4.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 211/73


Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-sistema ta’ kontroll komunitarja għas-sajd

(2009/C 211/11)

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

jilqa’ bil-qawwa r-reviżjoni totali tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni Ewropea tas-Sajd (PKS) u jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea biex jikkunsidraw id-diversità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-flotot u r-reġjuni differenti tas-sajd;

jemmen li l-“Kultura ta’ Konformità” titrawwem biss jekk il-miżuri ta’ kontroll jiġu implimentati abbażi ta’ djalogu u qbil komuni aktar milli b’impożizzjoni ta’ proċess minn fuq għal isfel. Jilqa’ f’dan ir-rigward il-miżuri l-ġodda stipulati fir-Regolament sabiex iġiegħlu l-Istati Membri jikkonformaw mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, madankollu jemmen li għandu jkun hemm riflessjoni tajba dwar il-proporzjonalità ta’ dawn il-miżuri. Il-KtR jirrifjuta r-rifjut tat-trasferimenti jew l-iskambji tal-kwoti f’dan ir-rigward;

iħeġġeġ sabiex jiġi ċċarat l-ambitu tad-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar is-sajd rikreattiv fir-rigward ta’ liċenzji u awtorizzazzjoni. Jekk ma jiġix irregolat, dan is-sajd jista’ jipperikola l-istokkijiet tal-ħut tal-pjanijiet ta’ rkupru. Madankollu, ir-rispons tar-regolament irid ikun proporzjonat u mhux eċċessiv;

minħabba li jinsab partikolarment imħasseb dwar is-sostenibbiltà u l-profitabbiltà tas-sajd fuq skala żgħira, jitlob li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jobbligaw il-bastimenti ta’ bejn l-10 u l-15-il metru jinstallaw VMS, iżommu ġurnal ta’ abbord elettroniku u jimlew dikjarazzjoni elettronika tal-ħatt l-art. Ma japprovax l-installazzjoni ta’ AIS fil-bastimenti kollha tas-sajd li huma itwal minn 15-il metru u jsejjaħ biex bastimenti inqas minn 10 metri fit-tul li jużaw tagħmir tas-sajd statiku biss ikunu eżentati minn ċertifikazzjoni tal-qawwa tal-magna.

Rapporteur

:

Sir Simon Day (UK/PPE), Membru tal-Kunsill tal-Kontea ta’ Devon

Dokumenti ta’ referenza

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll Komunitarja li tiżgura komformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd – COM(2008) 718 finali

Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd – COM(2008) 721 finali – 2008/0216 (CNS)

I.   RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA

IL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

1.

jilqa’ bil-qawwa r-reviżjoni totali tas-sistema ta’ kontroll tal-Politika Komuni Ewropea tas-Sajd (PKS). Is-sistema ta’ kontroll attwali hija ineffikaċi, ta’ spiża wisq kbira, kumplessa u ma ssarrafx fir-riżultati mixtieqa;

2.

japprova l-għanijiet tiegħu: is-semplifikazzjoni, l-armonizzazzjoni, it-tfittxija ta’ effikaċità ikbar tal-kontrolli b’inqas spejjeż, l-iżvilupp ta’ kultura ta’ rispett tar-regoli;

3.

jaħseb li hemm bżonn ta’ riforma globali u jqis li l-għażla 3 ta’ regolament ġdid hija l-aktar waħda realistika;

A.   Filwaqt li jikkunsidra d-dimensjoni reġjonali u lokali

4.

jitlob lill-Kunsill u lill-Kummissjoni Ewropea biex jikkunsidraw id-diversità u l-karatteristiċi speċifiċi tal-flotot u r-reġjuni differenti tas-sajd, kif stipulat fil-Premessa 18 tal-proposta.

5.

iħeġġeġ li tingħata attenzjoni speċifika lill-ħtiġijiet tar-reġjuni marittimi periferiċi li jiddependu partikolarment mis-sajd. Il-flessibbiltà u l-possibbiltà li tittieħed azzjoni speċifika għaċ-ċirkostanzi partikolari u għar-reġjun ikkonċernat huma prerekwiżiti  (1)

6.

jisħaq li d-deċentralizzazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS), li wasslet għall-ħolqien tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali (RACs) u r-ristrutturar tad-DĠ Mare tal-Kummissjoni Ewropea, tenfasizza l-ħtieġa dejjem akbar li jitnieda l-qafas il-ġdid ta’ politika għall-kontroll fuq il-bażi ta’ ibħra reġjonali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni Ewropea għandha tkabbar il-kapaċità tagħha li tindirizza d-diversità impliċita tal-mudell reġjonali.

7.

jenfasizza l-bidliet li s-sistema l-ġdida għall-kontroll tas-sajd ser iġġib magħha għall-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd. L-implimentazzjoni tas-sistema l-ġdida tista’ biss tirnexxi fil-prattika jekk l-Istati Membri jallokaw b’mod xieraq il-kompetenzi modifikati lil-livelli ammistrattivi kollha involuti. Il-prerekwiżiti huma riżorsi finanzjarji u umani suffiċjenti għal strutturi organizzattivi sodi, mgħammra b’mezzi adegwati għall-kontroll u l-promozzjoni ta’ kultura naturali ta’ konformità u b’għodda għat-tħaddim koordinat ta’ dawn il-mezzi.

B.   Approċċ ġdid u komuni għall-kontroll u l-monitoraġġ

Dispożizzjonijiet ġenerali

8.

jappoġġja ll-fatt li jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet rispettivi tal-Istati Membri u r-reġjuni, tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA), biex tiġi evitata duplikazzjoni tad-dmirijiet. Il-Kummissjoni Ewropea ser tkompli tipprovdi l-miżuri ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiġi żgurata konformità uniformi mar-regoli tas-sajd fir-reġjuni kollha.

9.

jilqa’ d-dispożizzjonijiet l-ġodda dwar it-tisħiħ ta’ programmar strateġiku, immirar tattiku u strateġiji ta’ teħid ta’ kampjuni fil-kontroll tas-sajd, inkluża analiżi sistematika tar-riskju. Sabiex tiġi evitata applikazzjoni mhux koordinata ta’ din l-għodda l-ġdida, il-KtR jirrakkomada bis-sħiħ li tingħata assistenza lill-awtoritajiet ta’ monitoraġġ billi jiġu żviluppati metodoloġiji komuni ta’ ġestjoni tar-riskju fil-livelli kollha, bħal pereżempju dawk maħsuba mis-CFCA f’Artikolu 112.

10.

jilqa’ b’mod partikolari l-obbligu l-ġdid għall-Istati Membri li joħolqu awtorità unika f’kull Stat Membru (Artikolu 5(5)) li tkun responsabbli mill-koordinazzjoni effettiva tal-istrumenti kollha ta’ kontroll fil-livelli kollha.

Tnaqqis tal-piż u tal-ispejjeż ammistrattivi

11.

jipprevedi tnaqqis sostanzjali ta’ 30 % fl-ispejjeż operattivi, li jżid il-kosteffettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri u tar-reġjuni, sakemm isir użu sħiħ mit-teknoloġiji moderni u minn sistemi ta’ kontroll standardizzati. Madankollu, jekk dan it-tnaqqis ma jsirx, kull piż finanzjarju żejjed fuq l-Istati Membri jew ir-reġjuni għandu jiġi milqugħ mill-baġit tal-UE, b’mod partikulari fid-dawl tar-responsabbiltà mhux proporzjonata ta’ xi Stati Membri u reġjuni meta jiġu biex jikkontrollaw il-PKS b’mod relattiv għall-kwoti tagħhom.

12.

iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jenfasizza l-ksib tal-kosteffettività bil-ħolqien ta’ strutturi pubbliċi kostali li jintegraw aħjar il-ġestjoni tas-sajd mal-ġestjoni ta’ attivitajiet oħra tal-baħar, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta’ spettorati konġunti għall-kontroll tas-sajd minn Stati Membri kostali u reġjuni fil-qrib.

