22.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 286/54


Il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru 2009
Qafas finanzjarju 2007-2013: il-finanzjament ta' proġetti ta' enerġija taħt il-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (emendi għall-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba)

P7_TA(2009)0114

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Diċembru 2009 dwar il-proposta emendata għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (COM(2009)0662 – C7-0305/2009 – 2009/2211(ACI))

2010/C 286 E/14

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta emendata tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2009)0662 – C7-0305/2009),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali (2007-2013) (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-25 ta' Marzu 2009 dwar ir-Reviżjoni ta' Nofs iż-Żmien tal-Qafas Finanzjarju 2007-2013 (3) u tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-Linji Gwida għall-proċedura tal-baġit 2010 (4),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tat-2 ta' April 2009 dwar il-finanzjament tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku (EERP),

wara li kkunsidra l-ġabra fil-qosor tal-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' Konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7–0085/2009),

1.

Japprova l-konklużjonijiet tal-laqgħa ta' Konċiljazzjoni tat-18 ta' Novembru 2009;

2.

Jenfasizza li l-ftehim li ntlaħaq dwar ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 (MFF) huwa r-riżultat ta' koperazzjoni interistituzzjonali li rnexxiet bħala reazzjoni għall-kriżi finanzjarja u ekonomika li għaddejjin minnha l-Istati Membri, permezz tal-promozzjoni tas-solidarjetà fil-qasam tar-riżorsi tal-enerġija u permezz tal-promozzjoni tal-broadband fiż-żoni rurali kif ukoll l-appoġġ għas-settur agrikolu; jinnota li l-ftehim jibni fuq il-prinċipju mfisser fid-dikjarazzjoni msemmija hawn fuq tat-tliet istituzzjonijiet tat-2 ta' April 2009,

3.

Jaqbel mal-kompromess politiku li jimmobilizza diversi mezzi baġitarji disponibbli fil-qafas legali baġitarju, inkluża r-reviżjoni tal-MFF 2007-2013 għas-snin 2009 u 2010 u l-użu tal-Istrument ta' Flessibilità biex ikun possibbli l-finanzjament sħiħ tal-EERP fl-2010; jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li ma ġie pospost l-ebda finanzjament tal-EERP sal-2011, biex b'hekk il-proċedura baġitarja annwali tal-2011 mhux se tkun affettwata;

4.

Jinnota li wara r-reviżjoni tal-MFF 2007-2013 biex jiġi ffinanzjat l-EERP, il-marġni disponibbli taħt is-subintestaturi 1a u 1b u l-intestaturi 2 u 5 huma stretti ħafna għall-2010, b'mod li se jħallu ftit possibilità ta' manuvrar jekk jirriżultaw bżonnijiet finanzjarji mhux previsti matul is-sena;

5.

Jirrimarka li l-finanzjament tal-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Kozloduy kien hemm qbil dwaru biss fir-rigward tal-2010, filwaqt li l-ħtieġa ta' appoġġ finanzjarju mill-UE tibqa' sal-2013 u tammonta għal EUR 300 000 000, inkluż l-ammont li kien disponibbli taħt il-baġit 2010; jenfasizza li l-finanzjament tal-għeluq tal-impjant tal-enerġija nukleari ta'' Kozloduy m'għandux jipperikola l-finanzjament ta' programmi u azzjonijiet multiannwali fis-sottointestatura 1a;

6.

Iqis li l-MFF 2007-2013 attwali ma jikkorrispondix mal-ħtiġijiet finanzjarji tal-Unjoni Ewropea; għaldaqstant jistieden lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta għal reviżjoni ta' nofs iż-żmien tal-MFF 2007-2013 attwali mingħajr dewmien;

7.

Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 132, 29.5.2009, p. 8.

(3)  Testi adottati, P6_TA(2009)0174.

(4)  Testi adottati, P6_TA(2009)0095 u P6_TA(2009)0096.


