|
5.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 212/404 |
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
L-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' (tfassil mill-ġdid) ***I
P6_TA(2009)0378
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tas-7 ta' Mejju 2009 tal-Parlament Ewropew dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' “Eurodac” għall-paragun tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) No […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna mingħajr Stat] (tfassil mill-ġdid) (COM(2008)0825 – C6-0475/2008 – 2008/0242(COD))
2010/C 212 E/53
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – tfassil mill-ġdid)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0825),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 63(1)(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0475/2008),
wara li kkunsidra l-ftehima interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 biex isir użu aktar strutturat tat-teknika ta' riformulazzjoni ta' atti legali (1),
wara li kkunsidra l-ittra tat-3 ta' April 2009 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern bi qbil mal-Artikolu 80a(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0283/2009),
|
A. |
Billi, skond il-grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, il-proposta in kwistjoni ma tinkludix emendi ta' sustanza għajr dawk identifikati bħala tali fil-proposta u billi, fir-rigward tal-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li ma nbidlux ta' l-atti ta' qabel flimkien ma' dawk l-emendi, il-proposta fiha sempliċi kondifikazzjoni tat-testi eżistenti mingħajr ebda tibdil fis-sustanza tagħhom; |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni u kif emendata hawn taħt; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0242
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-7 ta’ Mejju 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] (Tfassil mill-ġdid)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63, punt (1)(a), tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni ║,
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 tat-Trattat (1),
Billi
|
(1) |
Għandhom isiru numru ta’ tibdiliet sostantivi lir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effetiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (2) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 tat-28 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi ċerti regoli biex jimplimentaw ir-Regolament ║ (KE) Nru 2725/2000 dwar l-istabbiliment ta’ “Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (3). Fl-interess tal-kjarezza dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid. Fl-interess tal-kjarezza dawk ir-Regolamenti għandhom jinkitbu mill-ġdid. |
|
(2) |
Politika komuni fuq l-ażil, inkluża Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil, hija parti fundamentali mill-għan tal-Unjoni Ewropea li tistabbilixxi progressivament żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja li tkun miftuħa għal dawk li, ▐ jfittxu leġittimament kenn internazzjonali fil-Komunità. |
|
(3) |
L-ewwel fażi fil-ħolqien ta’ Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil li għandha, fuq medda twila ta’ żmien, twassal għal proċedura komuni u status uniformi, validu tul l-Unjoni kollha, għal dawk li jingħataw ażil, issa nkiseb. Il-Kunsill Ewropew tal-4 ta’ Novembru 2004 adotta l-Programm tal-Aja li jistabbilixxi l-għanijiet li għandhom jiġu implimentati fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja matul il-perjodu 2005-2010. F’dan ir-rigward, il-Programm tal-Aja stieden lill-Kummissjoni tikkonkludi l-evalwazzjoni tal-istrumenti legali tal-ewwel fażi u tissottometti l-istrumenti u l-miżuri tat-tieni fażi lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew biex dawn jiġu adottati qabel it-tmiem tal-2010. |
|
(4) |
Għall-għanijiet tal-applikazzjoni Regolament ║ (KE) Nru […/…] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat (4), huwa neċessarju li tkun stabbilita l-identità tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u ta’ persuni maqbuda b’konnessjoni mal-qsim irregolari tal-fruntieri esterni tal-Komunità. Hija wkoll ix-xewqa, sabiex ir-Regolament ║ (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] ikun applikat b’mod effettiv, u b’mod partikolari l-punti (b) u (d) tal-Artikolu 18(1) tiegħu , li kull Stat Membru jitħalla jikkontrolla jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat preżenti li jinstab fit-territorju tiegħu b’mod illegali jkunx applika għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor. |
|
(5) |
Il-marki ta’ swaba’ jikkostitwixxu element importanti biex tkun stabbilita l-identità eżatta ta’ dawn il-persuni. Huwa neċessarju li tkun stabbilita sistema għat-tqabbil ta’ informazzjoni tal-marki tas-swaba’ tagħhom. |
|
(6) |
Għal dan il-għan, hemm bżonn li tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala “Eurodac”, li tikkonsisti minn Sistema Ċentrali, li għandha tħaddem database ċentrali komputerizzata ta’ informazzjoni fuq marki tas-swaba’, kif ukoll tal-mezzi eletroniċi ta’ trażmissjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali. |
|
(7) |
Sabiex jiġi żgurat trattament indaqs għall-applikanti u l-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali kollha, kif ukoll sabiex tiġi żgurata konsistenza mal-acquis attwali dwar l-ażil, b’mod partikolari mad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istatus ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (5) u r-Regolament ║ (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat], huwa xieraq li l-ambitu ta’ dan ir-Regolament jiġi estiż sabiex jinkludi applikanti għal protezzjoni sussidjarja u persuni li jgawdu minn protezzjoni sussidjarja. |
|
(8) |
Hemm bżonn ukoll li l-Istati Membri jkunu mitluba li jieħdu u jittrażmettu fil-pront data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ kull applikant għal protezzjoni internazzjonali u ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jinqabad b’konnessjoni ma’ qsim irregolari ta’ fruntieri esterni ta’ Stat Membru, jekk ikun minn 14-il sena 'l fuq. |
|
(9) |
Hemm bżonn li jkunu preskritti regoli preċiżi dwar it-trażmissjoni ta’ dik id-data dwar marki tas-swaba’ lis-Sistema Ċentrali, l-irreġistrar ta’ dik id-data fuq marki tas-swaba’ u data rilevanti oħra fis-Sistema Ċentrali, iż-żamma tagħhom, it-tqabbil ma’ idata fuq marki tas-swaba’ oħra, it-trażmissjoni tar-riżultati ta’ dak it-tqabbil u l-imblukkar u l-immarkar tad-data rreġistrata. Dawn ir-regoli jistgħu jkunu differenti għal, u għandhom ikunu adattati speċifikament, għas-sitwazzjoni ta’ kategoriji differenti ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat. |
|
(10) |
Ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li jkunu talbu protezzjoni internazzjonali f’wieħed mill-Istati Membri jista’ jkollhom l-għażla li jkunu jistgħu jitolbu protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor għal ħafna snin oħra. Għalhekk, il-perjodu massimu li matulu d-data dwar marki tas-swaba’ għandha tinżamm mis-Sistema Ċentrali għandu jkun ta’ tul mhux ħażin. Peress li ħafna ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat li għexu fil-Komunità għal bosta snin jkunu kisbu status definit jew anki kisbu ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru wara dak il-perjodu, perjodu ta’ għaxar snin għandu jkun ikkunsidrat bħala perjodu raġonevoli għall-ħżin ta’ data dwar marki tas-swaba’. |
|
(11) |
Il-perjodu ta’ ħżin għandu jkun iqsar f’ċerti sitwazzjonijiet speċjali fejn ma jkunx hemm bżonn li tinżamm data dwar marki tas-swaba’ għal dak it-tul ta’ żmien. Id-data dwar marki tas-swaba’ għandha titħassar immedjatament ladarba ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat jieħdu ċittadinanza ta’ Stat Membru jew permess ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru skont id-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 rigward l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti fit-tul (6). |
|
(12) |
Huwa xieraq li tinħażen data relatata ma’ dawk is-suġġetti tad-data li l-marki tas-swaba’ tagħhom ġew inizjalment reġistrati fil-Eurodac meta ppreżentaw l-applikazzjonijiet tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u li ngħataw protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru sabiex id-data reġistrata mal-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali tkun tista’ tiġi mqabbla magħhom. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni għandha tibqa’ responsabbli għall-ġestjoni tas-Sistema Ċentrali u l-Infrastruttura tat-Telekomunikazzjoni għal perjodu tranżitorju. Fuq medda twila taż-żmien u wara li ssir stima tal-impatt li tkun tinkludi analiżi sostantiva tal-alternattivi mill-perspettivi finanzjarja, operattiva u organizzattiva, għandha tiġi stabbilita Awtorità tal-Ġestjoni b’responsabbiltà għal dawn il-kompiti. |
|
(14) |
Hemm bżonn li jkunu preskritti b’mod ċar ir-responsabilitajiet rispettivi tal-Kummissjoni u l-Awtorità tal-Ġestjoni , f’dak li għandu x’jaqsam mas-Sistema Ċentrali u mal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni , u tal-Istati Membri, f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tad-data, s-sigurta’ tad-data, l-aċċess għaliha, u l-korrezzjoni tad-data reġistrata. |
|
(15) |
Filwaqt li r-responsabilità mhux kuntrattwali tal-Komunità b’konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema ta’ Eurodac għandha tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet relevanti tat-Trattat, huwa neċessarju li jkunu preskritti regoli speċifiċi għar-responsabilità mhux kuntrattwali tal-Istati Membri b’konnessjoni mat-tħaddim tas-sistema. |
|
(16) |
Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-ħolqien ta’ sistema għat-tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’ sabiex tgħin l-implimentazzjoni tal-politika ta’ ażil tal-Komunità, ma jistax ║ jkun sodisfatt biżżejjed mill-Istati Membri u, minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jintlaħaq aħjar fil-livell Komunitarju, ilKomunità tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidarjeta’ kif imniżżel fl-Artikolu 5 tat-Trattat. Bi qbil mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif previst f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju sabiex jintlaħaq dak il-għan. |
|
(17) |
Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi f’dak li għandu x’jaqsam mal-ipproċessar ta’ informazzjoni personali u dwar il-moviment ħieles ta’ dik l-informazzjoni (7) tapplika għall-ipproċessar ta’ data personali li jsir skont dan ir-Regolament mill-Istati Membri. |
|
(18) |
Il-prinċipji preskritti fid-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ individwi, partikolarment id-dritt tagħhom għal privatezza, fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali għandha tkun miżjuda jew iċċarata, b’mod partikolari sa fejn ikunu kkonċernati ċerti setturi. |
|
(19) |
Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (8) japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità li jsir skont dan ir-Regolament . Madankollu, għandhom jiġu ċċarati xi punti rigward ir-responsabbiltà għall-ipproċessar ta’ data u s-superviżjoni tal-protezzjoni tad-data. |
|
(20) |
Huwa xieraq li l-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza jwettqu monitoraġġ fuq il-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri filwaqt li l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, maħtur skont id-Deċiżjoni 2004/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ║ (9), għandu jwettaq il-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità rigward l-ipproċessar tad-data personali fid-dawl tal-kompiti limitati tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità stess rigward id-data. |
|
(21) |
Huwa xieraq li r-rendiment tal-Eurodac jiġi kkontrollat u evalwat f’intervalli regolari. |
|
(22) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sistema ta’ penali effettivi, proporzjonati u dissważivi sabiex ikun sanzjonat l-użu ta’ dejta mdaħħla fid- fis-Sistema Ċentrali kontra l-għan tal-Eurodac. |
|
(23) |
Huwa meħtieġ li l-Istati Membri jkunu infurmati bl-istat ta’ proċeduri partikolari tal-ażil b’għan li jiffaċilitaw l-applikazzjoni sodisfaċenti tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Stat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat]. |
|
(24) |
Dan ir-Regolament jirrispetta u għandu jiġi applikata skont id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura rispett sħiħ għall-protezzjoni tad-data personali u d-dritt għall-ażil u li jinkoraġġixxi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8 u 18 tal-Karta. |
|
(25) |
Huwa xieraq li l-iskop territorjali ta’ dan ir-Regolament ikun ristrett sabiex ikun allinjat mal-iskop territorjali tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna], |
ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOSIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Għan tal-Eurodac
1. Qed tiġi stabbilita sistema magħrufa bħala Eurodac, li l-għan tagħha għandu jkun li tgħin biex ikun determinat liema Stat Membru għandu jkun responsabbli konformement mar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat] għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali sottomessa fi Stat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat , u inkella sabiex tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament ta’ hawn fuq taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament.
