Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar {SEC(2009) 103} {SEC(2009) 104} {SEC(2009) 106} /* KUMM/2009/0040 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 5.2.2009 KUMM(2009) 40 finali KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar {SEC(2009) 103}{SEC(2009) 104}{SEC(2009) 106} KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità għall-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Klieb il-Baħar 1. Daħla Il-klieb il-baħar ġeneralment jitqiesu bħala l-ogħla predaturi fl-oċeani u l-ibħra. Madankollu, huma speċijiet vulnerabbli ħafna, li l-popolazzjonijiet tagħhom qed iġarrbu tnaqqis sinifikanti, u fil-każ ta’ xi speċijiet partikolari, hemm is-sogru reali tal-estinzjoni tagħhom fl-ilmijiet tal-UE. Minn perspettiva bijoloġika, il-klieb il-baħar, ir-rebekkini, ir-rajji u l-kimeri – magħrufin kollettivament bħala l- chondrichthyans – jinqasmu f’żewġ gruppi prinċipali: l-Elasmobranki u l-Kimeri, u jinkludu aktar minn 1 000 speċi[1]. Issibhom fl-oċeani u l-ibħra kollha, u b’mod partikolari fl-Oċean Atlantiku tat-Tramuntana, fejn hija kkonċentrata aktar minn 50 % tal-qabda min-naħa tal-bastimenti tal-KE. Filwaqt li s-sajd għall-klieb il-baħar jirrappreżenta parti limitata mill-produzzjoni tas-sajd dinji, għadda minn tkabbir rapidu minn nofs it-tmeninijet. Din ix-xejra mexxietha ‘l quddiem domanda akbar għall-prodotti mill-klieb il-baħar (il-pinen b’mod partikoalri, imma wkoll il-laħam, il-ħilda, il-qarquċa, eċċ.), b’mod speċjali fis-suq Asjatiku, u sostnuta minn għadd ta’ fatturi, fosthom it-titjib fit-teknoloġija tas-sajd, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni fost il-konsumaturi, kif ukoll it-tnaqqis fl-istokkijiet tal-ħut l-oħra. Dawn l-elementi kollha għamlu tagħhom biex is-sajd għall-klieb il-baħar iżid fil-valur. Bejn l-1984 u l-2004, il-qabdiet dinjija tal-klieb il-baħar kibru minn 600 000 għal aktar minn 810 000 tunnellata metrika. Il-popolazzjonijiet tal-klieb il-baħar huma partikoalrment vulnerabbli għas-sajd mhux regulat u intensiv, minħabba l-karatteristiċi bijoloġiċi tagħhom. Il-potenzjal riproduttiv baxx tagħhom u l-kapaċità limitata għal żidiet fil-popolazzjoni fil-fatt ifissru li l-istokkijiet qajla għandhom kapaċità jirkupraw minn perjodi ta’ sajd żejjed jew minn skossi negattivi oħra. Għaldaqstant, biex niżguraw l-isfruttament sostenibbli tal-klieb il-baħar jeħtieġ li jkun hemm qafas stabbli u effikaċi għall-ġestjoni ta’ dan is-sajd. Saru sforzi fil-livell internazzjonali biex tkun żgurata ġestjoni kkoordinata tas-sajd għall-klieb il-baħar. Fi ħdan il-qafas tal-Kodiċi ta’ Kondotta għas-Sajd Responsabbli, l-FAO flo-1999 adottat il-Pjan Internazzjonali ta’ azzjoni għal-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar (IPAO SHARKS). Filwaqt li l-pjan ta’ azzjoni tal-FAO mhuwiex vinkolanti, għandu l-mira li lill-Istati kkonċernati kollha jipprovdilhom punt ta’ riferiment u linji ta’ gwida biex ifasslu l-pjanijiet tagħhom għall-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-isfruttament sostenibbli fit-tul tal-klieb il-baħar. Minkejja l-importanza tas-sajd għall-klieb il-baħar għall-flotot tas-sajd tal-KE, sal-lum is-sajd għall-klieb il-baħar għadu mhuwiex soġġett għal qafas komprensiv ta’ ġestjoni fil-livell tal-Komunità. Mal-medda taż-żmien, ġew adottati għadd ta’ miżuri li, direttament jew indirettament, kienu mmirati lejn il-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar. Madankollu jidher li l-firxa ta’ miżuri eżistenti għandha tissaħħaħ biex niżguraw li jerġgħu jitqawwew il-bosta stokkijiet li ġarrbu tnaqqis, mistada mill-flotta Komunitarja sew fil-Komunità kif ukoll lil hinn minnha. Barra minn hekk, fid-dawl tal-impenn taħha favur is-sad sostenibbli u l-piż tagħha fil-livell dinji, il-Komunità għandha tieħu rwol minn ta’ quddiem fl-iżvilupp ta’ politiki mmirati lejn sfruttament razzjonali tal-chondrichthyans. Għaldaqstant huwa f’waqtu u f’loku li, fil-livell tal-KE, niżviluppaw u nimplimentaw politika u qafas regolatorju għas-sajd tal-klieb il-baħar li jkunu komprensivi, effikaċi u integrati. Din il-Komunikazzjoni tressaq Pjan ta’ Azzjoni għall-klieb il-baħar. Tipprovdi l-isfond li fuqu ġie