzjoni finanzjarja u ta’ kontroll, aministrazzjoni tal-programm u amministrazzjoni kuntrattwali f’sura ta’ seminars, sessjonijiet ta’ informazzjoni u konferenzi kienu fatturi bażiċi fil-programmi tagħhom ta’ taħriġ. Korsijiet ta’ induzzjoni, (wieħed minnhom partikolari li dam aktar minn jumejn) u pakketti inizjali kienu parti integrali għall-biċċa l-kbira tal-pakketti ta’ taħriġ tal-Istati Membri. Barra minn hekk, kienu disponibbli pakketti inizjali għal membri ġodda tal-persunal fi 80% tal-Istati Membri. Dawn il-pakketti kienu jikkonsistu f’diversi dokumenti bażiċi inklużi listi ta’ kontroll, noti ta’ gwida u manwali ta’ proċedura. Diversi Stati Membri ddikjaraw li l-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas kellhom websajts u l-użu ta’ l-intranet biex tixxerred l-informazzjoni kien prassi standard. Fi ftit każi d-dokumentazzjoni dwar il-kisbiet pubbliċi ma kinux disponibbli fil-pront u l-Litwanja ddikjarat li kien jeħtieeġ li l-Kummissjoni tagħti aktar sostenn f’dan il-qasam. Id-diffikultajiet bil-kisbiet pubbliċi u l-problemi li rriżultaw mill-proċeduri dwar l-offerti wassal għal wieħed mill-akbar żbalji frekwenti osservati mill-QEA. Il-mistoqsija 6 kienet ibbażata fuq l-osservazzjoni tal-Qorti fuq l-entitajiet ta’ verifika[6]. Kienet intiża biex jiġu identifikati r-raġunijiet għall-falliment min-naħa tal-korpi ta’ verifika li jwettqu spezzjonijiet suffiċjenti. Kważi l-Istati Membri kollha interpretaw it-terminu "entità ta’ verifika" bħala l-Entità Suprema Nazzjonali ta’ Verifika u ddikjaraw li din l-istituzzjoni kienet indipendenti u li x-xogħol li sar minnha kien ta’ kwalità għolja. Madanakollu, il-Qorti kienet qed tirreferi għall-entitajiet kollha ta’ verifika li jwettqu funzjonijiet ta’ verifika fil-kuntest tal-amministrazzjoni u l-kontroll tal-proġett kif indikat mill-punt 6.29 tar-rapport annwali tal-QEA. Għaldaqstant mhux possibbli li jiġu sfruttati t-tweġibiet ippovduti mill-Istati Membri. Fl-aħħar nett, il-mistoqsija 7 iffukat fuq it-tnaqqis ġenerali tal-iżbalji identifikati f’kull pajjiż fl-aħħar sena. Bosta Stati Membri ma setgħux jagħmlu l-paragun peress li l-verifiki ma sarux mill-QEA fl-istess pajjiż f’sentejn konsekuttivi. Madanakollu, erba’ pajjiżi- l-Ungerija, ir-Renju Unit (l-Iskozja), il-Polonja u Spanja innotaw li kien hemm tnaqqis ġenerali fl-iżbalji mqabbla ma’ snin ta’ verifika imgħoddija. It-Tabella 1.2 hawn taħt tipprovdi sommarju tal-għadd totali ta’ tweġibiet għall-kwestjonarju, b’dettalji ta’ żidiet fil-persunal, taħriġ għall-persunal u dokumentazzjoni għall-pakkett inizjali disponibbli għall-Istati Membri. Tabella 1.2 Mistoqsija | L-għadd totali ta' tweġibiet | L-għadd totali ta' tweġibiet mhux ipprovduti | 1) Agrikoltura | 24 | 3 | 2) Żieda fil-persunal f’awtoritajiet Amministrattivi u ta’ Ħlas | 25 | 2 | % taż-żieda fil-persunal(meta ġiet ipprovduta l-kwantifikazzjoni) | 5-24% | 4 | 25-49% | 8 | 50-100% | 5 | 3) Taħriġ fl-awtoritajiet ta’ Amministrazzjoni | 24 | 3 | % tal-persunal imħarreġ(meta ġiet ipprovduta l-kwantifikazzjoni) | 5-24% | 3 | 25-49% | 5 | 50-100% | 5 | 4) Taħriġ fl-awtoritajiet ta’ Ħlas | 24 | 3 | % tal-persunal imħarreġ(meta ġiet ipprovduta l-kwantifikazzjoni) | 5-24% | 1 | 25-49% | 2 | 50-100% | 9 | 5) Kontenut tal-pakkett inizjali | 22 | 5 | iva | le | ebda risposta | Lista ta' verifika | 20 | 2 | 5 | Noti ta’ gwida dwar strateġiji ta’ kontroll | 17 | 5 | 5 | Noti ta’ gwida dwar rappurtar tal-konklużjonijiet tal-kontroll u r-rati ta’ żbalji | 20 | 2 | 5 | Ġabra ta’ regoli dwar l-eleġibilità għal talbiet ta’ spezzjoni | 19 | 3 | 5 | Regoli dwar xiri pubbliku | 19 | 3 | 5 | Pagamenti finali u spezzjonijiet li għandhom isiru | 20 | 2 | 5 | Irregolaritajiet-il-konsegwenzi | 19 | 3 | 5 | Manwali oħra ta’proċedura | 19 | 3 | 5 | 6) Entitajiet ta' verifika | 23 | 4 | 7) Tnaqqis fl-iżbalji | 23 | 4 | 8) Diskussjonijiet bejn tliet partijiet | 24 | 3 | 6. Għajnuna lill-Istati Membri biex tittejjeb l-amministrazzjoni tal-proġetti ffinanzjati mill-UE. Sabiex ikun magħruf kif il-Kummissjoni tista’ tikkontribwixxi aktar għat-titjib fl-amministrazzjoni tal-Istati Membri fil-proġetti ffinanzjati mill-UE, ġew inklużi żewġ mistoqsijiet ġenerali fil-kwestjonarju. L-ewwel mistoqsija kienet ibbażata fuq id-diskussjonijiet bejn it-tliet partijiet li saru f’Lulju 2008 bejn il-QEA, ċerti Stati Membri u l-Kummissjoni qabel il-laqgħat kontradittorji. Il-laqgħat saru biex jiġu diskussi l-konklużjonijiet tal-Qorti dwar l-iżbalji fil-programmi u proġetti vverifikati bħala bażi għal-laqgħat kontradittorji u l-kwistjoni kienet iffukata fuq kemm dawn id-diskussjonijiet tqiesu bħala utli għall-Istati Membri kkonċentrati. It-tieni mistoqsija staqsiet kif tista’ l-Kummissjoni ttejjeb ir-rwol ta’ sorveljanza f’amministrazzjoni konġunta. Laqgħat bejn tliet partijiet Sitt Stati Membri ddikjaraw li kienu ħadu sehem f’dawn id-diskussjonijiet bejn tliet partijiet. It-tweġibiet indikaw li għalkemm ir-riżultati tal-laqgħat ma kinux dejjem kompletament favorevoli għall-Istati Membri kkonċernati, madanakollu, b’mod ġenerali din l-inizjattiva ntlaqgħet b’sodisfazzjon u kienet meqjusa bħala ferm utli mill-Irlanda, mill-Greċja, mis-Slovakkja u mir-Repubblika Ċeka. B’mod partikolari,, l-Irlanda ddikjarat li " Din il-proċedura u din l-esperjanza kienet ta’ għajnuna enormi kemm għall-Awtorita Amministrattiva u kemm għall-Istat Membru" għar-raġunijiet li ġejjin: L-għarfien tal-proċessi u tal-proċeduri tal-QEA. L-inkorporazzjoni tal-ispezzjonijiet tal-QEA fi spezzjonijiet u kontrolli proprji tal-Istati Membri. Komunikazzjoni wiċċ imbwiċċ irriżultat fi ftehim dwar ħafna aktar punti milli seta nkiseb b’komunikazzjoni bil-miktub Ir-raġunijiet għall-punti li baqgħu fir-rapport kienu spjegati kollha mill-QEA u ntlaħaq qbil mal-Istat Membru Dan għen biex il-kwistjonijiet pendenti kollha kienu riżolti u r-rapport finali jinħareġ b'mod effiċjenti u fil-ħin. Titjib fir-rwol ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni B’mod ġenerali l-Istati Membri indikaw li kienu sodisfatti bil-mod kif il-Kummissjoni wettqet ir-rwol tagħaha ta’ sorveljanza, u żewġ pajjiż kkwotaw il-Kuntratt ta’ Fiduċja li kien iffirmat mal-Kummissjoni fil-Fondi Reġjonali u ta’ Koeżjoni. Barra minn hekk, l-istati Membri laqgħu l-fatt li