2. Mingħajr preġudizzju għall-użu tad-data maħsuba għall-Eurodac mill-Istat Membru ta’ oriġini f’databases mwaqqfa taħt il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru, id-data dwar marki tas-swaba’ u data personali oħra jistgħu jkunu pproċessati fil-Eurodac biss għall-għanijiet tal-Artikolu 32(1) tar-Regolament (KE) Nru […/…] [li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat].
Artikolu 2
Tifsiriet
1. Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:
|
(a) |
“ir-Regolament ta’ Dublin” ifisser ir-Regolament ║ (KE) Nru […/…][li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat]; |
|
(b) |
“applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser protezzjoni internazzjonali li fir-rigward tiegħu għadha ma tteħditx deċiżjoni finali; |
|
(ċ) |
“Stat Membru ta’ oriġini” tfisser:
|
|
(d) |
“persuna mogħtija protezzjoni internazzjonali” tfisser li teħtieġ protezzjoni internazzjonali kif definita mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva ║ 2004/83/KE; |
|
(e) |
“suċċess” ║ tfisser l-eżistenza ta’ tqabbila jew tqabbil stabbilit mis-Sistema Ċentrali permezz ta’ tqabbil bejn data dwar marki tas-swaba’ rreġistrata fid- database u dawk trażmessi minn Stati Membru fir-rigward ta’ persuna, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li Stati Membri għandhom jikkontrollaw immedjatament ir-riżultati tat-tqabbil konformement mal-Artikolu 17(4). |
2. It-termini mfissra fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 95/46/KE għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament.
3. Sakemm ma jkunx iddikjarat b’mod ieħor, it-termini mfissra fl-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Dublin għandu jkollhom l-istess tifsira f’dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Arkitettura tas-sistema u prinċipji bażiċi
1. Il-Eurodac għandha tkun tikkonsisti minn:
|
(a) |
database ċentrali tal-marki tas-swaba’ (Sistema Ċentrali) magħmul minn
|
|
(b) |
infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali u l-Istati Membri li tipprovdi netwerk virtwali kriptat dedikat għad-data tal-Eurodac (Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni). |
2. Kull Stat Membru għandu jkollu sistema nazzjonali tad-data waħda dedikata għalih (Punt ta’ Aċċess Nazzjonali) li tikkomunika mas-Sistema Ċentrali.
3. Id-data dwar persuni koperti bl-Artikoli 6, 10 and 13 li tiġi pproċessata fis-Sistema għandha tkun ipproċessata f’isem l-Istat Membru ta’ oriġini taħt il-kondizzjonijiet preskritti f’dan ir-Regolament u sseparata b’mezzi tekniċi xierqa.
4. Ir-regoli li jirregolaw il-Eurodac għandhom japplikaw ukoll għal ħidmiet magħmula mill-Istati Membri mit-trażmissjoni ta’ data għas-Sistema Ċentrali sakemm isir użu mir-riżultati tat-tqabbil.
5. Il-proċedura sabiex jittieħdu l-marki tas-swaba’ għandha tkun stabbilita u applikata bi qbil mal-prattika nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u skont il-protezzjonijiet preskritti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, fil-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali u u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.
Artikolu 4
Ġestjoni Operattiva mill-Awtorità tal-Ġestjoni
1. Wara perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Awtorità tal-Ġestjoni, iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-Eurodac. L-Awtorità tal-Ġestjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura li jintużaw f’kull ħin, u suġġett għal analiżi tal-benefiċċju mill-ispiża, l-aħjar tekniki disponibbli għas-Sistema Ċentrali.
2. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tkun ukoll responsabbli għall-kompiti segwenti relatati mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:
|
(a) |
superviżjoni; |
|
(b) |
sigurtà; |
|
(c) |
koordinazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Istati Membri u l-fornitur. |
3. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kompiti l-oħra kollha relatati mal-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni:, b’mod partikolari:
|
(a) |
kompiti relatati mal-implimentazzjoni tal-baġit; |
|
(b) |
l-akkwist u t-tiġdid; |
|
(c) |
kwistjonijiet kuntrattwali. |
4. Matul perjodu ta’ tranżizzjoni qabel ma l-Awtorità tal-Ġestjoni tassumi r-responsabbiltajiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni operattiva tal-Eurodac.
5. Il-ġestjoni operattiva tal-Eurodac għandha tikkonsisti fil-kompiti kollha meħtieġa biex il-Eurodac jiffunzjona 24 siegħa kull jum u sebat ijiem fil-ġimgħa skont dan ir-Regolament, b’mod partikolari l-ħidma ta’ manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li s-sistema tiffunzjona f’livell sodisfaċenti ta’ kwalità operattiva, b’mod partikolari rigward iż-żmien meħtieġ għal tiftixa tas-Sistema Ċentrali.
6. Bla ħsara għall-Artikolu 17 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tapplika regoli xierqa dwar segretezza professjoni jew dmirijiet ekwivalenti ta’ kunfidenzjalità għall-persunal kollu tagħha li hu meħtieġ jaħdem b’data tal-Eurodac. Dan l-obbliga għandu japplika wkoll wara li dan il-persunal jitlaq mill-kariga jew mill-impjieg jew wara li jkunu ntemmew l-attivitajiet tagħhom.
7. L-Awtorità tal-Ġestjoni msemmija f’dan ir-Regolament għandha tkun l-Awtorità tal-Ġestjoni responsabbli għall-Eurodac , is-SIS II u l-VIS.
8. It-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Ġestjoni u l-interoperabilità tal-bosta bażijiet tad-dejta li hija għandha kompetenza għalihom għandu jkun mingħajr preġudizzju għat-tħaddim separat u diskret ta’ dawn il-bażijiet tad-dejta.