13.

reċentement irrakkomanda l-integrazzjoni tal-ispettorati tas-sajd bi dmirijiet bħalma huma l-ispezzjoni ambjentali, il-kontroll tal-fruntieri, is-servizzi ta’ salvataġġ fuq il-baħar u l-protezzjoni ċivili (2) u jilqa’ d-dispożizzjoni l-ġdida għall-ħolqien ta’ netwerk integrat ta’ sorveljanza marittima. (Artikolu 4, Artikolu 112 (Artikolu 17(g) dwar il-kompetenzi tas-CFCA)

Aktar użu ta’ teknoloġiji moderni

14.

jilqa’ b’kawtela l-enfasi fil-proposta għal żieda fl-użu ta’ teknoloġiji moderni u ta’ sistemi effiċjenti ta’ validazzjoni tad-dejta, inklużi l-Monitoraġġ tal-Bastimenti u sistemi adegwati u kosteffettivi oħrajn (Artikoli 9-11), li parzjalment jirriflettu rakkomandazzjoni preċedenti tal-KtR (3). Madankollu, għalkemm il-monitoraġġ elettroniku hu element ewlieni tas-sajd kosteffettiv, is-sistemi tal-infurzar u ġestjoni m’għandhomx jiġu duplikati. L-istallazzjonijiet għandhom ikunu proporzjonati għad-daqs tal-bastiment u t-tul u d-destinazzjoni tal-vjaġġ. B’mod partikolari, il-KtR jinsab imħasseb dwar il-fatt li s-sistema AIS hi maħsuba għas-sigurtà tat-tbaħħir u mhijiex adatta għall-kontroll tas-sajd.

15.

It-teknoloġiji qegħdin jiżviluppaw kontinwament u l-KtR jisħaq li l-regolamentazzjoni għandha tantiċipa bidliet futuri permezz ta’ mekkaniżmi regolatorji effiċjenti li jippermettu adattament għall-bidliet tekniċi. Jitlob lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tal-manifattura jipparteċipaw fi proġetti pilota dwar l-għodda tat-traċċabbiltà, bħall-analiżi ġenetika (Artikolu 13(1)).

Monitoraġġ tas-sajd u tal-kummerċjalizzazzjoni

16.

jenfasizza li għandhom jinżammu l-kontrolli fuq il-baħar, peress li bħalissa huma l-uniku metodu li bih jista’ jsir monitoraġġ adegwat tal-irkaptu tas-sajd u tat-TCM, tad-daqs tal-malji tax-xbieki eċċ. li normalment huma regolati b’dispożizzjonjiet dwar l-impatti ambjentali tas-sajd.

17.

iħeġġeġ approċċ fuq żewġ livelli biex jinħoloq bilanċ bejn il-kontrolli fuq il-baħar u fuq l-art. Dan l-approċċ għandu jinkludi a) titjib f’kontrolli rilevanti u effiċjenti fuq il-baħar u b) kontroll u spezzjoni imtejba fuq l-art, b’enfasi fuq il-portijiet ewlenin, inkluż titjib fil-kontroll tal-ħut impurtat. Il-provvista ta’ dejta aktar afiddabbli dwar il-ħatt l-art hija essenzjali għall-benefiċċju tal-proċess ta’ stima tal-istokkijiet.

18.

billi l-ġestjoni tal-flotta għadha meqjusa bħala element ewlieni tal-PKS, il-KtR jilqa’ l-istrumenti l-ġodda għall-monitoraġġ, iċ-ċertifikazzjoni u l-kontroverifika tal-qawwa tal-magna, bl-eċċezzjoni ta’ bastimenti b’tul ta’ inqas minn 10 metri li jużaw tagħmir tas-sajd statiku biss (Artikoli 30-32).

19.

minħabba li jinsab partikolarment imħasseb dwar is-sostenibbiltà u l-profitabbiltà tas-sajd fuq skala żgħira, il-Kumitat jitlob li jiġu ċċarati d-dispożizzjonijiet il-ġodda li jobbligaw il-bastimenti ta’ bejn l-10 u l-15-il metru jinstallaw VMS (Artikolu 9), iżommu ġurnal ta’ abbord elettroniku (Artikolu 14) u jimlew dikjarazzjoni elettronika tal-ħatt l-art (Artikolu 21), bil-possibbiltà ta’ derogi li jistgħu jiddaħħlu mill-Istati Membri. Sabiex jingħata appoġġ lil dawk il-bastimenti żgħar biex jissodisfaw id-dispożizzjonijiet il-ġodda, il-KtR għandu jisħaq fuq eżenzjonijiet aktar wiesgħa jew fuq aktar finanzjament nazzjonali jew mill-UE għal dan il-għan.

20.

iħeġġeġ proġetti fil-livelli lokali/reġjonali għall-introduzzjoni volontarja jew finanzjata, tas-sistemi ta’ monitoraġġ imsemmija hawn fuq jew oħrajn simili, f’dgħajjes iżgħar minn 10 sa 15-il metru, pereżempju għall-ġestjoni ta’ żoni protetti tal-baħar u ta’ żoni ta’ konservazzjoni.

21.

jaqbel li sabiex jiġi żgurat livell adegwat ta’ kontroll, l-Istati Membri u r-reġjuni għandhom jimmonitorjaw bastimenti żgħar ta’ anqas minn 10 metri permezz ta’ pjan ta’ teħid ta’ kampjuni. Madankollu, il-KtR jitlob li jiġu ċċarati l-pjanijiet tat-teħid ta’ kampjuni sabiex ikunu “safejn possibbli [...] standardizzati fir-reġjuni” (Artikoli 16(2) u 22(2)).

22.

jilqa’ l-istandards komuni l-ġodda għall-monitoraġġ tal-kummerċjalizzazzjoni bil-għan li jkun hemm traċċabbiltà sħiħa tal-ħatt l-art. Dan hu fl-interess li jitnaqqas il-ħatt illegali ta’ ħut u anke fl-interess tal-konsumaturi billi tingħatalhom informazzjoni rilevanti dwar il-produzzjoni f’kull stadju tal-kummerċjalizzazzjoni (Artikolu 51).

Monitoraġġ speċifiku ta’ pjani multiannwali u miżuri tekniċi

23.

jitlob li l-awtoritajiet lokali u reġjonali tal-kontroll u l-partijiet interessati jiġu involuti fid-definizzjoni ta’ “portijiet deżinjati” (Artikolu 34), u fil-ħolqien ta’ programmi ta’ azzjoni nazzjonali u reġjonali għall-kontroll, applikabbli għal kull pjan multiannwali (Artikolu 36).

24.

itenni t-talba għal kontroll imtejjeb ta’ miżuri tekniċi bil-għan li jitnaqqas u saħansitra jiġi eliminat ir-rimi, filwaqt li jiġu kkunsidrati ċ-ċirkostanzi lokali u jingħataw inċentivi (4). Madankollu, jidher li m’hemm l-ebda benefiċċju fid-dewmien tar-ritorn lejn il-baħar tar-rimi meħtieġ u għandhom jiġu reġistrati biss stimi tal-kwantitajiet.

25.

jilqa’ l-proposta ta’ sistema ġdida u avvanzata ta’ monitoraġġ tal-bastimenti għaż-żoni protetti tal-baħar (Artikolu 39), li tipprovdi lill-awtoritajiet pubbliċi b’għodda mtejba biex iwettqu l-obbligi tagħhom ta’ ġestjoni għal dawn is-siti. Madankollu, iż-żoni protetti tal-baħar għandhom jiġu definiti tajjeb ukoll u l-għan tagħhom għandu jiġi ippubbliċizzat biżżejjed biex jiġi żgurat li jsir monitoraġġ biss ta’ dawk il-bastimenti li mhumiex awtorizzati jistadu f’dawn iż-żoni.

Il-monitoraġġ tas-sajd rikreattiv

26.

iħeġġeġ lill-Kunsill sabiex jiċċara l-ambitu tal-Artikolu 47 il-ġdid dwar is-sajd rikreattiv. Jekk ma jiġix irregolat, dan is-sajd jista’ jipperikola l-istokkijiet tal-ħut tal-pjanijiet ta’ rkupru, pereżempju permezz ta’ turiżmu tas-sajd professjonali jew fi żminijiet meta s-sajd kummerċjali jkun ipprojbit.

C.   Kultura ta’ konformità

27.

jitlob għal referenza aktar qawwija fil-Premessa 5 tar-Regolament dwar l-iżvilupp ta’ kultura ta’ konformità naturali mar-regoli tas-sajd stabbilita mill-partijiet interessati kollha. Din għandha titqies bħala l-bażi ta’ kull riforma effiċjenti tas-sistema ta’ kontroll.

28.

jemmen li l-“Kultura ta’ Konformità” titrawwem biss jekk il-miżuri ta’ kontroll jiġu implimentati abbażi ta’ djalogu u qbil komuni aktar milli b’impożizzjoni ta’ proċess minn fuq għal isfel. Jeħtieġ li tiġi żviluppata sħubija koerenti bejn is-sajjieda, l-awtoritajiet tal-kontroll, l-istabbilimenti tar-riċerka, l-NGOs u l-industrija tas-sajd, bl-RACs u l-gruppi lokali stabbiliti skont l-Assi 4 tal-EFF biex jassistu f’din it-tip ta’ kooperazzjoni. Il-KtR jenfasizza li s-sajjieda għandhom jingħataw ir-responsabbiltà għall-monitoraġġ tas-sajd u tad-drittijiet tas-sajd (5).