Il-Ħamis, 17 ta’ Diċembru 2009
ANNESS

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba fir-rigward tal-qafas finanzjarju multiannwali - Il-finanzjament ta' proġetti fil-qasam tal-enerġija fil-kuntest tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw il-Ftehima Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tas-17 ta' Mejju 2006 dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (1), u b'mod partikolari l-punti 21, 22, l-ewwel u t-tieni subparagrafi, u 23 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta emendati mill-Kummissjoni,

Billi:

(1)

Fil-laqgħa tal-konċiljazzjoni tal-baġit tat-18 ta' Novembru 2009, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu dwar il-modalitajiet biex jingħata finanzjament addizzjonali, fil-qafas tal-Pjan Ewropew għall-Irkupru Ekonomiku, għal proġetti fil-qasam tal-enerġija u l-internet broadband, kif ukoll għal investimenti għat-tisħiħ tal-operazzjonijiet relatati mal-“isfidi ġodda” definiti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tar-riforma ta' nofs iż-żmien tal-2003 tal-Politika Agrikola Komuni (“Il-Kontroll tas-Saħħa”) (2). Il-finanzjament jeħtieġ reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali 2007-2013 f'konformità mal-punti 21, 22 u 23 tal-Ftehima Interistituzzjonali, sabiex jiġi mgħolli l-limitu massimu għas-sena 2010 għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fis-sottointestatura 1a b'ammont ta' EUR 1 779 miljun fi prezzijiet attwali.

(2)

Iż-żieda tal-limitu massimu għas-sottointestatura 1a għas-sena 2010 se jkun hemm kumpens sħiħ għaliha billi jonqsu l-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 1b, 2, 3a u 5 għas-sena 2009, kif ukoll il-limiti massimi għall-approprjazzjonijiet għall-impenji fl-intestaturi 1a, 2 u 5 għall-2010.

(3)

Sabiex tinżamm relazzjoni xierqa bejn l-impenji u l-ħlasijiet, il-limiti massimi annwali għall- approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet se jiġu aġġustati. L-aġġustament se jkun newtrali.

(4)

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba għandu għaldaqstant jiġi emendat (3),

IDDEĊIDEW KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdani

L-Anness I tal-Ftehima Interistituzzjonali dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba huwa ssostitwit bl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall–Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(2)  COM(2008)0800, COM(2008)0859, COM(2009)0171, u ĠU L 132, 29.5.2009, p. 8.

(3)  Għal dak il-għan, iċ-ċifri li jirriżultaw mill-ftehim imsemmi hawn fuq huma maqluba għal prezzijiet tal-2004.

ANNESS

QAFAS FINANZJARJU 2007-2013

(EUR million - constant 2004 prices)

APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI

2007

2008

2009

2010

2011

2012

2013

Total

2007-2013

1.

Tkabbir Sostenibbli

50 865

53 262

55 879

56 435

55 400

56 866

58 256

386 963

1a

Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi

8 404

9 595

12 018

12 580

11 306

12 122

12 914

78 939

1b

Koeżjoni għat-Tkabbir u l-Impjiegi

42 461

43 667

43 861

43 855

44 094

44 744

45 342

308 024

2.

Preservazzjoni u Mmaniġġjar tar-Riżorsi Naturali

51 962

54 685

51 023

53 238

52 528

51 901

51 284

366 621

li minnhom: infiq relatat mas-suq u ħlasijiet diretti

43 120

42 697

42 279

41 864

41 453

41 047

40 645

293 105

3.

Ċittadinanza, libertà, sigurtà u ġustizzja

1 199

1 258

1 375

1 503

1 645

1 797

1 988

10 765

3a

Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

600

690

785

910

1 050

1 200

1 390

6 625

3b

Ċittadinanza

599

568

590

593

595

597

598

4 140

4.

L-UE bħala attur globali

6 199

6 469

6 739

7 009

7 339

7 679

8 029

49 463

5.

Amministrazzjoni (1)

6 633

6 818

6 816

6 999

7 255

7 400

7 610

49 531

6.

Kumpensi

419

191

190

 

 

 

 

800

TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-IMPENJI

117 277

122 683

122 022

125 184

124 167

125 643

127 167

864 143

bħala perċentwal tal-GNI

1,08 %

1,09 %

1,06 %

1,06 %

1,03 %

1,02 %

1,01 %

1,048 %

TOTAL APPROPRJAZZJONIJIET GĦALL-ĦLASIJIET

115 142

119 805

109 091

119 245

116 884

120 575

119 784

820 526

bħala perċentwal tal-GNI

1,06 %

1,06 %

0,95 %

1,01 %

0,97 %

0,98 %

0,95 %

1,00 %

Marġni disponibbli

0,18 %

0,18 %

0,29 %

0,23 %

0,27 %

0,26 %

0,29 %

0,24 %

Limitu Massimu tar-Riżorsi Proprjibħala perċentwal tal-GNI

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %

1,24 %


(1)  In-nefqa fuq il-pensjonijiet inkluża taħt il-limitu massimu għal din l-intestatura hija kkalkulata net tal-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema rilevanti, fil-limitu ta' EUR 500 miljun fi prezzijiet tal-2004 għall-perjodu 2007-2013.