abbozzat il-Pjan, tagħti stampa tal-prinċipji li jissejjes fuqhom u tiddeskrivi l-elementi ewlenin tiegħu. Fit-Tabella annessa tingħata stampa globali tal-azzjonijiet maħsuba. Il-Pjan jibni fuq il-kontribut rikk li l-partijiet interessati taw matul konsultazzjoni pubblika u istituzzjonali li ntemmet f’Marzu 2008, u huwa mirfud mill-analiżijiet mogħtija fil-valutazzjoni tal-impatt annessa. F’konformità mal-Pjan Internazzjonali ta’ Azzjoni tal-FAO, mal-Komunikazzjoni u l-Pjan ta’ Azzjoni hemm ukoll Rapport ta’ Valutazzjoni dwar il-Klieb il-Baħar, li qed jitressaq fl-Anness bħala Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal. 2. Is-sitwazzjoni attwali 2.1. Is-sajd għall-klieb il-baħar tal-KE 2.1.1. L-Atlantiku tat-Tramuntana L-Atlantiku tat-Tramuntana jinkludi għadd ta’ operati tas-sajd għall-klieb il-baħar, li jsiru f’ilmijiet taħt il-ġuriżdizzjoni tal-UE u ta’ pajjiżi terzi (in-Norveġja, il-gżejjer Faeroe, eċċ.), kif ukoll f’ilmijiet internazzjonali taħt Organizzazzonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd differenti. Dawn jinkludu s-sajd għall-klieb il-baħar u r-rajji fil-Grigal tal-Ewropa, is-sajd demersali u ta’ nofs il-kolonna tal-ilma tal-Atlantiku tal-Grigal kif ukoll is-sajd għall-klieb il-baħar tal-fond (is-sajd pelaġiku akbar jitqies separatment fis-sezzjonali li jmiss). Madwar 56 000 tunnellata ta’ elasmobranki jinqabu minn bastimenti tal-UE f’dan ir-reġjun (l-Atlantiku tal-Majjistral u tal-Grigal , inkluż il-Mediterran), l-aktar rebekkini, rajji u klieb il-baħar żgħar demersali, b’qabdiet relattivament ċkejkna ta’ klieb il-baħar pelaġiċi kbar. Waħda mill-problemi ewlenin għall-ġestjoni tal-klieb il-baħar f’dan il-qasam hija n-natura mħallta tas-sajd demersali, li tagħmilha diffiċli ħafna li l-azzjoni tkun immirata sewwa biex tipproteġi l-klieb il-baħar mingħajr ma jkun hemm konsegwenzi gravi għall-ispeċijiet l-oħra li jinqabdu. Barra minn hekk, il-kapaċità żejda konsiderevoli tal-flotot li jaqbdu l-klieb il-baħar, rebekkini u rajji żgħar bħala qabdiet inċidentali fis-sajd demersali hija wkoll kawża importanti ta’l-problemi ta’ ġestjoni f’dan il-qasam. 2.1.2. L-Atlantiku Ċentrali u tan-Nofsinhar Is-sajd għall-klieb il-baħar fl-Atlantiku Ċentrali : Hawnhekk l-ispeċijiet ta’ mira huma t-tonn u l-pixxispad, u dan is-sajd tal-wiċċ għat-tonn, u sa ċertu punt il-qbid inċidentali tagħhom ta’ klieb il-baħar pelaġiċi, huwa ġestit mill-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT). Filwaqt li l-klieb il-baħar rari jinqabdu bil-purse seines u bis-sajd bil-qasab u x-xlief, is-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ għandu rata għolja ta’ qbid b’madwar 68 %, imqabbel mat-30 % tal-qbid tal-ispeċijiet fil-mira ddikjarati, il-pixxispad u t-tonn. Dan il-qbid ta’ klieb il-baħar ilaħħaq madwar 31 000 tunnellata kull sena, u jikkonsisti fil-ħuta kaħla ( Prionace glauca ) u l-mako ta’ pinna qasira ( Isurus oxyrinchus ), bil-ħuta l-kaħla weħida tirrapreżenta 75 % tal-qbid tal-klieb il-baħar. Minbarra s-sajd għat-tonn f’din il-parti tal-Atlantiku, hemm bosta żoni tas-sajd mal-kosta, taħt il-ġuriżdizzjoni ta’ pajjiżi terzi, li jisfruttawhom il-bastimenti Komunitarji. Il-qbid irrappurtat minn bastimenti tal-Komunità (għandna naħsbu, il-qabdiet li jinżammu abbord) huwa pjuttost modest, madwar 2 300 tunnellata fis-sena għal dawn l-aħħar ħames snin. 2.1.3. L-Oċean Indjan Iż-żewġ gruppi ta’ speċijiet ewlenin fost il-qabdiet huma l-pixxispad (45 %; madwar 7 000 tunnellata fis-sena) u l-klieb il-baħar (40 %; madwar 6 100 tunnellata fis-sena). Il-komponent ta' klieb il-baħar tiddominah il-ħuta kaħla ( Prionace glauca ), li tirrappreżenta sa 88 % tal-qbid totali tal-klieb il-baħar. L-ispeċi importanti l-oħra hija l-mako ta’ pinna qasira ( Isurus oxyrinchus ), li tirrappreżenta madwar 9 % tal-qbid totali tal-klieb il-baħar. 