29.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tiżgura li din il-kultura ta’ konformità tiġi adottata mill-imsieħba internazzjonali kollha u f’ibħra oħrajn fejn joperaw il-bastimenti tal-UE.

30.

iqis li s-semplifikazzjoni tar-regoli tal-kontroll tas-sajd huma objettiv primarju (6) u jilqa’ l-azzjoni sostanzjali tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. Din tnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet pubbliċi u għas-settur privat billi tiffaċilita l-monitoraġġ tar-regoli. Din tkabbar ukoll il-fiduċja tal-partijiet interessati u b’hekk titrawwem kultura ta’ konformità.

L-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet deterrenti armonizzati

31.

jilqa’ l-introduzzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi armonizzati u deterrenti għal ksur serju (Artikolu 82), inkluż il-ħolqien ta’ sistema ta’ punti penali (Artikolu 84), li tista’ twassal għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-liċenzja tas-sajd, kif ukoll il-ħolqien ta’ reġistri nazzjonali tal-ksur (Artikolu 85).

32.

jemmen li dan kollu jirrifletti sejħiet preċedenti mill-KtR għall-armonizzazzjoni ta’ miżuri dissważivi u penali (7) u jikkontribwixxi biex tiġi korretta n-natura arbitrarja tas-sistema attwali, iwaqqaf il-politika ta’ “kriminalità li trendi” u jnaqqas il-migrazzjoni ta’ trasgressuri fi Stati Membri fejn hemm l-anqas pieni.

33.

jitlob lill-Istati Membri u lir-reġjuni biex jarmonizzaw is-sanzjonijiet ta’ ksur imwettaq f’reġjuni tas-sajd transkonfinali, pereżempju ż-żoni transkonfinali protetti tal-baħar.

34.

jirrikonoxxi s-sejħiet għal sussidji biex jintużaw bħala element addizzjonali għal sanzjonijiet apparti l-multi, bi projbizzjoni ta’ assistenza jew sussidji pubbliċi għall-bastimenti li jkunu wettqu ksur serju diversi drabi. Madankollu, it-trawwim ta’ kultura ta’ konformità jista’ jiġi megħjun ħafna permezz ta’ inċentivi pożittivi bħal “ġranet żejda fuq il-baħar” jew benefiċċji oħrajn bi tpattija għal parteċipazzjoni fi skemi bħall-użu ta’ irkaptu aktar selettiv, appoġġ għal għeluq f’ħin reali u parteċipazzjoni fi pjanijiet ta’ evitar ta’ ċerti stokkijiet, eċċ.

Kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, mal-Kummissjoni Ewropea u mas-CFCA

35.

jilqa’ d-dispożizzjonijiet imsaħħa għat-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-kontroll tas-sajd fl-Istati Membri/r-reġjuni u mal-Kummissjoni, inkluż approċċ modern għall-iskambju ta’ dejta. Is-CFCA għandu taqdi rwol ewlieni biex tiffaċilita dan l-approċċ.

36.

jinnota l-progress fl-iżvilupp ta’ pjanijiet konġunti ta’ mobilitazzjoni fuq il-baħar. Madankollu, ma jidhirx li sar daqstant progress fil-każ ta’ spezzjonijiet fuq l-art. Barra minn hekk għandha tiddaħħal fis-seħħ kooperazzjoni mas-servizzi kompetenti ta’ pajjiżi terzi filwaqt li jiġi żgurat li dawn għandhom il-mezzi u l-kompetenzi meħtieġa.

37.

jemmen li s-siti sikuri tal-internet il-ġodda li għandhom jitfasslu għall-iskambju tad-dejta (Artikoli 106-108), u l-kontroverifiki sistematiċi tad-dejta kollha disponibbli (Artikolu 102) ser jippermettu lill-Kummissjoni Ewropea tevalwa aktar kemm il-PKS qed tiġi realment infurzata fl-Istati Membri.

38.

fil-passat appoġġja l-ħolqien ta’ “Ispettorat Ewropew tas-Sajd” (8) u f’dan ir-rigward jilqa’ l-estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd (CFCA) kif stipulat fl-Artikolu 112 tal-abbozz ta’ regolament. Madankollu l-KtR jisħaq li l-appoġġ previst tas-CFCA lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali ta’ kontroll tas-sajd għandu jkopri l-istandardizzazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll u spezzjoni fuq il-baħar u fuq l-art, il-verifika tal-istandards nazzjonali ta’ taħriġ, it-tmexxija ta’ workshops u seminars kif ukoll l-inklużjoni ta’ servizz ta’ helpdesk fejn l-Istati Membri, l-RACs jew organizzazzjonijiet professjonali jistgħu jistaqsu dwar l-għan u t-tifsira tar-regolament.

D.   Applikazzjoni Effettiva tar-regoli tal-PKS

Standards ġodda ta’ sorveljanza u spezzjonijiet

39.

jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdidu mhux biss il-livell ta’ sanzjonijiet, iżda ukoll ir-rati ta’ identifikazzjoni tas-sistemi ta’ kontroll implimentati minn korpi ta’ spezzjoni u sorveljanza. F’dan ir-rigward, il-KtR jilqa’ d-dispożizzjonijiet l-ġodda dwar l-istandardizzazzjoni ta’ skemi ta’ sorveljanza u osservaturi, kif ukoll dwar l-ammissibbiltà tar-rapporti ta’ sorveljanza u osservaturi (Artikoli 61-64).

40.

jappoġġja l-possibbiltà li issa Stat Membru jista’ jispezzjona l-bastimenti tiegħu jew ta’ Stat Membru ieħor anke f’ilmijiet kostali ta’ anqas minn 12-il mil nawtiku u jista’ wkoll iwettaq dawn l-ispezzjonijiet fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor (Artikolu 71-73). Il-KtR jħeġġeġ lill-korpi lokali u reġjonali ta’ kontroll li joperaw f’żoni ta’ fruntiera biex joħolqu sinerġiji billi jikkooperaw mill-qrib fl-attivitajiet ta’ spezzjoni tagħhom, b’applikazzjoni bla dewmien tal-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni stipulati f’Artikolu 72.

Tkabbir tal-poteri ta’ evalwazzjoni, ġestjoni u kontroll tal-Kummissjoni

41.

jappoġġja t-tkabbir fl-użu tal-poteri attwali tal-Kummissjoni Ewropea, fejn qed timmira li tikseb kundizzjonijiet indaqs għall-kontrolli filwaqt li r-responsabbiltà primarja għall-kontroll tal-PKS tibqa’ f’idejn l-Istati Membri. Il-KtR jilqa b’kawtela l-poteri addizzjonali mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea fit-twettiq ta’ spezzjonijiet awtonomi (Artikolu 90) kif ukoll fil-verifika tas-sistemi nazzjonali ta’ kontroll (Artikolu 92). Min-naħa l-oħra, jeħtieġ jiġi kkjarifikat l-ambitu tal-poteri l-ġodda mogħtija lill-Kummissjoni Ewropea fil-ħolqien ta’ pjan ta’ azzjoni speċifiku għall-kontroll għall-Istati Membri li naqsu milli jtejbu l-implimentazzjoni tal-PKS (Artikolu 94(4)).

42.

jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tevita kull tendenza li tinvolvi ruħha f’mikrodeċiżjonijiet. F’dan ir-rigward, it-trasferiment tas-setgħa ta’ għeluq f’ħin reali lill-Kummissjoni (Artikolu 45) huwa diskutibbli, għalkemm jistgħu jibbenefikaw minnu xi speċi affettwati mis-sajd eċċessiv.

43.

jenfasizza li l-ksib ta’ aktar poter għandu jiġi bbażat fuq kooperazzjoni definita mill-ġdid mal-Istati Membri, kif ukoll fi ħdan il-Kummissjoni Ewropeafir-rigward tal-bini tal-kapaċità fid-DĠ MARE u fis-CFCA, iżda wkoll fuq aktar koerenza istituzzjonali mad-DĠ għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea.

Miżuri li jiżguraw konformità mill-Istati Membri

44.

jirrikonoxxi li, b’mod partikolari għall-ispeċi ta’ ħut migratorji, l-implimentazzjoni ħażina minn Stat Membru wieħed tista’ ttellef il-ġestjoni b’saħħitha tar-riżorsi komuni tal-ħut. Il-KtR jinnota li l-unika proċedura attwalment disponibbli għall-Kummissjoni f’każ ta’ nuqqas min-naħa ta’ Stat Membru hi l-proċedura ta’ ksur, li hi twila ħafna u li ma tiżgurax sanzjonijiet.