l-Kummissjoni kienet saħħet ir-rwol tagħha bill ħarġet linji gwida fil-perjodu ta’ pprogrammar 2007-2013. Madanakollu, ftit aktar min-nofs l-Istati Membri u b’mod partikolari l-Istati Membri l-ġodda ssuġġerew li l-Kummissjoni setgħet ittejjeb ir-rwol tagħha. Uħud mill-oqsma għal titjib li kienu sottolinjati kienu jinkludu: - Regoli u Regolamenti : il-ħruġ ta' linji gwida, l-aħjar prassi u t-taħriġ għall-awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas; is-simplifikazzjoni tar-regoli u r-regolamenti sabiex tiġi promossa implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-proġett. - Monitoraġġ : it-titjib fir-rwol ta’ monitoraġġ tal-Kummissjoni b’aktar informazzjoni dwar il-metodoloġija użata għall-missjonijiet ta’ spezzjoni li jsiru mill-Kummissjoni. - Kisbiet Pubbliċi : aktar sorveljanza fil-qasam tal-kisbiet pubbliċi u t-taħriġ fil-liġi Komunitarja; Il-linji gwida għall-kisbiet pubbliċi. 7. Għeluq - B’mod ġenerali l-Kummissjoni hi sodisfatta bil-kwalità tat-tweġibiet għall-kwestjonarju li rċeviet mingħand l-Istati Membri, u għall-fatt li kważi fil-każi kollha ġiet irrispettata l-iskadenza ferm ristretta. Barra minn hekk, uħud mill-Istati Membri pprovdew ukoll dokumentazzjoni estensiva dwar il-miżuri korrettivi li ħadu. - L-Istati Membri rrimarkaw dwar it-titjib fid-DAS tal-2007, li għall-ewwel darba pprovda opinjoni mhux kwalifikata tal-affidabilità tal-kontijiet. Fil-qasam ta’ amministrazzjoni konġunta l-Istati Membri qed ikomplu jagħmlu l-isforzi biex itejbu s-sistemi tagħhom u jnaqqsu l-iżbalji. It-tweġibiet għall-kwestjonarju juru attitudni pożittiva ġenerali, b’titjib fil-livelli tal-persunal, b’livelli għolja ta’ żieda fil-persunal u t-taħriġ tal-persunal għal awtoritajiet amministrattivi u ta’ ħlas. L-iżbalji identifikati mill-Qorti huma ħafna drabi aċċettati mill-Istati Membri u f’għadd kbir ta’ każi, diġà ttieħdu azzjonijiet. Dawn ser jiġu segwiti mill-Kummissjoni. - L-Istati Membri ġeneralment indikaw li kienu soddisfatti bil-mod li bih il-Kummissjoni wettqet ir-rwol ta' superviżjoni tagħha. L-Istati Membri indikaw il-ħtieġa għas-simplifikazzjoni, fir-rigward tar-regoli u r-regolamenti. Barra minn hekk, hemm talbiet lill-Kummissjoni biex jissaħħu u jiġu żviluppati aktar il-linji gwida u l-għajnuna pprovduta. Fl-aħħar nett, l-Istati Membri qed jitolbu kjarifika mingħand il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri, partikolarment fir-rigward tal-aħjar prassi. [1] Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri –Rapport Annwali 2007 nota dwar l-Informazzjoni tal-Baġit tal-2007 pg7 [2] Regolament Finanzjarju l-Artikolu 143.6 [3] Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jirrigwarda is-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ĠUC 286 tal-10.11.2008 p29 [4] Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jirrigwarda s-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ĠUC 286 tal-10.11.2008 p150 [5] Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jirrigwarda s-sena finanzjarja 2007, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet ĠUC 286 tal-10.11.2008 p28 [6] Ara n-nota tal-qiegħ 4 hawn fuq