Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi; direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni /* KUMM/2009/0078 finali - / 2007/ */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 17.2.2009 KUMM(2009) 78 finali 2007/ 0247/ 0248 / 0249 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni 2007/ 0247/ 0248 / 0249 (COD) KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 251(2) tat-Trattat tal-KE rigward il-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta' Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi kif ukoll Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej fit-Telekomunikazzjoni 1. L-ISFOND Il-Kummissjoni adottat il-proposti tagħha għad-Direttivi COM(2007) 697 – 2007/0247 (COD) (‘Id-Direttiva dwar Regolamentazzjoni Aħjar’), COM(2007) 698 – 2007/0248 (COD) (‘Id-Direttiva dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini’) u l-proposta tagħha għal Regolament COM (2007) 699 – 2007/0249 (COD) fit-13 ta’ Novembru 2007 u ppreżentathom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fit-13, il-15 u s-16 ta’ Novembru 2007. Il-Kummissjoni adottat il-proposti emendati tagħha li kienu jinkludu bosta mill-emendi jew parti minnhom, ivvotati mill-Parlament Ewropew fl-ewwel qari tiegħu fl-24 ta’ Settembru 2008, skont l-Artikolu 250 tat-Trattat tal-KE, fil-5/is-6 ta’ Novembru 2008[1]. Il-Kunsill, skont l-Artikolu 251 tat-Trattat tal-KE, adotta l-pożizzjonijiet komuni tiegħu dwar dawn il-proposti fil-[…][2]. 2. L-GĦAN TAL-PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI L-għan tal-proposti tal-Kummissjoni huwa l-aġġustament tal-qafas [kwadru] regolatorju għall-kommunikazzjonijiet-e, jiġifieri - id-Direttivi Kwadru [ta' Qafas][3], tal-Awtorizzazzjoni[4] u tal-Aċċess[5], biex tittejjeb l-effikaċja tagħhom, jitnaqqsu r-riżorsi amministrattivi meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ regolamentazzjoni ekonomika u biex l-aċċess għal frekwenzi tar-radju jsir aktar faċli u aktar effiċjenti, u - id-Direttiva dwar Servizz Universali[6] u d-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika[7], biex jissaħħu ċerti drittijiet tal-konsumaturi u l-utenti, u jiġi assigurat li l-komunikazzjonijiet elettroniċi jkunu ta' min jafdahom, siguri u affidabbli u li jipprovdu livell għoli ta' ħarsien għall-privatezza u d-dejta personali tal-individwi; u biex jitwaqqaf korp espert indipendenti li għandu jagħti kontribuzzjoni effettiva biex jitkompla t-twaqqif tas-suq intern permezz ta’ assistenza lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali fl-implimentazzjoni tal-qafas regolatorju tal-UE. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-pożizzjoni tagħha, kif stabbilita fil-proposti emendati tagħha COM(2008) 720, 723 u 724 tirrapreżenta pass sostanzjali ’l quddiem lejn pożizzjoni konverġenti tat-tliet istituzzjonijiet. 3. KUMMENTI DWAR IL-POŻIZZJONI KOMUNI TAL-KUNSILL Il-Kummissjoni tinnota li l-pożizzjoni tal-Kunsill tmur sostanzjalment 'il bogħod minn dawk tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, partikolarment rigward il-mekkaniżmi tas-suq intern, speċjalment biex ikunu assigurati rimedji regolatorji konsistenti, ir-rimedju addizzjonali tas-separazzjoni funzjonali, il-politika tal-ispettru, u t-twaqqif ta’ korp regolatorju. Fir-rigward tal-korp regolatorju, il-Kummissjoni hija mħassba partikolarment dwar il-fatt li l-pożizzjoni tal-Kunsill tqajjem kwistjonijiet istituzzjonali li jikkostitwixxu ostaklu sostanzjali għal ftehim sodisfaċenti. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-pożizzjoni tal-Kunsill mhix l-istess bħal dawk tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew dwar għadd ta’ kwistjonijiet supplimentari li jaqgħu taħt iż-żewġ proposti għal direttivi biex jiġi emendat il-qafas regolatorju. Minkejja dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenzi fid-Direttiva proposta tad-Drittijiet taċ-Ċittadini mhumiex kbar daqs dawk relatati mad-Direttiva proposta għal Regolamentazzjoni Aħjar u r-Regolament propost li jwaqqaf korp regolatorju. 4. KONKLUŻJONI Il-Kummissjoni, fil-kummenti tagħha ta’ hawn fuq, tiġbed l-attenzjoni għad-differenzi li jeżistu bejn il-proposti tagħha, kif emendati, u għall-pożizzjonijiet komuni tal-Kunsill. Minkejja dan, u soġġett għad-dikjarazzjoni tagħha mehmuża mal-minuti tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2008, il-Kummissjoni tikkonferma l-fehma tagħha li l-proposti emendati tagħha jistgħu jikkontribwixxu għal ftehim bilanċjat bejn l-istituzzjonijiet li jirrapreżenta avvanz għaċ-ċittadini u l-intrapriżi fis-suq uniku Ewropew. Il-Kummissjoni, għalhekk, hija lesta biex tiffaċilita ftehim bejn il-koleġiżlaturi. ANNESS DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI Il-Kummissjoni tinnota l-Pożizzjoni Komuni adottata mill-Kunsill li temenda l-proposti tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-Qafas Regolatorju tal-UE għal Netwerks u Servizzi ta’ Komunikazzjonijiet Elettroniċi (il-proposti għal Direttiva dwar Regolamentazzjoni Aħjar, Direttiva dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini u Regolament li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Suq tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi). Il-Kummissjoni tqis partikolarment li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill tmur sostanzjalment 'il bogħod minn dawk tal-Kummissjoni kif ukoll tal-Parlament Ewropew, notevolment fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq intern, partikolarment biex ikunu żgurati rimedji regolatorji konsistenti, ir-rimedju addizzjonali tas-separazzjoni funzjonali, il-politika tal-ispettru, u t-twaqqif ta’ korp regolatorju. Fir-rigward tal-korp regolatorju, il-Kummissjoni hija mħassba partikolarment dwar il-fatt li l-pożizzjoni tal-Kunsill tqajjem kwistjonijiet istituzzjonali li jikkostitwixxu ostaklu sostanzjali għal ftehim sodisfaċenti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill ma taqbilx ma’ dawk tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew dwar għadd ta’ kwistjonijiet supplimentari li jaqgħu taħt iż-żewġ proposti għal direttivi biex jiġi emendat il-qafas regolatorju. Minkejja dan, il-Kummissjoni tikkunsidra li d-differenzi li jeżistu rigward id-Direttiva proposta tad-Drittijiet taċ-Ċittadini mhumiex kbar daqs dawk relatati mad-Direttiva proposta għal Regolamentazzjoni Aħjar u r-Regolament propost li jwaqqaf korp regolatorju. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tixtieq terġa' ssostni l-pożizzjoni tagħha, kif stabbilita fil-proposti emendati tagħha COM (2008) 720, 723 u 724 li tirrapreżenta pass sostanzjali ’l quddiem lejn pożizzjoni konverġenti tat-tliet istituzzjonijiet.[pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic][pic] [1] COM(2008) 724, 723 u 720 finali, rispettivament. [2] ĠU C. [3] Id-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002). [4] Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002). [5] Id-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (ĠU L 108, 24.4.2002). [6] Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51). [7] Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-dejta personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).