45.

jilqa’ f’dan ir-rigward il-miżuri l-ġodda stipulati fir-Regolament sabiex iġiegħlu l-Istati Membri jikkonformaw mal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd, inkluż għeluq tas-sajd ikkonċernat fuq inizjattiva tal-Kummissjoni (Artikolu 96), miżuri finanzjarji kontra l-Istati Membri bħas-sospensjoni u l-kanċellazzjoni tal-assistenza finanzjarja Komunitarja (Artikolu 95). Madankollu l-KtR jinsab imħasseb li ambitu estiż li jwassal għal tnaqqis tal-kwota (Artikolu 98) u r-rifjut tat-trasferiment tal-kwota (Artikolu 99) jista’ jfisser li l-Kummissjoni tista’ b’mod unilaterali tinfluwenza l-istabbiltà relattiva tat-TACs u tal-kwoti fost l-Istati Membri.

46.

madankollu jemmen li għandu jkun hemm riflessjoni tajba dwar il-proporzjonalità ta’ dawn il-miżuri. Il-KtR huwa mħasseb dwar jekk humiex ir-reġjuni kostali tal-UE u l-industriji tas-sajd aktar milli l-Istati Membri li ser ikollhom ibatu l-ispejjeż.

47.

iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex fl-istess waqt tkompli b’approċċ aktar kooperattiv mibdi mill-memoranda l-ġodda ta’ ftehim iffirmati ma’ wħud mill-Istati Membri, li għandhom punti ta’ referenza speċifiċi definiti b’mod ċar għat-titjib tas-sistemi ta’ kontroll tas-sajd fl-Istati Membri kkonċernati. Il-korpi lokali u reġjonali ta’ kontroll għandhom jiġu involuti fil-ħolqien ta’ dawn it-tipi ta’ memoranda.

II.   RAKKOMANDAZZJONIJIET GĦALL-EMENDI

Emenda 1

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

(29)

Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta’ kwoti jew l-iskambju ta’ kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.

(29)

Għandhom jiġu konferiti setgħat lill-Kummissjoni biex tagħlaq is-sajd meta l-kwota ta’ Stat Membru jew it-TAC jiġu eżawriti. Il-Kummissjoni għandha jkollha wkoll is-setgħa li tnaqqas il-kwoti u tirrifjuta t-trasferiment ta kwoti jew l-iskambju ta kwoti sabiex tiżgura l-kisba tal-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd mill-Istati Membri.

Raġuni

Il-KtR jirrikonoxxi li Stat Membru li jippermetti flotta teċċedi ripetutament il-kwota tagħha jew li jonqos milli jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jiżgura konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd għandu jiġi penalizzat. Madankollu, il-mekkaniżmi sabiex dan isir m’għandhomx jinvolvu t-tnaqqis tal-kwoti u r-rifjut tat-trasferiment u l-iskambju tal-kwoti peress li dan ma jaffettwax lill-Istat Membru li qed jonqos milli jikkonforma, iżda jaffettwa l-flotot li jista’ jkun ma jkollhom l-ebda involviment fil-ksur, u anke – fil-każ tal-iskambju tal-kwoti – Stati Membri oħrajn li m’għandhomx x’jaqsmu mal-ksur inkwistjoni. Barra minn hekk, dawn il-miżuri jistgħu jfissru li l-Kummissjoni tista’ tibdel b’mod unilaterali l-istabbiltà relattiva fost l-Istati Membri.

Emenda 2

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 4 – punt 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

(21)

“Dejta tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti” tfisser id-dejta dwar l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni ġeografika, id-data, il-ħin, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment tas-sajd trażmessi permezz ta’ tagħmir tar-rintraċċar bis-satellita installat abbord bastiment tas-sajd liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat tal-bandiera;

(21)

“Dejta tas-Sistema tal-Monitoraġġ tal-Bastimenti” tfisser id-dejta dwar l-identifikazzjoni, il-pożizzjoni ġeografika, id-data, il-ħin, ir-rotta u l-veloċità tal-bastiment tas-sajd trażmessi permezz ta’ tagħmir tar-rintraċċar bis-satellita jew sistemi ta’ monitoraġġ simili bbażati fuq l-art installati abbord bastiment tas-sajd liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd tal-Istat tal-bandiera;

Raġuni

Id-definizzjoni proposta taqta’ barra l-użu tas-sistemi tal-monitoraġġ tal-bastimenti, wara li jsiru l-provi xierqa li jkunu jiswew inqas imma li għandhom l-istess effiċjenza u li jistgħu jkunu aktar adattati għall-bastimenti tas-sajd li jkunu itwal minn 10 metri b’kollox sa 15-il metru b’kollox u li jkunu joperaw viċin biżżejjed tas-sistemi ta’ monitoraġġ li jkunu bbażati fuq l-art. Il-KtR jemenda din id-definizzjoni u s-sottoparagrafi rilevanti tal-Artikolu 9 (ara l-emenda 7).

Emenda 3

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 4 – punt ġdid wara punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

 

Infrazzjoni serja ” tfisser tipi ta’ kondotta li jitqiesu partikularment ta’ ħsara għall-applikazzjoni korretta tar-regoli tas-CFP, b’mod partikulari f’dawk l-oqsma bħall-konservazzjoni tal-istokkijiet, il-monitoraġġ ta’ attivitajiet tas-sajd u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd, b’mod partikulari dawk l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 42(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008.

Raġuni

Il-KtR qed jitlob għal kjarifika dwar liema infrazzjonijiet huma meqjusa “serji”, sabiex ikun jista’ japplika l-Artikolu 82. Għandha tingħata iktar attenzjoni lil interpretazzjonijiet differenti mill-Istati Membri u l-kriterji rilevanti għandhom jiġu armonizzati kemm jista’ jkun.

Emenda 4

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 4 – punt ġdid wara punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

 

Ċentru tal-irkant ” ifisser il-persuna naturali jew legali reġistrata u awtorizzata bħala ċentru tal-irkant tal-ħut fejn il-ħut l-ewwel jinbiegħ permezz ta’ ibbiddjar kompetittiv, jew bejgħ dirett lil xerrejja reġistrati.

Raġuni

Il-KtR jinnota li mhi qed tiġi proposta l-ebda definizzjoni ta’ “ċentru tal-irkant”, iżda l-Artikolu 52 xorta jirrikjedi li ċerti stokkijiet l-ewwel jinbiegħu f’ċentru tal-irkant. “Irkant” m’għandux ikun limitat għal “ibbiddjar kompetittiv” għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

Emenda 5

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 4 – punt ġdid wara punt 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

 

Is-Sajd rikreattiv ” ifisser is-sajd, barra mis-sajd kummerċjali u awtorizzat, li huwa pprattikat għal rikreazzjoni fuq skala kbira minn bastiment jew bastimenti mhux liċenzjati fil-baħar miftuħ, fejn jinqabad ħut minn stokkijiet soġġetti għal pjanijiet multiannwali.

Raġuni

L-Artikolu 47 jirriferi għas-“sajd rikreattiv”. L-Artikolu 47 jista’ jiġi abbozzat mill-ġdid mill-Kummissjoni, iżda l-KtR jipproponi din id-definizzjoni ta’ “sajd rikreattiv” sabiex tikkjarifika l-kuntest tal-abbozz attwali.

Madankollu, sajd rikreattiv mhux kummerċjali ssoltu jfisser kwalunkwe sajd fl-ilmijiet marittimi, inkluż, inter alia, is-sajd sportiv, is-sajd rikreattiv u l-kompetizzjonijiet, li jsiru fuq bastiment li mhuwiex mitlub ikollu liċenzja Komunitarja tas-sajd skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1281/2005 tat-3 ta’ Awwissu 2005.

Emenda 6

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 5 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

6.   Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew tas-Sajd f’konformità mar-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1198/2006 u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 għandu jiddependi fuq ir-rispett mill-Istati Membri tal-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità ma’ u l-infurzar tar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar skont il-Politika Komuni tas-Sajd fir-rigward ta’, inkella li għandhom impatt fuq l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati, u li joperaw u jżommu reġim effikaċi ta’ spezzjoni, monitoraġġ, sorveljanza u infurzar għal dan l-għan.