Artikolu 5
Statistika
Kull, l- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tħejji statistiċi dwar ix-xogħol tas-Sistema Ċentrali, li jindikaw b’mod partikolari:
|
(a) |
in-numru ta’ settijiet ta’ data trażmessi dwar applikanti għal u l-persuni msemmija fl-Artikoli 10 u 13; |
|
(b) |
in-numru ta’ suċċessi dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali li kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor; |
|
(ċ) |
in-numru ta’ suċċessi dwar persuni msemmija fl-Artikolu 10 li sussegwentement kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; |
|
(d) |
in-numru ta’ suċċessi dwar persuni msemmija fl-Artikolu 13 li qabel kienu ssottomettew applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali fi Stat Membru ieħor; |
|
(e) |
in-numru ta’ data dwar marki ta’ swaba’ li s-Sistema Ċentrali kellha titlob ripetutament mill-Istati Membri ta’ oriġini minħabba li d-data dwar marki ta’ swaba’ trażmessa oriġinarjament ma setgħetx twassal għal tqabbil bl-użu tas-sistema komputerizzata ta’ għarfien ta’ marki ta’ swaba’; |
|
(f) |
in-numru ta’ settijiet ta’ data mmarkati skont l-Artikolu 14(1); |
|
(g) |
in-numru ta’ suċċessi għall-persuni msemmija fl-Artikolu 14(1). |
Fl-aħħar ta’ kull sena, id-data statistika għandha tkun stabbilita fil-forma ta’ kompilazzjoni tal-istatistiċi ta’ kull xahar għal dik is-sena inkluża indikazzjoni tan-numru ta’ persuni li dwarhom ikunu ġew reġistrati suċċessi taħt (b), (ċ) , (d) u (g) .
L-istatistiċi għandhom ikun fihom tqassim tad-data għal kull Stat Membru.
KAPITOLU II
APPLIKANTI GĦAL PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 6
Ġbir, trażmissjoni u tqabbil tad-dejta tal-marki tas-swaba’
1. Kull Stat Membru għandu jieħu , mhux iżjed tard minn 48 siegħa wara li jippreżenta applikazzjoni kif definit mill-Artikolu 20(2) tar-Regolament ta’ Dublin , il-marki tas-swaba’ tas-swaba’ kollha ta’ kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas 14-il sena u għandu mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-teħid tal-marki tas-swaba’ , jittrażmetti d-dejta tas-swaba’ flimkien mad- data msemmija fil-punti (b sa (g) tal-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali.
Bħala eċċezzjoni, f’każi meta l-marki tas-swaba’ jkollhom xi taħsir serju iżda temporanju, u ma jkunux jistgħu jipprovdu dejta adegwata dwar il-marki tas-swaba’, jew f’każi meta jkun meħtieġ li jiġi infurzat perjodu ta’ kwarantina minħabba mard gravi u kontaġjuż, il-perjodu ta’ 48 siegħa li fih għandu jsir it-teħid tal-marki tas-swaba’ tal-applikanti għall-kenn internazzjonali, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, jista’ jiġi estiż sa mhux iżjed minn tliet ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jestendu wkoll il-perjodu ta’ 48 siegħa f’każi ssostanzjati u ppruvati kif imiss ta’ force majeure sa kemm dawk iċ-ċirkostanzi jibqgħu jippersistu. Il-perjodu ta’ 24 siegħa għat-trażmissjoni tad-dejta għandu japplika kif meħtieġ.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, meta applikant għal protezzjoni internazzjonali jasal fl-Istat Membru responsabbli mill-evalwazzjoni ta’ applikazzjoni għall-kenn internazzjonali, wara trasferiment skont l-Artikolu 23 tar -Regolament ta’ Dublin, l-Istat Membru responsabbli għandu jindika biss ▐ il-fatt li jkun sar trasferiment b’suċċess fir-rigward tad -data relevanti reġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament , konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din l-informazzjoni għandha tinħażen skont l-Artikolu 8 għall-għan tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu ▐.
3 . L-Istat Membru li jassumi din ir-responsabbiltà skont l-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Dublin għandu jindika dan il-fatt fir-rigward tad-data relevanti reġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament u konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din l-informazzjoni għandha tinħażen skont l-Artikolu 8 għall-għan tat-trażmissjoni taħt il-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu.
4. Id-data dwar il-marki ta’ swaba’ skont it-tifsira fil-punt (a) tal-Artikolu 7, trażmessa minn kull Stat Membru, għandha tkun imqabbla awtomatikament mad-data dwar marki ta’ swaba’ trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà miżmuma Ċentrali.
5. Is-Sistema Ċentrali għandha tiżgura, fuq it-talba ta’ Stat Membru, li t-tqabbil imsemmi fil-paragrafu 4 jkopri d-data dwar marki tas-swaba’ trażmessa qabel minn dak l-Istat Membru, b’żieda għad-data minn Stati Membri oħra.
6. Ċentrali għandha tittrażmetti awtomatikament is-suċċess jew ir-riżultat negattiv tat-tqabbil lill-Istat Membru ta’ oriġini. Fejn ikun hemm suċċess, għandha tittrażmetti għal kull sett ta’ data li jikkorrispondi għas-suċċess, id-data msemmija fil-punti (a) sa (ġ) tal-Artikolu 7 flimkien, fejn ikun xieraq, mal-marka msemmija fl-Artikolu 14(1) .
Artikolu 7
Reġistrazzjoni ta’ data
Id-data li ġejja biss għandha tiġi reġistrata fis-Sistema Ċentrali:
|
(a) |
id-data dwar marki tas-swaba’; |
|
(b) |
l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali; |
|
(ċ) |
is-sess; |
|
(d) |
in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini; |
|
(e) |
id-data li fiha ttieħdu l-marki ta’ swaba’; |
|
(f) |
id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
|
(g) |
l-identità tal-operatur utent. |
Artikolu 8
Żamma ta’ data
Kull sett ta’ data, kif imfisser fl-Artikolu 7, għandu jinżamm Ċentrali għal għaxar snin mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki ta’ swaba’.
Malli jiskadi dan il-perjodu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data Ċentrali.
