19.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 224/49


It-Tlieta, 15 ta' Settembru 2009
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009

P7_TA(2009)0011

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta' Settembru 2009 dwar l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, il-maltempata Klaus fi Franza (12951/2009 C7-0130/2009 2009/2046(BUD))

2010/C 224 E/20

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, kif ġie adottat finalment fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, ippreżentat mill-Kummissjoni fit-22 ta' Ġunju 2009 (SEC(2009)0827),

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-7 ta' Settembru 2009 (12951 /2009 C7-0130/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 75 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0009/2009),

A.

billi l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7 għall-baġit ġenerali 2009 jkopri l-Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE għall-ammont ta' EUR 109,4 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet relatati mal-effetti tal-maltempata li laqtet lil Franza f'Jannar 2009,

B.

billi l-iskop tal-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 huwa li jiddaħħal formalment dan l-aġġustament baġitarju fil-baġit 2009,

1.

Jinnota l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009, li huwa r-raba' baġit ta' emenda ddedikat biss għall-Fond ta' Solidarjetà tal-UE;

2.

Jieħu nota li l-finanzjament tal-Fond ta' Solidarjetà tal-UE se jkun ipprovdut mill-Kapitolu 1 4 tad-Dħul tal-Baġit Ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej li jikkonċerna r-Riżorsi proprji bbażati fuq id-Dħul Gross Nazzjonali skont l-Artikolu 2(1)(c) tad-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom sabiex jiġi ffinanzjat il-Kapitolu 13 06 tal-Baġit 2009 li jikkonċerna l-Fond ta' Solidarjetà;

3.

Japprova l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 7/2009 mingħajr emendi;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(3)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.