6.   Il-ħlas tal-kontribuzzjonijiet mill-Fond Ewropew tas-Sajd f konformità mar-Regolament tal-kunsill (KE) Nru 1198/2006 u tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Komunità għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 għandu jiddependi fuq ir-rispett mill-Istati Membri tal-obbligu tagħhom li jiżguraw il-konformità ma u l-infurzar tar-regoli dwar il-konservazzjoni, il-kontroll, l-ispezzjoni u l-infurzar skont il-Politika Komuni tas-Sajd fir-rigward ta , inkella li għandhom impatt fuq l-effikaċja tal-miżuri ffinanzjati, u li joperaw u jżommu reġim effikaċi ta spezzjoni, monitoraġġ, sorveljanza u infurzar għal dan l-għan.

Raġuni

Il-KtR huwa tal-fehma li regolamentazzjoni aħjar tfisser inċentivi wkoll u mhux biss penali. In-nuqqas li tiġi żgurata konformità sħiħa mar-regoli tas-CFP għandu jiġi ttrattat b’mod proporzjonat, u nuqqasijiet serji biss għandhom jiġu ttrattati fil-livell legali xieraq. Mhuwiex aċċettabbli li l-ħlas ta’ fondi tal-EFF ikun marbut ma’ konformità totali mal-obbligi ta’ kontroll. Dan il-punt joħloq ħafna inċertezzi legali (Ara l-Artikolu 95).

Emenda 7

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 9 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   L-Istati Membri għandhom joperaw Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bbażata fuq is-satellita għall-monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tagħhom irrispettivament ta’ fejn qegħdin u tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-korrettezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex korretta.

1.   L-Istati Membri għandhom joperaw Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti bbażata fuq is-satellita u fejn ikun xieraq sistema ta’ monitoraġġ ibbażata fuq l-art, għall-monitoraġġ effikaċi tal-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd li qed itajru l-bandiera tagħhom irrispettivament ta’ fejn qegħdin u tal-attivitajiet tas-sajd imwettqa fl-ilmijiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-korrettezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex korretta.

Raġuni

Ara r-raġuni mogħtija għall-Emenda 2.

Emenda 8

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 10

Sistema Awtomatika ta Identifikazzjoni

1.   Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-15-il metru fit-tul għandu jkun mgħammar bi u jżomm operattiva Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta’ rendiment ppreparati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali skont il-Kapitolu V, Regolament 19, sezzjoni 2.4.5 tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS tal-1974 fil-verżjoni aġġornata tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta tas-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni għall-kontroverifiki ma’ dejta oħra disponibbli skont l-Artikoli 102 u 103. Għal dak l-iskop l-Istati Membri għandu jiżgura li d-dejta mis-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-akkuratezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex akkurata.

Artikolu 10

Sistema Awtomatika ta’Identifikazzjoni

1.   Bastiment tas-sajd li jaqbeż l-15-il metru fit-tul għandu jkun mgħammar bi u jżomm operattiva Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni li tissodisfa l-istandards ta’ rendiment ppreparati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali skont il-Kapitolu V, Regolament 19, sezzjoni 2.4.5 tal-Konvenzjoni ta’ SOLAS tal-1974 fil-verżjoni aġġornata tagħha.

2.   L-Istati Membri għandhom jużaw id-dejta tas-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni għall-kontroverifiki ma’ dejta oħra disponibbli skont l-Artikoli 102 u 103. Għal dak l-iskop l-Istati Membri għandu jiżgura li d-dejta mis-Sistema Awtomatika ta’ Identifikazzjoni dwar il-bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tagħhom tkun disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kontroll tas-sajd tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-monitoraġġ regolari tal-akkuratezza ta’ din id-dejta u għandhom jaġixxu minnufih kull meta d-dejta tinstab li mhijiex akkurata.

Raġuni

Il-Konvenzjoni Internazzjonali tal-IMO (Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali) għas-Salvagwardja tal-Ħajja Umana fuq il-Baħar (SOLAS) teżiġi li jiġu installati Sistemi ta’ Identifikazzjoni Awtomatiċi (AIS) abbord bastimenti tal-ivvjaġġar internazzjonali b’tunnellaġġ gross (GT) ta’ 300 jew iktar u l-bastimenti tal-passiġġieri kollha ikun xi jkun id-daqs tagħhom. 40 000 bastiment issa għandhom installat l-AIS madwar id-dinja bil-għan li jsaħħu s-sikurezza tan-navigazzjoni u s-sigurtà tas-settur tat-trasport marittimu internazzjonali. L-installazzjoni ta’ AIS fil-bastimenti kollha tas-sajd li huma itwal minn 15-il metru bla dubju ser tkun ta’ piż żejjed għas-sistema u b’hekk ma tkunx effikaċi daqs kemm tista’ tkun fil-qasam tas-sikurezza marittima.

Emenda 9

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 14 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-10 metri fit-tul għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha li huma akbar minn 15-il kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj ta’ kull speċi li jaqbdu u jżommu abbord, id-data u ż-żona ġeografika rilevanti, espressa permezz ta’ referenza għas-subżona u d-diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku li fih japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ta’ dawn il-qabdiet u t-tip ta’ rkaptu użat. Għandhom jiġu rreġistrati wkoll fil-ġurnal ta’ abbord il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jintremew fil-baħar. L-akkuratezza tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli speċifiċi, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-10 metri fit-tul għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord fuq karta tal-operazzjonijiet tagħhom, li jindika speċifikament il-kwantitajiet kollha li huma akbar minn 150 -il kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj ta’ kull speċi li jaqbdu u jżommu abbord, id-data u ż-żona ġeografika rilevanti, espressa permezz ta’ referenza għas-subżona u d-diviżjoni jew subdiviżjoni, jew fejn applikabbli rettangolu statistiku li fih japplikaw il-limiti fuq il-qabdiet skont il-leġiżlazzjoni tal-Komunità, ta’ dawn il-qabdiet u t-tip ta’ rkaptu użat. Għandhom jiġu rreġistrati wkoll fil-ġurnal ta’ abbord il-kwantitajiet ta’ kull speċi li jintremew fil-baħar. Il-kwantitajiet stmati ta’ kull speċi li jintremew fil-baħar jistgħu jitniżżlu fil-ġurnal ta’ abbord għall-finijiet ta’ evalwazzjoni. L-akkuratezza tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord għandha tkun ir-responsabbiltà tal-kaptan.

Raġuni

Il-KtR, huwa u jqies l-Artikolu 15, jaħseb li għal finijiet ta’ kjarifika legali jeħtieġ li tiżdied il-kelma “karta”, kif ġie emendat.

Il-KtR huwa tal-fehma li restrizzjonijiet kwantitattivi f’dan l-Artikolu joħolqu piż ġdid u eċċezzjonali fuq il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd, u b’rabta mar-reġistrar tal-ħut imwarrab, m’għandhomx influwenza fuq is-sejba ta’ opportunitajiet ta’ sajd. It-test mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru.2847/93 jistipula li “Il-kwantitajiet mwarrba l-baħar jistgħu jiġu rreġistrati għall-finijiet ta’ valutazzjoni”. Il-KtR jirrakkomanda l-użu ta’ dan it-test.

Emenda 10

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 14 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

3.   Il-marġini ta’ toleranza permess fl-istimi rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun ta’ 5 %.

3.   Il-marġini ta’ toleranza permessa fl-istimi ta’ speċijiet, is-suġġetti ta’ TACs u kwoti rreġistrati fil-ġurnal ta’ abbord tal-kwantitajiet f’kilogrammi ta’ ħut miżmum abbord għandu jkun ta’ 5 12 %.

Raġuni

Il-KtR jinnota li l-marġini ta’ tolleranza hija ċifra arbitrarja li m’għandha l-ebda ġustifikazzjoni xjentifika. Provi prattiċi kondotti mill-MRAG fuq il-bastimenti tas-sajd urew marġini li jvarjaw ħafna u ftit fatturi ta’ korrelazzjoni. Jekk jeħtieġ li tiġi aċċettata ċifra waħda, għandha tkun effikaċi u proporzjonata għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ. Il-KtR jaħseb li l-marġini proposta mhijiex prattika; għandu jiġi adottat kompromess bejn is-sistema attwali u l-marġini għal stokkijiet ta’ rkupru. Ir-Regolament għandu japplika biss għal speċijiet inklużi fit-TAC (Qbid Totali Permess).