2.1.4. L-Oċean Paċifiku Il-ġestjoni tas-sajd tat-tonn fil-Paċifiku hija f’idejn żewġ RFMOs: l-IATTC fil-parti tal-Lvant, u d-WCPFC fil-partijiet Ċentrali u tal-Punent. Filwaqt li l-Komunità hija parti kontraenti f’dan tal-aħħar, fl-IATTC għandha biss status ta’ osservatur. Mill-2001 sal-2005, il-ħatt l-art tal-qabdiet ta’ klieb il-baħar żied minn darba għall-oħra, minn madwar 400 tunnellata għal 6 100 tunnellata. Dan jirrifletti l-fatt li l-klieb il-baħar qed jinżammu abbord aktar minn qabel, minħabba l-potenzjal ekonomiku ta’ dawn l-ispeċijiet u d-derivattivi tagħhom fis-swieq internazzjonali. Huwa wkoll ikkawżat mit-twessigħ tas-sajd lejn il-Punent, li seħħ mill-2004 'l hawn. Bħal fil-każ tal-Oċean Atlantiku u dak Indjan, il-ħuta l-kaħla ( Prionace glauca ) u l-mako tal-pinna qasira ( Isurus oxyrinchus ) huma l-klieb il-baħar pelaġiċi l-aktar prevalenti fil-qabdiet u fil-ħatt lart ta’ bastimenti tas-sajd bil-konz li joperaw fl-Oċean Paċifiku. 2.2. Is-suq tal-klieb il-baħar fl-UE Il-mazzola griża( Squalus acanthias ) u l-mazzola bit-tikek ( Scyliorhinus spp .) huma speċijiet koperti mill-organizzazzjoni komuni tas-suq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura stabbilita bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000[2] u huma eliġibbli għal miżuri ta’ intervent. Bejn l-2005 u l-2007, l-interventi ta’ rtirara tal-mazzola griża fil-konfront mal-produzzjoni tal-UE-25 twettqu f’firxa bejn 0,76 % u 1,46 %. Min-naħa l-oħra, l-irtirar tal-mazzola bit-tikek żdied minn 4,04 % fl-2005 sa 6,54 % tal-produzzjoni tal-UE-25 fl-2007. F’dak li jirrigwarda l-kummerċ estern, l-importazzjoni tal-mazzola griża u speċijiet oħra ta’ klieb il-baħar (sħaħ, friski, imkessħa jew iffriżati) fl-UE-25 kienet 19 439 tunnellata fl-2005, u niżlet għal 18 756 tunnellata fl-2007. Min-naħa l-oħra, l-esportazzjoni tal-mazzola griża u speċijiet oħra ta’ klieb il-baħar (sħaħ, friski, imkessħa jew iffriżati) mill-UE-25 żdiedet minn 696 tunnellata fl-2006 sa 2 704 tunnellata fl-2007.2.3. Il-qafas legali applikabbli għall-klieb il-baħar fl-UE Il-klieb il-baħar huma riżorsi akkwatiċi ħajjin, u għaldaqstant il-pjan tal-Komunità jaqa' fl-ambitu tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) kif definita bl-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd. Diġà hemm leġiżlazzjoni tal-KE li tirregola l-ġestjoni tal-produzzjni, il-miżuri tekniċi, il-kontroll, kif ukoll il-politika dwar il-flotot u dik dwar il-kummerċ, li tista’ tkun effikaċi biex tiżgura l-użu sostenibbli tal-klieb il-baħar. Miżuri oħra, minkejja li mhumiex speċifiċi għall-klieb il-baħar, jista’ jkollhom impatt importanti fuq il-klieb il-baħar, b’mod speċjali dawk li jinqabdu inċidentalment. Dawn huma miżuri meħuda skont pjanijiet multiannwali skont ir-Regolament (KE) Nru 1976/2006. F’termini ġenerali, f’dak li jirrigwarda l-opportunitajiet tas-sajd għall-klieb il-baħar, hemm żewġ tipi ta’ regolamenti li jistipulaw ir-regoli għas-sajd immirat għall-klieb il-baħar u l-qbid inċidentali tal-klieb il-baħar: a) Regolamenti tal-Kunsill li kull sentejn jiffissaw l-opportunitajet tas-sajd għall-bastimenti Komunitarji għal ċerti stokkijiet tal-ħut tal-baħar fond, li jkopru l-ilmijiet tal-UE u dawk tan-NEAFC (il-Kummissjoni għas-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal); b) Regolamenti tal-Kunsill ta’ kull sena li jiffissaw l-opportunitajet tas-sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati għal ċerti stokkijiet ta’ ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità, u , għall-bastimenti Komunitarji, f’ilmijiet fejn huma meħtieġa limitazzjonijet tal-qbid, inklużi l-ilmijiet amministrati min-NEAFC, in-Nafo u s-CCAMLR. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002 tas-16 ta’ Diċembru 2002[3] jistabbilixxi rekwiżti speċifiċi ta’ aċċess u kundizzjonijiet relattivi għas-sajd ta’ stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond, fosthom firxa wiesgħa ta’ klieb il-baħar tal-baħar fond. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1185/2003[4] jipprojbixxi u jipprevjeni l-qtugħ tal-pinen (l-ħekk imsejjaħ “finning”), fejn minn kelb il-baħar jinżammu biss il-pinen filwaqt li l-bqija tal-ħuta tintrema fil-baħar. Jipprovdi li l-piż tax-xewk [pinen] miżmum mill-qabda ma għandu qatt jaqbez il-piż teoretiku tal-pinen li jkun jikkorrispondi għall-partijiet li jkun fadal tal-kelb il-baħar miżmuma abbord, trażbordati jew imħatta l-art. Għall-finijiet tal-infurzar ta’ dan l-obbligu, ir-Regolament jipprovdi li l-piż teoretiku tal-pinen fl-ebda każ ma għandu jaqbeż il-5 % tal-piż ħaj tal-klieb il-baħar maqbuda. Huwa wkoll importanti li tittieħed nota li, fil-livell internazzjonali u min-naħa tal-Komunità Ewropea, ittieħdu diversi miżuri biex jirregolaw il-kummerċ internazzjonali fil-klieb il-baħar u l-prodotti mill-klieb il-baħar. Dawn kienu implimentati taħt l-awspiċi tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Kummerċ fl-Ispeċijiet Ipperikolati ta’ Fawna u Flora Selvaġġi (CITES). Għadd ta’ speċijiet ta’ klieb il-baħar, speċifikament il-gabdoll ( Cetorhinus maximus ), il-kelb il-baħar l-abjad ( Carcharodon carcharias ) u l-kelb il-baħar baliena ( Rhincodon typus ), huma inklużi fl-Appendiċi II tas-CITES, jiġifieri l-kummerċ f’dawn l-ispeċijiet huwa rregolat strettament. Barra minn hekk, il-gabdoll u l-kelb il-baħar l-abjad huma elenkati fl-Appendiċijiet I u II tal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċijiet Migratorji (CMS). Il-kelb il-baħar baliena huwa elenkat fl-Appendiċi II ta’ din il-Konvenzjoni. 3. Il-Pjan ta' Azzjoni 3.1. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità: l-għan ġenerali, l-ambitu u l-miri operattivi Il-punt ta’ riferiment għal dan il-Pjan ta’ Azzjoni huwa l-FAO IPOA SHARKS, li jimmira li jiżgura l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar u l-użu sostenibbli tagħhom fit-tul madwar id-dinja. L-għan tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità huwa li jagħti kontribut għall-ilħiq ta’ dik il-mira ġenerali, billi jiżgura li jerġgħu jissaħħu l-bosta stokkijiet imnaqqsa ta’ ħut mistada mill-flotta tal-Komunità sew fl-ilmijiet Komunitarji kif ukoll lil hinn minnhom. Il-Pjan ta’ Azzjoni jagħti stampa ta’ dak li diġà huwa implimentat, u wkoll ta’ dak li għad baqa’ xi jsir biex niżguraw politika u qafas ta’ leġiżlazzjoni li jkunu komprensivi u koerenti għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar ġewwa l-ilmijiet tal-Komunità u lil hinn minnhom. L-ambitu tal-Pjan ta’ Azzjoni propost ikopri s-sajd immirat kummerċjali, is-sajd inċidentali kummerċjali, is-sajd immirat rikreattiv u s-sajd inċidentali rikreattiv ta’ kwalunkwe chondrichthyans fl-ilmijiet tal-Komunità. Jinkludi wkoll kwalunkwe sajd kopert minn ftehimiet kurrenti u potenzjali u minn sħubijiet bejn il-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, kif ukoll is-sajd fil-baħar miftuħ u s-sajd kopert minn RFMOs li jieħdu ħsieb il-ġestjoni u l-ħruġ ta’ rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti barra l-ilmijiet tal-Komunità. Il-Pjan ta’ Azzjoni jfittex li jilħaq it-tliet miri speċifiċi li ġejjin: 1. li jwessa’ l-għarfien sew dwar is-sajd għall-klieb il-baħar kif ukoll dwar speċijiet ta’ klieb il-baħar u r-rwol tagħhom fl-ekosistema; 2. li jiżgura li s-sajd immirat għall-klieb il-baħar ikun sostenibbli u li l-qbid inċidentali ta’ klieb il-baħar ikkawżat minn sajd għal speċijiet oħra ikun irregolat sewwa; 3. li jġib ‘il quddiem approċċ koerenti bejn il-politika interna tal-Komunità dwar il-klieb il-baħar u dik esterna. 3.2. Il-Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità: prinċipji ta’ gwida u azzjonijiet ewlenin 3.2.1. Strateġija progressiva biex tittratta kwistjonijiet relatati mal-klieb il-baħar abbażi ta’ evidenza xjentifika soda Bħala prinċipju ġenerali, il-ħut tal-qarquċa għandu jkun ġestit skont pariri xjentifiċi sodi, bħal ma jsir f'tipi oħra ta' sajd. Madankollu, fid-dawl tal- karatteristiċi bijoloġiċi u ekoloġiċi speċifiċi tal-parti l-kbira tal-ispeċijiet rilevanti, il-ġestjoni tagħhom tirrikjedi approċċ aktar prudenti. il-miżuri ta’ implimentazzjoni għandhom jissejsu fuq Approċċ ta’ Prekawzjoni, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2000) 803 finali[5] dwar il-ġestjoni tas-sajd għal speċi unika. Għandha tittieħed nota li l-grupp ta’ ħidma dwar il-klieb il-baħar (WGEF) tal-ICES qiegħed jiżviluppa l-valutazzjonijiet tal-istatus tal-istokkijiet tal-ispeċijiet ewlenin fil-perjodu 2007-2009. Minħabba li r-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet għandhom ikunu l-bażi ta’ kwalunkwe azzjoni fil-ġejjieni rigward stokkijiet speċifiċi, mhux se jkun fattibbli i l-azzjonijiet kollha li jirrigwardaw