Artikolu 9
Tneħħija ta’ data skaduta
1. Data li għandha x’taqsam ma’ persuna li tkun kisbet ċittadinanza fi kwalunkwe Stat Membru jew li jkun inħarġilha permess ta’ residenza fit-tul fi Stat Membru skont id-Direttiva 2003/109/KE qabel l-iskadenza tal–perjodu msemmi fl-Artikolu 8 ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi mħassra is-Sistema Ċentrali, skont l-Artikolu 20(3), malli l-Istat Membru ta’ oriġini jsir jaf li dik il-persuna tkun kisbet dik iċ-ċittadinanza jew li jkun inħarġilha dak il-permess .
2. Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 1 minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkunu ttrażmettew u li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 6 jew ║ 10.
KAPITOLU III
ĊITTADIN TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT LI JINQABDU B’KONNESSJONI MAL-QSIM IRREGOLARI TA’ FRUNTIERA ESTERNA
Artikolu 10
Ġbir u trażmissjoni ta’ data dwar marki tas-swaba’
1. Kull Stat Membru għandu, bi qbil mal-protezzjonjiet preskritti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal , u mhux iżjed tard minn 48 siegħa mid-data tal-arrest, jieħu ▐ l-marki ta’ swaba’ tas-swaba’ kollha ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jkollu tal-inqas 14-il sena li jinqabad mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru wara li jkun ġie minn pajjiż terz u li ma jintbagħatx lura fih.
2. L-Istat Membru kkonċernat għandu jittrażmetti, mhux aktar tard minn 24 siegħa wara t-teħid tal-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ta’ persuna bla stat, kif imsemmi fil-paragrafu 1, mid-data li jinqabad , lis-Sistema Ċentrali id-data li ġejja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dik il-persuna :
|
(a) |
id-data dwar il-marki tas-swaba’; |
|
(b) |
l-Istat Membru ta’ oriġini, post u data ta’ meta nqabad; |
|
(ċ) |
is-sess; |
|
(d) |
in-numru ta’ referenza użat mill-Istat Membru ta’ oriġini; |
|
(e) |
id-data li fiha ttieħdu l-marki ta’ swaba’; |
|
(f) |
id-data li fiha l-informazzjoni ġiet trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
|
(g) |
l-identità tal-operatur utent. |
Bħala eċċezzjoni, f’każi meta l-marki tas-swaba’ jkollhom xi taħsir serju iżda temporanju, u ma jkunux jistgħu jipprovdu dejta adegwata dwar il-marki tas-swaba’, jew f’każi meta jkun meħtieġ li jiġi infurzat perjodu ta’ kwarantina minħabba mard gravi u kontaġjuż, il-perjodu ta’ 48 siegħa li fih għandu jsir it-teħid tal-marki tas-swaba’, kif imsemmi f’dan il-paragrafu, jista’ jiġi estiż sa mhux iżjed minn tliet ġimgħat. L-Istati Membri jistgħu jestendu wkoll il-perjodu ta’ 48 siegħa f’każi ssostanzjati u ppruvati kif imiss ta’ force majeure sa kemm dawk iċ-ċirkostanzi jibqgħu jippersistu. Il-perjodu ta’ 24 siegħa għat-trażmissjoni tad-dejta għandu japplika kif meħtieġ.
Artikolu 11
Reġistrazzjoni ta’ data
1. L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.
Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5, l-informazzjoni trażmessa lis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(2) għandha tiġi reġistrata għall-għan waħdieni ta’ tqabbil ma’ data dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa sussegwentement lis-Sistema Ċentrali.
Is-Sistema Ċentrali ma għandhiex tqabbel id-data trażmessa lilha bis-saħħa tal-Artikolu 10(2) ma’ kwalunkwe data rreġistrata qabel fis-Sistema Ċentrali , lanqas ma’ data trażmessa wara fis-Sistema Ċentrali.bis-saħħa tal-Artikolu 10(2).
2. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqabbil ta’ data dwar applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa wara lis-Sistema Ċentrali mad-data msemmija fil-paragrafu 1, għandhom japplikaw il-proċeduri preskritti fl-Artikolu 6(4) and (6).
Artikolu 12
Żamma ta’ data
1. Kull sett ta’ li jkollu x’jaqsam ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kif previst fl-Artikolu 10(1), għandu jinżamm fis-Sistema Ċentrali għal sena mid-data li fiha jkunu ttieħdu l-marki ta’ swaba’ taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat. Malli jiskadi dan il-perjodu, is-Sistema Ċentrali għandha awtomatikament tħassar id-data mis-Sistema Ċentrali.
2. Id-data li jkollha x’taqsam ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew ma’ persuna mingħajr stat kif previst fl-Artikolu 10(1) għandha titneħħa mis-Sistema Ċentrali skont l- Artikolu 20(3) malli l-Istat Membru ta’ oriġini jsir jaf b’waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin qabel l-iskadenza tal-perjodu ta’ sena msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:
|
(a) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun ingħatalu permess għal residenza; |
|
(b) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun telaq mit-territorju tal-Istati Membri; |
|
(ċ) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jkun akkwista ċ-ċittadinanza ta’ kwalunkwe Stati Membru. |
3. Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija permanenti ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 2(a) jew (b) minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkun ittrażmetta li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 10.
4. Is-Sistema Ċentrali għandha tinforma lill-Istati Membri ta’ oriġini kollha bit- tneħħija permanenti ta’ data għar-raġuni msemmija fil-paragrafu 2(c) minn Stat Membru ta’ oriġini ieħor li jkun kellu riżultat ta’ suċċess fil-każ ta’ data li jkunu ttrażmettew li tkun relatata ma’ persuni msemmija fl-Artikolu 6 jew ║10.
KAPITOLU IV
ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI MINGĦAJR STAT LI JINSTABU ILLEGALMENT FI STAT MEMBRU
Artikolu 13
Tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’
1. Sabiex ikun ikkontrollat jekk ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li jinstab illegalment fit-territorju tiegħu jkunx issottometta applikazzjoni għal fi Stat Membru ieħor, kull Stat Membru jista’ jittrażmetti Ċentrali kull data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x’taqsam ma’ marki tas-swaba’ li l-Istat Membru seta’ kien ħa ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħal dak li jkollu mill-inqas 14-il sena flimkien man-numru ta’ referenza użat minn dak l-Istat Membru.