Emenda 11

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 15 – punti 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 15

Reġistrazzjoni u trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż l-10 metri fit-tul għandu jirreġistra permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni tas-sajd fil-ġurnal ta’ abbord u għandu jibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-anqas darba kuljum.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’ mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Artikolu 15

Reġistrazzjoni u trażmissjoni elettronika tad-dejta tal-ġurnal ta’ abbord

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż il-10 5-il metru i fit-tul għandu jirreġistra permezz ta’ mezzi elettroniċi l-informazzjoni tas-sajd fil-ġurnal ta’ abbord u għandu jibagħtu lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera tal-anqas darba kuljum.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika għall-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu l-15-il metru fit-tul imma ta’mhux aktar minn 24 metru tul totali mill-1 ta’ Jannar 2011, u għal bastimenti tas-Sajd Komunitarji li jaqbżu l-10 metri tul imma mhux aktar minn 15-il metru tutl totali mill-1 ta’ Jannar 2012. Il-bastimenti tal-Komunità li huma sa 15-il metru fit-tul jistgħu jiġu eżentati mill-paragrafu 1 jekk dawn:

a)

joperaw esklussivament fl-ibħra territorjali tal-Istat Membru tal-bandiera, jew

b)

qatt ma jqattgħu aktar minn 24 siegħa fuq il-baħar mill-ħin tat-tluq sar-ritorn fil-port.

Raġuni

Il-KtR iqis li l-bastimenti tas-sajd li jaqbżu tul globali ta’ 10 metri sa total ta’ 15-il metru mhumiex kbar biżżejjed biex jużaw b’mod faċli, sikur u kosteffettiv ġurnal ta’ abbord elettroniku tas-sajd.

Emenda 12

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 17 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b)

l-isem tal-port ta’ destinazzjoni deżinjat u l-iskopijiet taż-żjara, bħall-ħatt l-art, it-trażbord, l-aċċess għas-servizzi;

ċ)

l-awtorizzazzjoni tas-sajd jew, fejn xieraq, l-awtorizzazzjoni biex jingħata appoġġ għall-operazzjonijiet tas-sajd jew għat-trażbord ta’ prodotti tas-sajd;

d)

id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;

e)

id-data u l-ħin previsti tal-wasla fil-port;

f)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn;

g)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi li se jħottu l-art jew jittrażbordaw.

 

   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità li jeċċedu il-15-il metru fit-tul jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompenti tal-Istat Membru li l-port jew il-faċilitajiet tal-ħatt l-art tiegħu jixtiequ jużaw, tal-anqas 4 sigħat qabel il-ħin previst tal-wasla fil-port, sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux taw permess għal dħul aktar bikri, dwar l-informazzjoni li ġejja:

a)

l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b)

l-isem tal-port ta’ destinazzjoni deżinjat u l-iskopijiet taż-żjara, bħall-ħatt l-art, it-trażbord, l-aċċess għas-servizzi;

ċ)

l-awtorizzazzjoni tas-sajd jew, fejn xieraq, l-awtorizzazzjoni biex jingħata appoġġ għall-operazzjonijiet tas-sajd jew għat-trażbord ta’ prodotti tas-sajd;

d)

id-dati tal-vjaġġ tas-sajd u ż-żoni fejn ittieħdu l-qabdiet;

e)

id-data u l-ħin previsti tal-wasla fil-port;

f)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi miżmuma abbord, inkluż sajdiet li fihom ma jinqabad xejn;

g)

il-kwantitajiet ta’ kull speċi li se jħottu l-art jew jittrażbordaw.

Raġuni

Il-KtR jqis li, għal raġunijiet ta’ sigurtà, il-bastimenti tas-sajd li għandhom tul sa 15-il metru mhumiex kbar biżżejjed biex ikunu meħtieġa jagħrrfu l-ħin tad-dħul tagħhom fil-port 4 sigħat minn qabel. Ir-rekwiżit li jiġi reġistrat kull ma nqabadx ma tantx jagħmel sens.

Emenda 13

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 21 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b’mezzi elettroniċi d-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.

2.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li hemm fil-pjanijiet multiannwali, il-kaptan jew ir-rappreżentant ta’ bastiment tas-sajd tal-Komunità li jaqbeż 10 metri fit-tul għandu jittrażmetti b’mezzi elettroniċi, u jekk iktar minn 15-il metru fit-tul fuq karta, id-dejta tad-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera fi żmien sagħtejn 48 siegħa wara li jiġi kompletat il-ħatt l-art.

Raġuni

Il-KtR jinnota li l-informazzjoni dwar id-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art trid tiġi ċċertifikata bħala preċiża mill-kaptan, u dan jeħtieġ li l-qabda tiġi magħżula u miżuna. Dan ir-rekwiżit li hu ta’ piż kbir jista’ jwassal għal spejjeż kbar fil-portijiet tal-ħatt li ma jkollhomx faċilitajiet ta’ rkant, b’mod partikolari għall-bastimenti iżgħar fir-reġjuni marittimi periferiċi. L-intervall stabbilit mill-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2847/93 huwa ta’ 48 siegħa. Il-KtR jipproponi l-użu ta’ dan it-test.

Emenda 14

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 23 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

3.   Il-qabdiet kollha ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandhom jiġu jinqatgħu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

3.   Kull ħatt l-art Il-qabdiet kollha ta’ stokk jew grupp ta’ stokkijiet suġġetti għal kwota li jsiru mill-bastimenti tas-sajd tal-Komunità għandu hom jiġu jinqata għu mill-kwota applikabbli għall-Istat Membru tal-bandiera għall-istokk jew grupp ta’ stokkijiet konċernati, irrispettivament mill-post tal-ħatt l-art.

Raġuni

Il-KtR jinnota li waqt li kwoti nazzjonali jiġu stipulati skont l-ammont magħruf bħala l-Qbid Totali Permess (TAC), l-ammont jingħadd, u għandu jkompli jingħadd, fil-post fejn isir il-ħatt u l-ewwel bejgħ. Il-kwantitajiet imwarrba m’għandhomx jitnaqqsu mill-kwota nazzjonali.

Emenda 15

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 31 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Magni ġodda, magni tas-sostituzzjoni u magni li ġew modifikati teknikament għandhom jiġu approvati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala magni li ma humiex kapaċi jipproduċu aktar qawwa minn dik dikjarata fiċ-ċertifikat tal-magna. Approvazzjonijiet bħal dawn għandhom jinħarġu biss jekk il-magna ma tkunx kapaċi tipproduċi aktar mil-qawwa dikjarata.

1.   Bl-eċċezzjoni ta bastimenti b tul ta inqas minn 10 metri li jużaw tagħmir tas-sajd statiku biss, m Magni ġodda, magni tas-sostituzzjoni u magni li ġew modifikati teknikament għandhom jiġu approvati uffiċjalment mill-awtoritajiet tal-Istati Membri bħala magni li ma humiex kapaċi jipproduċu aktar qawwa minn dik dikjarata fiċ-ċertifikat tal-magna. Approvazzjonijiet bħal dawn għandhom jinħarġu biss jekk il-magna ma tkunx kapaċi tipproduċi aktar mil-qawwa dikjarata.

Raġuni

Mhuwiex xieraq li tiġi ċċertifakta l-qawwa tal-magna għal bastimenti tas-sajd kollha li mill-biċċa l-kbira tagħhom jintużaw għas-sajd kostali ta’ skala żgħira; għaldaqstant bastimenti b’tul ta’ inqas minn 10 metri li jużaw tagħmir tas-sajd statiku biss għandhom ikunu eżentati minn dan ir-rekwiżit. L-ispeċifikazzjoni pprovduta mill-manifattur tal-magna għandha titqies bħala biżżejjed. Huwa biss fil-każ ta’ tkarkir li l-qawwa tal-magna hija ta’ importanza deċiżiva għall-effiċjenza tas-sajd.

Emenda 16

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 37 – punt 2, l-introduzzjoni

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi ta’ rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

2.   Fis-sajd fejn huwa permess li jkun hemm aktar minn żewġ tipi jew aktar ta’ rkaptu abbord, l-irkaptu li ma jintużax irid jiġi stivat sabiex ma jkunx jista’ jintuża faċilment skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

Raġuni

Il-KtR huwa tal-fehma li dan jista’ jkun żball fl-abbozz. Irkaptu ta’ tip ieħor jew li ma jintużax għandu jiġi stivat.