il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar jiġu implimentati fl-istess waqt. Barra minn hekk, minħabba li qed jasal amont dejjem jikber ta’ dejta xjentifika u ta’ monitoraġġ, jidher għaqli li nirrakkomandaw approċċ gradwali. F’dan ir-rigward, ta’ min wieħed jinnota li l-Kummissjoni, bid-Deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Novembru 2008 skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd, li jkopri l-kwistjonijiet marbuta mal-klieb il-baħar fi ħdan l-iskemi għat-teħid ta' kampjuni għall-ġbir tad-dejta (sokkijiet tal-Grupp 1). Rigward il-projbizzjoni tat-teħid tal-pinen biss, lakuna importanti possibbli fl-implimentazzjoni tar-regolament dwar dan min-naħa tal-Istati Membri tal-KE huwa r-riskju li jaċċettaw ġustifkazzjonijiet ġenerali wisq għall-ħtieġa ta' separazzjoni abbord tal-ipproċessar tal-pinen tal-klieb il-baħar u l-bqija ta' dawn il-ħutiet. Għaldaqstant, jidher li jkun f’loku li jissaħħu u jkunu ċċarati l-elementi għall-ġustifika pprovduta bl-Artikolu 4(2) tarr-Regolament (KE) Nru 1185/2003. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoi qieset ukoll elementi oħra rilevanti, bħalma huma r-rakkomandazzjonijiet ta’ esperti dinjin dwar din il-kwistjoni, li huma tal-fehma li Regolament effikaċi u prattiku dwar it-teħid tal-pinen għandu jagħmilha obbligatorja li l-klieb il-baħar jinħattu l-art bil-pinen b’kollox, kif ukoll ir-risposti għall-konsultazzjoni miftuħa varata mil-Kummissjoni dwar l-abbozz ta' Pjan ta' Azzjoni tal-Komunità. 3.2.2. Enfasi fuq il-kooperazzjoni reġjoanli Bosta speċijiet ta’ klieb il-baħar huma ħafna mferrxin fil-wisa’ u huma migratorji ħafna, f’ibħra internazzjonali. Għaldaqstant, ir-responsabbiltà għall-ġestjoni tas-sajd li jisfrutta dawn l-istokkijiet primarjament sejra tkun f'idejn l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) rilevanti. Huwa l-kompitu ta’ dawn il-korpi li jiddetereminaw miżuri adegwati għall-ilmijiet taħt ir-responsabbiltà tagħhom. Għaldaqstant huwa importanti li l-ħidma tal-RFMOs f’dan ir-rigward tingħata l-appoġġ, li l-RFMOs diġà stabbiliti jissaħħu, u li naħdmu flimkien biex jiġu stabbiliti bla dewmien RFMOs ġodda f’żoni li għadhom mhumiex koperti. Attwalment, dwar il-ġestjoni tal-klieb il-baħar, ftit hemm rakkomandazzjonijiet vinkolanti adottati minn RFMOs li l-Komunità hija parti kontraenti fihom. F’każijiet fejn mhemm previst(a) l-ebda rakkomandazzjoni jew pjan ta’ ġestjoni, il-Komunità għandha tħeġġeġ lill-kumitati xjentifiċi rispettivi biex jiżviluppaw proposti biex itejbu d-disponibbiltà tad-dejta u biex iwettqu valutazzjonijiet preliminari. Komponent ewlieni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità huwa t-tisħiħ tar-rwoli tal-RFMOs fil-politika tagħhom tal-ġestjoni tas-sajd, biex b’hekk niżguraw aħjar pariri kkwalifikati ta’ livell għoli mill-kumitati xjentifiċi rispettivi tagħhom. Fl-assenza ta’ rakkomandazzjonijiet u pariri ċari dwar il-ġestjoni tal-klieb il-baħar min-naħa tal-RFMOs, dan il-Pjan ta’ Azzjoni jiffoka primarjament fuq it-titjib tal-għarfien saew dwar is-sajd immirat kif ukoll dwar dak inċidentali tal-klieb il-baħar. Għaldaqstant, il-Komunità sejra tkompli taħdem mal-RFMOs u tirfidhom fl-isforzi tagħhom biex id-dejta dwar il-klieb il-baħar issir disponibbli aktar fil-wisa’, u biex jieħdu l-miżurita’ ġestjoni adegwati. Il-projbizzjoni tal-prattika ta’ tneħħija tal-pinen tal-kelb il-baħar fir-Regolament 1185/2003 tapplika għal kull tip ta’ sajd fl-ibħra tal-Komunità u għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità kollha li jistadu f’ibħra mhux Komunitarji. Barra minn hekk, f’dawn l-aħħar ftit snin, il-prattiki tat-tneħħija tal-pinen ġew ipprojbiti fil-parti l-kbira tal-RFMOs li għandhom kompetenza għal kwistjonijiet dwar il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar. Ta’ spiss, dawn il-projbizzjonijiet inqablu abbażi ta’ proposti tal-Komunità, bl-appoġġ ta’ partijiet oħra. Ir-regoli rilevanti adottati mill-RFMOs jipprojbixxu t-tneħħija tal-pinen tal-klieb il-baħar, u jipprovdu li kull Parit Kontraenti għandha tipprojbixxi li l-bastimenti tagħha jkollhom abbord pinen tal-klieb il-baħar li kumplessivament ilaħħqu aktar minn 5 % tal-“piż tal-klieb