Bħala regola ġenerali hemm bażi sabiex isiru kontrolli ta’ jekk il- iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ikunx issottometta applikazzjoni għal fi Stat Membru ieħor fejn:
|
(a) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jiddikjara li hu/hi kien issottometa applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali iżda mingħajr ma jkun indika l-Istat Membru li fih hu/hi kien issottometta l-applikazzjoni; |
|
(b) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat ma jitlobx iżda ma jaċċettax li jkun mibgħut lura lejn il-pajjiż tiegħu/tagħha ta’ oriġini billi jgħid li hu/hi jkun fil-periklu; jew |
|
(ċ) |
iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat jfittex b’mod ieħor li ma jħallix li jittneħħa/titneħħa billi jirrifjuta li jikkopera f’li tkun stabbilita l-identità tiegħu/tagħha, b’mod partikolari billi ma jurix karti tal-identità jew juri karti tal-identità foloz. |
2. Fejn Stati Membri jipparteċipaw fil-proċedura msemmija fil-paragrafu 1, għandhom jittrażmettu lis-Sistema Ċentrali d-data dwar marki tas-swaba’ li jkollha x’taqsam mas-swaba’ kollha jew tal-inqas tas-swaba’ werrejja, u, jekk dawk ikunu nieqsin, il-marki tas-swaba’ l-oħra kollha, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat kif imsemmi fil-paragrafu 1.
3. Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat kif imfisser fil-paragrafu 1 għandha tiġi trażmessa lis-Sistema Ċentrali għall-għan waħdieni ta’ tqabbil data dwar marki tas-swaba’ ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra u diġà rreġistrata fis-Sistema Ċentrali.
Id-data dwar il-marki tas-swaba’ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat bħal dak ma għandhiex tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali , u lanqas ma għandha tkun mqabbla ma’ data trażmessa lis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 10(2).
4. F’dak li għandu x’jaqsam mat-tqabbil ta’ data dwar marki tas-swaba’ trażmessa taħt dan l-Artikolu mad-data dwar marki tas-swaba’ ta’ applikanti għal protezzjoni internazzjonali trażmessa minn Stati Membri oħra li ġiet diġà miżmuma fis-Sistema Ċentrali, għandhom jgħoddu l-proċeduri preskritti fl-Artikolu 6(4) u (6).
KAPITOLU V
PERSUNI MOGĦTIJA PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI
Artikolu 14
L-immarkar tad-data
1. L-Istat Membru tal-oriġini li jkun ikkonċeda protezzjoni internazzjonali lil applikant għal protezzjoni internazzjonali li d-data dwaru kienet qabel irreġistrata fis-Sistema Ċentrali skont l- Artikolu 7 għandu jimmarka d-data relevanti konformement mar-rekwiżiti għall-komunikazzjoni elettronika mas-Sistema Ċentrali stabbiliti mill-Awtorità tal-Ġestjoni. Din il-marka għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 8 għall-għan ta’ trażmissjoni taħt l-Artikolu 6(6).
2. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jneħħi l-marka fuq data li tirrigwarda ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna mingħajr stat li l-informazzjoni dwarha kienet qabel ġiet immarkata skont il-paragrafu 1 jekk l-istatus ta’ din il-persuna jkun ġie rrevokat jew mitmum jew jekk it-tiġdid tal-istatus tagħha jinċaħad skont l-Artikolu 14 jew 19 tad-Direttiva ║ 2004/83/KE , jew jekk din il-persuna ma tibqax refuġjata jew eleġibbli għal protezzjoni sussidjarja skont l-Artikoli 11 u 16 rispettivament ta’ dik id-Direttiva .
KAPITOLU VI
UŻU TA’ DATA, PROTEZZJONI TA’ DATA U RESPONSABILITÀ DWAR DATA
Artikolu 15
Responsibilità għall-użu ta’ data
1. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkun responsabbli biex jiżgura li:
|
(a) |
il-marki ta’ swaba’ jittieħdu b’mod legali; |
|
(b) |
id-data dwar il-marki tas-swaba’ u d-data oħra msemmija fl-Artikolu 7 ║, fl-Artikolu 10(2) u fl-Artikolu 13(2) tkun trażmessa b’mod legali lis-Sistema Ċentrali; |
|
(ċ) |
id-data tkun preċiża u aġġornata meta tkun trażmessa lis-Sistema Ċentrali; |
|
(d) |
mingħajr preġudizzju għar-responsabilitajiet tal-Kummissjoni, id-data fis-Sistema Ċentrali irreġistrata, miżmuma, korretta u mneħħija b’mod legali; |
|
(e) |
ir-riżultati ta’ tqabbil ta’ idata dwar marki tas-swaba’ trażmessi mis-Sistema Ċentrali jintużaw b’mod legali. |
2. B’mod konformi mal-Artikolu, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data msemmija fil-paragrafu 1 qabel u matul it-trażmissjoni lis-Sistema Ċentrali kif ukoll is-sigurtà tad-data li jirċievi mis-Sistema Ċentrali.
3. L-Istat Membru ta’ oriġini jkun responsabbli għall-identifikazzjoni finali tad-data skont l-Artikolu 17(4).
4. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li s-Sistema Ċentrali topera skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha:
|
(a) |
tadotta miżuri li jiżguraw li persuni li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali jużaw id-data hemm rreġistrata biss b’mod konformi mal-għan tal-Eurodac kif stabbilit fl-Artikolu 1(1); |
|
(b) |
jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw is-sigurtà tas-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 19; |
|
(c) |
jiżguraw li persuni awtorizzati li jaħdmu mas-Sistema Ċentrali biss ikollhom aċċess, mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bil-miżuri li tieħu konformement mal-ewwel subparagrafu.
Artikolu 16
Trażmissjoni
1. Il-marki tas-swaba’ għandhom ikunu proċessati diġitalment u trażmessi fil-format tad-data msemmi fl-Anness I. Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi għat-trażmissjoni tal-format tad-data mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa. L- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li d-data tal-marki tas-swaba’ trażmessi mill-Istati Membri jistgħu jitqabblu mis-sistema kompjuterizzata tar-rikonoxximent tal-marki tas-swaba’.