Emenda 17

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 40 – punti 1 u 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 40

Tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar

1.   It-tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar huwa permess għall-bastimenti tas-sajd kollha suġġett għal kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-irkaptu kollu abbord għandu jkun marbut u stivat matul it-tranżitu; kif ukoll kif ukoll

b)

il-veloċità matul it-tranżitu tkun ta’ mhux anqas minn 6 mili nawtiċi fis-siegħa.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità maħsuba għat-tranżitu f’Żona Protetta tal-Baħar għandhom jikkomunikaw id-dejta li ġejja fil-forma ta’ rapport tat-tranżitu, lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-Istat Membru kostali:

a)

l-isem tal-bastiment, il-marka esterna ta’ identifikazzjoni, is-sinjal tar-radju u l-isem tal-kaptan tal-bastiment;

b)

il-koordinati tal-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li tirreferi għaliha l-komunikazzjoni;

ċ)

id-data u l-ħin ta’ kull daħla fiż-Żona Protetta tal-Baħar, u

d)

id-data u l-ħin ta’ kull ħarġa miż-Żona Protetta tal-Baħar.

Artikolu 40

Tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar

1.   It-tranżitu minn Żona Protetta tal-Baħar, għal bastimenti tas-sajd li mhumiex awtorizzati jipprattikaw is-sajd f dik iż-żona, huwa permess għall-bastimenti tas-sajd kollha suġġett għal kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-irkaptu kollu abbord għandu jkun marbut u stivat matul it-tranżitu; kif ukoll

b)

il-veloċità matul it-tranżitu tkun ta mhux anqas minn 6 mili nawtiċi fis-siegħa.

2.   Il-kaptani tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità maħsuba għat-tranżitu, jew li huma awtorizzati li jipprattikaw is-sajd f’Żona Protetta tal-Baħar għandhom jikkomunikaw id-dejta li ġejja fil-forma ta’ rapport tat-tranżitu, lill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-bandiera u lill-Istat Membru kostali:

a)

l-isem tal-bastiment, il-marka esterna ta’ identifikazzjoni, is-sinjal tar-radju u l-isem tal-kaptan tal-bastiment;

b)

il-koordinati tal-pożizzjoni ġeografika tal-bastiment li tirreferi għaliha l-komunikazzjoni;

ċ)

id-data u l-ħin ta’ kull daħla fiż-Żona Protetta tal-Baħar, u

d)

id-data u l-ħin ta’ kull ħarġa miż-Żona Protetta tal-Baħar.

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb ħafna dwar l-istatus legali taż-Żoni Marittimi Protetti kif defeiniti fl-Artikolu 4 u kif propost fl-Artikoli 39 u 40. Żoni Marittimi Protetti, kif propost, għandu jkollhom l-istess status bħal “Żona ta’ Projbizzjoni Totali”. Regola “ta’ tranżitu” għandha tapplika biss għal dawk il-bastimenti li mhumiex awtorizzati skont l-Artikolu 7(c). Il-KtR għandu d-dubji dwar ir-rekwiżiti ta’ monitoraġġ stipulati fl-Artikolu 39 u t-termini tal-Artikoli 4 u 40, u jipproponi l-emenda.

Emenda 18

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 41 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu ‘l fuq minn 15 kg ta’ ekwivalenti ta’ piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta’ mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti.

1.   Il-kaptan ta’ bastiment tas-sajd jista għandu jirreġistra r-rimi lura fil-baħar kollu l fuq minn 15 kg ta ekwivalenti ta piż ħaj fil-volum u għandu jikkomunika, fejn possibbli permezz ta mezzi elettroniċi, din l-informazzjoni mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti l-kwantitajiet stmati ta kull speċi li jintremew fil-baħar fil-ġurnal ta’ abbord għall-finijiet ta’ evalwazzjoni .

Raġuni

It-test mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru.2847/93 jistipula li “Il-kwantitajiet mwarrba l-baħar jistgħu jiġu rreġistrati għall-finijiet ta’ valutazzjoni”. Il-KtR jirrakkomanda l-użu ta’ dan it-test emendat. Ma jkunx raġonevoli li tintalab ir-reġistrazzjoni tal-kwantitajiet kollha mwarrba ’l fuq minn 15-il kg u l-komunikazzjoni dwarhom lill-awtoritajiet kompetenti. Il-KtR huwa tal-fehma li l-ħut imwarrab bħala neċessità għandu jerġa’ jitqiegħed fil-baħar mingħajr dewmien sabiex ikun hemm possibilità kbira kemm jista’ jkun li jibqa’ ħaj.

Emenda 19

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 47

Sajd rikreatti

1.   Is-sajd rikreattiv fuq bastiment fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Il-qabdiet ta’ speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv.

3.   Il-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandu jkun projbit minbarra jekk dan isir għal skopijiet filantropiċi.

Artikolu 47

Sajd rikreatti

1.   Is-sajd rikreattiv fuq bastiment mingħajr liċenzja fl-ilmijiet Komunitarji, għal stokk li huwa suġġet għal pjan multiannwali għandu jkun suġġett għal awtorizzazzjoni għal dak il-bastiment maħruġa mill-Istat Membru tal-bandiera.

2.   Il-qabdiet fis-sajd rikreattiv minn stokkijiet suġġetti għal pjan multiannwali għandhom jiġu rreġistrati mill-Istat Membru tal-bandiera.

3.   Il-qabdiet ta speċijiet suġġetti għal pjan multiannwali skont is-sajd rikreattiv għandhom jinqatgħu mill-kwoti rilevanti tal-Istat Membru tal-bandiera. L-Istati Membri konċernati għandhom jistabbilixxu sehem mit-tali kwoti li għandu jintuża esklussivament għall-iskopijiet tas-sajd rikreattiv.

4.   Il-kummerċjalizzazzjoni tal-qabdiet mis-sajd rikreattiv għandu jkun projbit minbarra jekk dan isir għal skopijiet filantropiċi.

Raġuni

Il-KtR jipproponi definizzjoni tas-sajd rikreattiv fl-Artikolu 4(27). It-test li qed jiġi propost hawnhekk jiċċara l-pożizzjoni fir-rigward ta’ liċenzji u awtorizzazzjoni. Kif ġie enfasizzat fil-punt 26 tar-rakkomandazzjonijiet tal-politika, dan it-tip ta’ sajd, jekk mhux regolat jista’ jipperikola l-istokkijiet tal-ħut fil-pjanijiet tal-irkupru, pereżempju permezz tat-turiżmu tas-sajd professjonali, jew fi żminijiet meta s-sajd kummerċjali jkun ipprojbit. Madankollu, it-tħassir tal-punti 3 u 4 jiżgura li r-rispons tar-regolament ikun proporzjonat u mhux eċċessiv.

Emenda 20

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 52 – punti 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Il-prodotti tas-sajd l-oħra għandhom jinbiegħu biss f’ċentru tal-irkant jew lil korpi jew persuni awtorizzati mill-Istati Membri.

3.   Ix-xerrej tal-prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jkun reġistrat mal-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn isir l-ewwel bejgħ. Għall-iskop ta’ reġistrazzjoni, kull xerrej għandu jiġi identifikat skont in-numru tal-VAT tiegħu fid-databases nazzjonali.

2.   Il-prodotti tas-sajd l-oħra għandhom jinbiegħu biss f ċentru tal-irkant jew lil korpi jew persuni awtorizzati mill-Istati Membri.

3.   Ix-xerrej tal-prodotti tas-sajd minn bastiment tas-sajd fl-ewwel bejgħ għandu jkun reġistrat mal-awtoritajiet tal-Istat Membru fejn isir l-ewwel bejgħ. Għall-iskop ta’ reġistrazzjoni, kull xerrej għandu jiġi identifikat skont in-numru tar-reġistrazzjoni jew tal-VAT tiegħu fid-databases nazzjonali.

Raġuni

Il-KtR huwa tal-fehma li n-numru tal-VAT mhux dejjem huwa rilevanti, iżda numru tar-reġistrazzjoni jinħareġ mill-Istat Membru.

Emenda 21

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 53 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Ix-xerrejja reġistrati kollha li jixtru prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jiżguraw li l-lottijiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq miżien approvat mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin għandu jsir qabel ma l-ħut jiġi ssortjat, ipproċessat, maħżun u trasportat mill-post tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid.

1.   Ix-xerrejja reġistrati kollha li jixtru prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura għandhom jiżguraw li l-kampjuni rappreżentattivi tal-lottijiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq miżien approvat mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin għandu jsir meta l-ħut jiġi ssortjat, iżda qabel ma l-ħut jiġi ssortjat, ipproċessat, maħżun u trasportat mill-post tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid.

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb li jekk tintiżen kull kaxxa ħut, il-kwalità tal-ħut tista’ tiġi affettwata ħażin minħabba proċessar u dewmien mhux neċessarji.

Emenda 22

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 53 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art diment li l-ħut ma setax jintiżen mal-ħatt l-art u diment li dan jiġi trasportat lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru li mhuwiex aktar minn 20 kilometri ‘l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.