il-baħar abbord”, sal-ewwel post ta’ ħatt l-art (filwaqt li l-liġijiet tal-Komunityà attwalment jirreferu għal 5 % tal-“piż ħaj tal-qabda ta’ klieb il-baħar”). Il-Kummissjoni sejra tkompli taħdem favur l-iżgurar li l-miżuri adottati fil-livell tal-Komunità rigward prattiki tat-teħid tal-pinen ikunu implimentati fil-konvenzjonjiet internazzjonali rilevanti kollha, inkluż b’mod partikolari l-Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjoni tas-Sajd. Fl-aħħar nett, il-Komunità sejra taħdem biex jintlaħaq titjib tal-kooperazzjoni internazzjonali permezz, tas-CMS u s-CITES, biex is-sajd u l-kummerċ tal-klieb il-baħar ikun ikkontrollat. 3.2.3. Qafas integrat ta’ azzjonijiet Il-Kummissjoni jidhrilha li ġestjoni tajba tal-klieb il-baħar tirrikjedi sett disfferenti ta’ miżuri dwar ‘input/output’ u ta’ natura teknika. Globalment, i-kontenut suġġerit tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Komunità huwa strutturat skont il-pjan tal-IFAO dwar il-klieb il-baħar kif provdut fl-Appendiċi A tal-FAO IPOA għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-klieb il-baħar. Il-Pjan ta’ Azzjoni sejjer jinkludi miżuri maħsuba għat-titjib tal-ġbir tad-dejta u l-pariri xjentifiċi, il-ġestjoni u miżuri tekniċi, flimkien ma’ tisħiħ ulterjuri tal-kontroll tal-projbizzjoni tat-teħid tal-pinen tal-klieb il-baħar. Sejrin jiħu implimentati fil-livell tal-Komunità u tal-Istati Membri, u l-Komunità sejra taħdem biex l-RFMOs rilevanti japprovawhom . 3.3. Konklużjonijiet Il-Pjan ta’ Azzjoni propost jinkludi firxa wiesgħa a’ miżuri legali u ta’ politika, inklużi emendi f’għadd ta’ regolamenti eżistenti. Uħud minn dawn il-miżuri jistgħu jkunu implimentati fil-livell tal-Komunità, filwaqt li oħrajn jeħtieġu azzjoni fil-livell tal-Istati Membri, jew inkella jeħtieġu l-approvazzjoni tal-RFMOs. Barra minn hekk, il-Pjan ta’ Azzjoni jipprevedi sew azzjonijiet li jistgħu jiġu implimentati minnufih, u oħrajn li jeħtiġilhom impenn aktar fit-tul u ma jistgħux ma jibbażawx fuq evidenza u parir xjentifiku li progressivament sejrin ikunu isiru disponibbli. L-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għaldaqstant sejra tiddependi fuq il-kontributi tal-atturi kollha involuti. Il-Kummissjoni qed tippreżenta dan il-Pjan ta’ Azzjoni lill-Kunsill u lill-Parlament, u tħeġġiġhom jappoġġaw l-azzjonijiet proposti. Pjan ta’ Azzjoni għall-klieb il-baħar Mira speċifika L-approfondiment tal-għarfien sew dwar is-sajd għall-klieb il-baħar kif ukoll dwar speċijiet ta’ klieb il-baħar u r-rwol tagħhom fl-ekosistema. | L-għan | Livell ta’ azzjoni | Azzjoni | Parti responsabbli | Skeda ta’ żmien | Li tkun disponibbli dejta speċifika għal kull speċi, affidabbli u dettaljata, ta’ natura kwantitattiva u bijoloġika, dwar il-qbid u l-ħatt l-art, kif ukoll dejta kummerċjali għas-sajd ta' prijorità għolja u medja. | Livell tal-Komunità | Jiżdied l-investiment fil-ġbir tad-dejta dwar il-klieb il-baħar fil-postijiet fejn isir il-ħatt l-art u min-naħa tal-industriji tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri | Implimentazzjoni gradwali biex ikun hemm riżultati konkreti wara tliet snin ta’ implimentazzjoni. | Ikunu stabbiliti sistemi li jipprovdu verifika tal-informazzjoni dwar il-qbid, skont l-ispeċi u t-tip ta’ sajd. | Jingħata mandat għal kopertura rappreżentattiva fuq bastimenti tas-sajd tal-KE min-naħa ta’ osservaturi abbord għal bastimenti akbar minn 24 m u b’ċifri riċenti ta’ qabdiet inċidentali ta’ aktar minn 10 % jew 15 % (skont tit-ip ta’ sajd partikolari) ta’ klieb il-baħar fil-qbid totali. | Għall-flotot kollha li jistadu f’ilmijiet imbiegħda mhux koperti ill-miżura ta’ hawn fuq, imma li jaqbu l-klieb il-baħar inċidentalment, jingħata mandat għall-kopertura minn osservaturi ta’ tal-anqas 10 % sal-2013. | Implimentazzjoni gradwali biex ikun hemm riżultati konkreti sal-2013. | Għas-sajd ta’ prijorità għolja f’baħar mhux fond fl-Atlantiku tal-Grigal, jingħata mandat għal skema pilota ta’ osservaturi (eż. madwar 25 osservatur) sal-2013. | Ikun żgurat li kull ħatt l-art jew kummerċ tal-pinen, laħam u żejt tal-klieb il-baħar ikunu rreġistrati separatament u skont il-prodott, u fejn ikun possibbli fil-livell tal-ispeċi, fis-sajd ewlieni u għall-ispeċijiet ewlenija. | Implimentazzjoni gradwali biex ikun hemm riżultati konkreti wara tliet snin ta’ implimentazzjoni. | Miżuri li għandhom jinġiebu ‘l quddiem fi ħdan Organizzazzjonijiet Reġjonali għall-Ġestjni tas-Sajd: | Promozzjoni titjib tad-dejta speċifika għal kull speċi dwar il-qbid u l-ħatt l-art flimkien ma monitoraġġ tal-qabdiet ta’ klieb il-baħar skont is-sajd. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-RFMOs. | Implimentazzjoni gradwali | Li jittejbu, fejn ikun possibbli, il-kooperazzjoni mal-FAO u l-korpi rilevanti tal-ġestjoni tas-sajd, il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-qabdiet immirati, tal-qabdiet inċidentali, ir-rimi, id-dejta tas-suq u tal-kummerċ internazzjonali, fejn jista’ jkun, fil-livell tal-ispeċi. | Li jintalab, permezz tal-FAO u l-RFMOs fejn dan ikun f’loku, li dawn l-organizzazzjonijiet jiżviluppaw u jimplimentaw Pjanijiet Reġjonali dwar il-Klieb il-Baħar flimkien ma’ miżuri assoċjati biex jgħinu fl-identifikazzjoni u l-monitoraġġ tal-ispeċijiet, kif jistipula l-IPOA-SHARKS, sa nofs l-2009, biex ikunu jista’ jingħata rapport lill-15-il Laqgħa tal-Konferenza ta’ Partijiet fis-CITES. | Li jinġiebu ‘l quddiem l-identifikazzjoni u r-rappurtar ta’ dejta bijoloġika u kummerċjali speċifika għal kull speċi, tal-anqas għall-ispeċijiet ewlenin. | Tkun inkoraġġuta kopertura rappreżentattiva fuq bastimenti tas-sajd min-naħa ta’ osservaturi abbord għal bastimenti akbar minn 24 m u b’ċifri riċenti ta’ qabdiet inċidentali ta’ aktar minn 10 % jew 15 % (skont tit-ip ta’ sajd partikolari) ta’ klieb il-baħar fil-qbid totali. Għal flotot oħra mhux koperti mill-miżura ta’ hawn fuq u li jaqbu l-klieb il-baħar inċidentalment, tkun inkoraġġuta kopertura minn osservaturi ta’ tal-anqas 10 % sal-2013. | Livell tal-Istati Membri: | Li jkun hemm monitoraġġ tal-qabdiet fis-sajd rikreattiv u li ssir distinzjoni bejn il-mortalità kkawżata mis-sajd rikreattiv u dak kummerċjali. | L-Istati Membri | Biex ikunu jistgħu jsiru l-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-klieb il-baħar f’livell speċifiku għal kull speċi, u biex ikunu żviluppati strateġiji ta’ sfruttament skont il-prinċipji tas-sostenibbiltà bijoloġika u l-użu ekonomiku razzjonali fit-tul. | Livell tal-Komunità u tal-RFMOs: | Li jittejbu l-programmi ta’ riċerka tal-Komunità u tal-RFMOs biex ikunu ffaċilitati l-ġbir tad-dejta, il-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-istokkijiet f’livell speċifiku għal kull speċi. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-RFMOs. | Implimentazzjoni gradwali biex ikun hemm riżultati konkreti wara tliet snin ta’ implimentazzjoni. | Livell tal-Istati Membri: | Li jkun żviluppat l-għarfien espert nazzjonali | L-Istati Membri | Implimentazzjoni gradwali | Biex jittejbu u jkunu żviluppati oqfsa għall-istabbiliment u l-koordinament ta’ konsultazzjoni effikaċi, li tinvolvi partijiet ineterssati fir-riċerka, il-ġestjoni u l-attivitajiet edukattivi | Livell tal-Komunità | Li jkunu ffaċilitati t-tkattir tal-għarfien u l-konsultazzjoni dwar il-ġestjoni tal-klieb il-baħar u dwar l-aħjar prattika, biex jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mixtieq permezz ta’ programmi tal-Kunsill Konsultattiv Reġjonali (RAC). | Il-Kummissjoni, l-Istati Membri u partijiet interessati | Implimentazzjoni gradwali | Livell tal-Istati Membri | Li l-Istati Membri jitħeġġu jippermettu l-aċċess pubbliku għad-dejta rilevanti kumplessiva dwar il-flotot u t-tagħrif dwar is-sajd għall-klieb il-baħar, filwaqt li jitħares id-dritt tal-kunfidenzjalità. | Il-Kummissjoni u l-Istati Membri | Li jitvaraw programmi edukattivi speċifikament immirati lejn l-edukazzjoni tas-sajjieda u tal-pubbliku dwar programmi ta’ konservazzjoni u restrizzjonijiet dwar il-klieb il-baħar u r-rajji. | L-Istati Membri | Mira speċifika L-iżgurar li s-sajd immirat għall-klieb il-baħar ikun sostenibbli u li l-qbid inċidentali ta’ klieb il-baħar ikkawżat minn sajd għal speċijiet oħra ikun irregolat sewwa. | Għan | Livell ta’ azzjoni | Azzjoni | Parti responsabbli | Skeda ta’ żmien | Biex il-qbid u l-isforz tas-sajd jiġu adattati għar-riżorsi disponibbli, b’attenzjoni partikolari għas-sajd ta’ prijorità għolja u stokkijiet vulnerabbli u mhedda ta’ klieb il-baħar. | Livell tal-Komunità: | Limitazzjoni jew projbizzjoni ta’ attivitajiet tas-sajd f’żoni li jitqiesu sensittivi għall-istokkijiet ipperikolati. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri | Implimentazzjoni gradwali biex ikun hemm riżultati konkreti wara tliet snin ta’ implimentazzjoni. | Limitazzjoni aktar qawwija tal-isforz tas-sajd fiż-żoni/it-tipi tas-sajd rilevanti | Livell tal-Komunità u tal-RFMOs: | Li jkunu stabbiliti limiti tal-qbid għall-istokkijiet, skont il-pariri mill-ICES u mill-RFMOs rilevanti. Li jkun ipprojbit ir-rimi ta’ klieb il-baħar bejn iż-żmien mezzan u dak fit-tul, u li jkun hemm obbligu li l-qbid kollu (inkluż dak inċidentali) jinħatt l-art. Il-klieb il-baħar li jinqabdu inċidentalment mingħajr ma dan ikun mixtieq u li jkun għad għandhom ċans jibqgħu ħajjin jeħtieġ li jerġgħu jitħallew fil-baħar. Li tiżdied is-selettività ħalli jitnaqqas il-qbid inċidentali mhux mistieq. Li jkunu stabbiliti kaxex spazjali/temporali f’żoni fejn ikun abbondanti l-ħut ġuvenili jew li jirreproduċi, speċjalment għal speċijiet vulnerabbli jew mhedda. Li jkunu promossi programmi u analiżijiet biex jaġġustaw l-isforz tas-sajd fil-livell internazzjonali. Li jkunu stabbiliti programmi għat-tnaqqis ta’ qbid inċidentali għall-ispeċijiet ta’ klieb il-baħar li l-organizzazjonijiet internazzjonali rilevanti jqisuhom Kritikament Ipperikolati jew Ipperikolati. Li fis-CMS jew CITES tingħata kooperazzjoni internazzjonali bil-għan li s-sajd u l-kummerċ tal-klieb il-baħar ikunu kkontrollati. Li jkun eżaminat l-impatt possibbli ta’ mekkaniżmi tas-suq fuq miżuri ta’ konservazzjoni, inkluż għall-ispeċijiet tal-klieb il-baħar, fil-qafas tal-valutazzjoni li tinsab għaddejja dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-RFMOs. | Implimentazzjoni gradwali | Biex jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-ħela u r-rimi minn qabdiet ta’ klieb il-baħar, bl-obbligu taż-żamma ta’ klieb il-baħar li jkunu tneħħewlhom il-pinen u bit-tisħiħ ta’ miżuri ta’ kontroll. | Livell tal-Komunità u tal-RFMOs: | Li tkun ikkonfermata l-projbizzjoni ta’ prattiki tat-teħid ta’ pinen[6]. Bħala regola ġenerali, ikun ipprojbit li dak li jkun ineħħi l-pinen abbord, jew li jittrażborda jew iħott l-art pinen tal-klieb il-baħar. Kwalunkwe eċċezzjoni għal din ir-regola jkun jeħtiġilha ġustifikazzjoni sħiħa fuq bażijiet sodi u oġġettivi, kif ukoll li tkun iddokumentata mill-Istat Membru li joħroġ il-permess speċjai. l-Istati Membri ma għandhomx joħorġu permessi speċjali lil bastimenti li ma jissodisfawx din il-kundizzjoni. Li titiqies reviżjoni possibbi tar-regola ta' 5 %, billi jkun hemm l-obbligu li l-piż tal-pinen fl-ebda każ ma jkun jista' jeċċedi 5 % tal-piż tal-karkassi ttrattati (imnaddfa u bla ras) tal-klieb il-baħar maqbuda. Madankollu, l-Istati Membri li jkunu stabbilew u implimentaw programmi għall-ġbir tad-dejta li juru li dan il-perċentwal jista’ jiżdied f'ċerti każijiet ikunu jistgħu jagħmlu hekk sa perċentwal li jikkorrispondi għal 5 % tal-piż ħaj tal-klieb il-baħar maqbuda. Għal bastimenti ta’ Stati Membri li jkunu ġew eżentati mill-obbligu li l-klieb il-baħar jinħattu l-art bil-pinen b'kollox, li jiddaħħal obbligu li l-pinen u l-karkassi tal-klieb il-baħar jinħattu l-art fl-istess waqt fl-istess port. | Il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Istati Membri | Implimentazzjoni minnufih, wara li jaslu l-konklużjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew. | [1] Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, ir-referenzi għall-“klieb il-baħar” f’dan id-dokument għandhom jinftiehmu bħala refernzi li jkopru l-klassi kollha tal- Chondrichthyes . [2] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000). [3] ĠU L351, 28.12.2002 [4] ĠU L 167, 4.07.2003, p.1. [5] Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew: l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u arranġamenti multiannwali għall-iffissar ta’ TACS. COM(2000) 803 finali. [6] Il-prattika fejn kelb il-baħar jitttieħdu minn biss il-pinen, filwaqt li l-bqija tal-ħuta tintrema l-baħar.