2. L-Istati Membri għandhom jittrażmettu elettronikament id-data msemmija fl-Artikolu 7, l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 13(2). d-data msemmija fl-Artikolu 7 u fl-Artikolu 10(2) għandha tiġi awtomatikament irreġistrata fis-Sistema Ċentrali. Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi biex tiżgura li d-data tkun tista’ tinbagħat elettronikament minn Stati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa.
3. In-numru ta’ riferenza msemmi fl-Artikolu 7(d) , l-Artikolu 10(2)(d) u l-Artikolu 13(1) għandu jagħmel possibbli li d-data tkun relatata mingħajr ambigwità ma’ persuna waħda partikolari u mal-Istat Membru li ttrażmetta d-data. Minbarra dan, għandu jagħmilha possibbli li jkun magħruf jekk din id-data għandhiex x’taqsam persuna msemmija fl-Artikolu 6, ║ 10 jew ║ 13.
4. In-numru ta’ referenza għandu jibda b’ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni li bih, skont in-norma msemmija fl-Anness I, huwa identifikat l-Istat Membru li jittrażmetti d-data. L-ittra jew ittri ta’ identifikazzjoni għandhom ikunu segwiti bl-identifikazzjoni tal-kategorija tal-persuna. “1” jirriferi għal data rigward il-persuni msemmija fl-Artikolu 6 , “2” għall-persuni msemmija fl-Artikolu 10 u “3” għall-persuni msmemija fl-Artikolu 13.
5. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi meħtieġa għall-Istati Membri biex tkun żgurata l-irċevuta ta’ data bla ambigwità mis-Sistema Ċentrali.
6. Is-Sistema Ċentrali għandha tikkonferma l-irċevuta ta’ data trażmessa kemm jista’ jkun malajr. Għal dan l-iskop l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-ħtiġiet tekniċi meħtieġa biex tiżgura li l-Istati Membri jirċievu konferma tal-irċevuta jekk mitluba.
Artikolu 17
Tqabbil u t-trażmissjoni tar-riżultati
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trażmissjoni ta’ data tal-marki tas-swaba’ tkun ta’ kwalità xierqa għall-iskopijiet ta’ tqabbil permezz ta’ sistema kompjuterizzata ta’ rikonoxximent tal-marki tas-swaba’. Safejn huwa meħtieġ biex ikun żgurat li r-riżultati tat-tqabbil mis-Sistema Ċentrali jilħqu livell għoli ħafna ta’ preċiżjoni, l- Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiddefinixxi l-kwalità xierqa ta’ data tal-marki tas-swaba’ trażmessi. Is-Sistema Ċentrali għandha, kemm jista’ jkun malajr, tivverifika l-kwalità tad-data tal-marki tas-swaba’ trażmessi. Jekk id-data tal-marki tas-swaba’ ma tistax itqabbel bl-użu ta’ sistema kompjuterizzata ta’ rikonoxximent tal-marki tas-swaba’, is-Sistema Ċentrali għandha titlob l-Istat Membru li jitrażmetti d-data tal-marki tas-swaba’ ta’ kwalità xierqa.
2. Is-Sistema Ċentrali għandha tagħmel it-tqabbil fl-ordni ta’ kif jaslu t-talbiet. Kull talba trid tinħadem f’24 siegħa. ▐ Stat Membru jista’ għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-liġi nazzjonali jeħtieġ tqabbil partikolarment urġenti biex isir f’siegħa. Meta dawn -iskadenzi ma jistgħux ikunu rispettati minħabba ċirkostanzi li huma ’il barra mir-responsabbilità tal- Awtorità tal-Ġestjoni , is-Sistema Ċentrali għandha tipproċessa t-talba bħala kwistjoni ta’ prijorità hekk kif dawk iċ-ċirkostanzi ma jibqgħu aktar fis-seħħ. F’dawn il-każijiet, safejn huma meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi kriterji biex ikun żgurat li t-talbiet jiġu tratti skont il-prijorità.
3. Safejn huwa meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri operattivi għall-ipproċessar tad-data riċevuta u għat-trażmissjoni tar-riżultat tat-tqabbil.
4. Ir-riżultati tat-tqabbil għandhom jiġu minnufih ikkontrollati fl-Istat Membru ta’ oriġini. Għandha ssir identifikazzjoni finali mill-Istat Membru ta’ oriġini b’koperazzjoni mal-Istati Membri interessati, skont l-Artikolu 33 tar-Regolament ta’ Dublin.
Informazzjoni li tiġi riċevuta mis-Sistema Ċentrali li jkollha x’taqsam ma’ data oħra li tinstab li tkun mhux ta’ min jorbot fuqha għandha titneħħa ▐ malli jkun stabbilit li d-data ma tkunx ta’ min jorbot fuqha.
5. Meta l-aħħar identifikazzjoni skont il-paragrafu 4 tiżvela li r-riżultat tat-tqabbil rċevut mis-Sistema Ċentrali mhuwiex eżatt, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw dan il-fatt lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lis-Superviżur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta .
▐
Artikolu 18
Komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u s-Sistema Ċentrali
Data trażmessa mill-Istati Membri lis-Sistema Ċentrali u viċi versa għandha tuża l-Infrastruttura tat-Telekomunikazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Awtorità tal-Ġestjoni . Safejn huma meħtieġ għall-operazzjoni effiċjenti tas-Sistema Ċentrali, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistabbilixxi l-proċeduri tekniċi għall-użu ta’ tal-Infrastruttura tal-Komunikazzjoni.
Artikolu 19
Sigurtà tad-data
1. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jiżgura s-sigurtà tad-data qabel u matul it-trażmissjoni lejn is-Sistema Ċentrali. Kull Stat Membru għandu jiżgura s-sigurtà tad-data li jirċievi mis-Sistema Ċentrali.