3.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-post tal-ħatt l-art diment li l-ħut ma setax jintiżen mal-ħatt l-art u diment li dan jiġi trasportat lejn destinazzjoni fit-territorju tal-Istat Membru li mhuwiex aktar minn 20 100 kilometri ‘l bogħod mill-post tal-ħatt l-art.

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb li l-Kummissjoni tista’ tkun qed tipproponi rekwiżiti ta’ piż li mhumiex meħtieġa fuq l-industrija li jistgħu jservu ta’ disinċentiv għat-trawwim ta’ kultura ta’ konformità.

Emenda 23

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 54 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

1.   Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.

1.   Ix-xerrejja reġistrati, stabbilimenti rreġistrati tal-irkant jew il-korpi jew il-persuni l-oħra responsabbli għall-ewwel kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd li nħattu l-art fi Stat Membru, għandhom jissottomettu elettronikament, fi żmien 48 siegħa sagħtejn wara l-ewwel bejgħ, nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu ikun sar l-ewwel bejgħ. Jekk dan l-Istat Membru mhuwiex l-Istat tal-bandiera tal-bastiment li ħatt l-art il-ħut, huwa għandu jiżgura li tiġi sottomessa kopja tan-nota tal-bejgħ lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-bandiera malli jirċievi l-informazzjoni rilevanti. L-akkuratezza tan-nota tal-bejgħ għandha tkun ir-responsabbiltà ta’ dawn ix-xerrejja, stabbilimenti tal-irkanti, korpi jew persuni.

Raġuni

Il-kummerċjalizzazzjoni tal-ħut tirrikjedi l-attenzjoni għall-kwalità u għandhom jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ konsenja lil klijenti. Il-KtR huwa tal-fehma li mhuwiex prattiku li jitnaqqas minn 48 siegħa għal sagħtejn l-interval bejn l-ewwel bejgħ u s-sottomissjoni tad-dikjarazzjonijiet lill-awtoritajiet.

Emenda 24

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 82 – punti 2 u 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

2.   Barra dan, għall-infrazzjonijiet serji kollha li l-livell tagħhom ma jistax jiġi konness mal-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba permezz tal-infrazzjoni serja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun kastigata permezz ta’ multa amministrattiva tal-anqas ta’ 5 000 EUR u mhux aktar minn 300 000 EUR għal kull infrazzjoni serja. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiġi notifikat immedjatament dwar is-sanzjoni imposta.

3.   Fil-każ ta’ infrazzjoni serja ripetuta fi żmien ta’ 5 snin, l-Istat Membru għandu jimponi multa amministrattiva ta’ mil-lanqas 10 000 EUR u mhux aktar minn 600 000 EUR.

2.   Barra dan, għall-infrazzjonijiet serji kollha li l-livell tagħhom ma jistax jiġi konness mal-valur tal-prodotti tas-sajd miksuba permezz tal-infrazzjoni serja, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuna naturali li kkommettiet jew persuna ġuridika li tinżamm responsabbli għal infrazzjoni serja tkun kastigata permezz ta’ multa amministrattiva massima ta tal-anqas ta 5 000 EUR u mhux aktar minn300 000 EUR għal kull infrazzjoni serja. L-Istat Membru tal-bandiera għandu jiġi notifikat immedjatament dwar is-sanzjoni imposta.

3.   Fil-każ ta’ infrazzjoni serja ripetuta fi żmien ta’ sena 5 snin, l-Istat Membru għandu jimponi multa amministrattiva massima ta’ mil-lanqas 10 000 EUR u mhux aktar minn600 000 EUR.

Raġuni

Il-KtR jemmen li l-ġudikatura ta’ kull Stat Membru għandha tistipula s-sanzjoni sal-livell massimu. Il-kelma “mil-lanqas” hija żejda fil-kuntest tal-kelma “massima”. Għal finijiet ta’ uniformità, il-KtR jinnota li l-Artikolu 76 jirriferi biss għal “sena” waħda.

Emenda 25

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 99

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 99

Ċaħda tat-trasferimenti tal-kwoti

Il-Kummissjoni tista’ tiċħad it-trasferiment tal-kwoti għall-istokkijiet ta’ Stat Membru għas-sena ta’ wara skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti jekk:

a)

ikun sar sajd żejjed ‘il fuq mill-kwota li għandha tiġi trasferita mill-Istat Membru konċernat f’kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti immedjatament jew

b)

il-kwota tirreferi għal stokk li jaqa’ taħt pjan multiannwali jew li jinqabad flimkien ma’ stokk li jaqa’ taħt pjan multiannwali u li sar sajd żejjed tiegħu ‘il fuq minn dik il-kwota jew minn kwoti għal stokkijiet li jaqgħu taħt pjan multiannwali u li l-istokk jinqabad magħhom, mill-flotta ta’ dak l-Istat Membru f’waħda mill-ħames snin preċedenti immedjatament jew

ċ)

l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd tal-istokkijiet konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’ validazzjoni.

Artikolu 99

Ċaħda tat-trasferimenti tal-kwoti

Il-Kummissjoni tista tiċħad it-trasferiment tal-kwoti għall-istokkijiet ta Stat Membru għas-sena ta wara skont l-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta’ Mejju 1996 li jintroduċi kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għal sena tat-TACs u l-kwoti jekk:

a)

ikun sar sajd żejjed il fuq mill-kwota li għandha tiġi trasferita mill-Istat Membru konċernat f kwalunkwe waħda mis-sentejn preċedenti immedjatament jew

b)

il-kwota tirreferi għal stokk li jaqa’taħt pjan multiannwali jew li jinqabad flimkien ma’stokk li jaqa’taħt pjan multiannwali u li sar sajd żejjed tiegħu‘il fuq minn dik il-kwota jew minn kwoti għal stokkijiet li jaqgħu taħt pjan multiannwali u li l-istokk jinqabad magħhom, mill-flotta ta’dak l-Istat Membru f’waħda mill-ħames snin preċedenti immedjatament jew

ċ) 

l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd tal-istokkijiet konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’validazzjoni.

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb ħafna li r-rifjut ta’ skambji ta’ kwoti qed jiġi propost bħala sanzjoni. Hemm il-periklu li l-Kummissjoni tista’ tibdel b’mod unilaterali l-istabbiltà relattiva tat-TACs u l-kwoti bejn l-Istati Membri.

Emenda 26

Proposta għal Regolament tal-Kunsill, Artikolu 100

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda tal-Kumitat tar-Reġjuni

Artikolu 100

Ċaħda tat-trasferimenti tal-kwoti

Il-Kummissjoni tista’ teskludi l-possibbiltà ta’ skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:

a)

għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta’ aktar minn 10 % tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f’waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew

b)

jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’ validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’ validazzjoni.

Artikolu 100

Ċaħda tat-trasferimenti tal-kwoti

Il-Kummissjoni tista teskludi l-possibbiltà ta skambju tal-kwoti skont l-Artikolu 20 paragrafu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002:

a)

għall-kwoti li minnhom sar sajd żejjed ta aktar minn 10 % tal-kwoti disponibbli għal wieħed mill-Istati Membri konċernati f waħda mis-sentejn preċendenti immedjatament jew

b)

jekk l-Istat Membru konċernat ma jiħux il-miżuri xierqa biex jiżgura ġestjoni xierqa tal-opportunitajiet tas-sajd konċernati, b’mod partikolari billi ma joperax sistema ta’validazzjoni kompjuterizzata msemmija fl-Artikolu 102 jew billi jopera b’mod insuffiċjenti s-sistemi li jipprovdu d-dejta għal din is-sistema ta’validazzjoni.

Raġuni

Il-KtR jinsab imħasseb ħafna li r-rifjut ta’ trasferimenti ta’ kwoti qed jiġi propost bħala sanzjoni. Hemm il-periklu li l-Kummissjoni tista’ tibdel b’mod unilaterali l-istabbiltà relattiva tat-TACs u l-kwoti bejn l-Istati Membri.

Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2009.

Il-President

tal-Kumitat tar-Reġjuni

Luc VAN DEN BRANDE


(1)  CdR 22/2008 fin, CdR 258/2006 fin, CdR 153/2001 fin.

(2)  CdR 22/2008 fin, CdR 258/2006 fin,

(3)  CdR 258/2006 fin

(4)  CdR 22/2008 fin, CdR 252/2004 fin, CdR 189/2002 fin, CdR 153/2001 fin

(5)  CdR189/2002 fin

(6)  CdR 153/2001 fin

(7)  CdR 258/2006 fin, CdR 189/2002 fin, CdR 153/2001 fin

(8)  CdR 153/2001 fin