2. Kull Stat Membru għandu, fir-rigward tas-sistema nazzjonali tiegħu, jadotta l-miżuri meħtieġa, inkluż pjan tas-sigurtà, sabiex:
|
(a) |
iħares fiżikament id-data, inkluż billi jagħmel pjanijiet ta’ kontinġenza għall-ħarsien ta’ infrastruttura kritika; |
|
(b) |
jiċħad l-aċċess ta’ persuni mhux awtorizzati għal istallazzjonijiet nazzjonali li fihom l-Istat Membru jwettaq ħidmiet skont l-għan tal-Eurodac (kontrolli fil-bieb tal-istallazzjoni); |
|
(ċ) |
iwaqqaf il-qari, l-ikkuppjar, il-modifika jew it-tneħħija mhux awtorizzata ta’ medja tad-data (kontroll tal-medja tad-data); |
|
(d) |
iwaqqaf l-inserzjoni mhux awtorizzata ta’ data u l-ispezzjoni, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali maħżuna (kontroll tal-ħżin); |
|
(e) |
iwaqqaf ir-reġistrazzjoni mhux awtorizzata ta’ informazzjoni fil-Eurodac u kull modifika jew tħassir mhux awtorizzat ta’ data pproċessata fil-Eurodac (kontroll ta’ dħul ta’ data); |
|
(f) |
jiżgura li l-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess għall- Eurodac ikollhom biss aċċess għad-data koperta mill-awtorizzazzjoni tal-aċċess tagħhom, permezz ta’ identitajiet għall-utenti individwali u uniċi u mezzi ta’ aċċess kunfidenzjali biss (kontroll tal-aċċess għad-data); |
|
(g) |
jiżgura li l-awtoritajiet kollha bi dritt ta’ aċċess għall-Eurodac joħolqu profili li jiddeskrivu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-persuni awtorizzati li jkollhom aċċess, li jdaħħlu, jaġġornaw, iħassru u jfittxu d-data u li jagħmlu dawn il-profili disponibbli lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni msemmija fl-Artikolu 24 mingħajr dewmien fuq it-talba tagħhom (profili tal-persunal); |
|
(h) |
jiżguraw li jkun possibbli li jsir kontroll u jkun stabbilit lil liema korpi tista’ tkun trażmessa data personali permezz ta’ tagħmir ta’ komunikazzjoni tad-data (kontroll tal-komunikazzjoni); |
|
(i) |
jiżgura li jkun possibbli li jsir kontroll u jkun stabbilit liema data ġiet ipproċessata fil-Eurodac, meta, minn min u għal liema skop (kontroll tar-reġistrazzjoni tad-data); |
|
(j) |
iwaqqaf il-qari, l-ikkupjar, il-modifika jew it-tħassir mhux awtorizzat ta’ data personali matul it-trażmissjoni ta’ tali data lill-Eurodac jew minnha jew matul mit-trasport ta’ medja tad-data, b’mod partikolari permezz ta’ tekniċi kriptografiċi xierqa (kontroll ta’ trasport); |
|
(k) |
jissorvelja l-effettività tal-miżuri ta’ sigurtà msemmija f’dan il-paragrafu u jieħu l-miżuri organizzattivi meħtieġa relatati mal-monitoraġġ intern sabiex jiżgura li dan ir-Regolament jitħares (awtoverifika). |
3. L-awtoritajiet kollha li jipparteċipaw fis-sistema Eurodac għandhom jipprevjenu l-aċċess għal jew it-trasferiment ta’ dejta rreġistrata fl-Eurodac lill-awtoritajiet ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux awtorizzat, speċjalment lill-istat ta’ oriġini ta’ persuni koperti minn dan ir-Regolament.
4. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tikseb l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafu 2 rigward l-operazzjoni tal-Eurodac, inkluża l-adozzjoni ta’ pjan ta’ sigurtà.
5. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tistipula sett komuni ta’ rekwiżiti li għandhom jiġu ssodisfati minn persuni sabiex tingħatalhom l-awtorizzazzjoni għall-aċċess għall-Eurodac.
Artikolu 20
Aċċess għal, u korrezzjoni jew tħassir ta’, data rreġistrata fil-Eurodac
1. L-Istat Membru ta’ oriġini għandu jkollu aċċess għal data li hu jkun ittrażmetta u li tkun irreġistrata fis-Sistema Ċentrali skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.
L-ebda Stat Membru ma jista’ jagħmel tfittxija fid-data trażmessa minn Stat Membru ieħor, lanqas ma jista’ jirċievi dik id-data apparti minn data li tirriżulta mit-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 6(6).
2. L-awtoritajiet tal-Istati Membri li, bis-saħħa tal-paragrafu 1, jkollhom aċċess għal data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali għandhom ikunu dawk maħtura minn kull Stat Membru għall-iskop tal-Artikolu 1(1). Din il-ħatra għandha tispeċifika l-unità eżatta responsabbli biex twettaq il-kompiti relatati mal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Kull Stat Membru għandu jikkomunika lista ta’ dawk l-awtoritajiet u kull emenda li tkun saritilha lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni mingħajr dewmien , fil-każ ta’ emendi mhux iżjed tard minn 30 ġurnata wara li tkun ġiet emendata l-lista . L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tippubblika lista konsolidata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Meta jkun hemm emendi għal din il-lista, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tippubblika lista konsolidata aġġornata kull sena.
3. L-Istat Membru ta’ oriġini biss ikollu d-dritt li jemenda d-data li jkun ittrażmetta lill-Unità Ċentrali billi jikkoreġi jew iżid ma’ dik d-data, jew iħassarha kollha, mingħajr preġudizzju għat-tħassir mwettaq bis-saħħa tal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 12(1).
4. Jekk Stat Membru jew l-Awtorità tal-Ġestjoni jkollhom evidenza li tissuġġerixxi li data rreġistrata tkun fil-fatt mhux eżatta, għandhom javżaw lill-Istat Membru ta’ oriġini kemm jista’ jkun malajr.
Jekk Stat Membru jkollu evidenza li tissuġġerixxi li tkun ġiet irreġistrata data fis-Sistema Ċentrali kontrarjament għal dan ir-Regolament, għandu javża lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru ta’ oriġini kemm jista’ jkun malajr. Dan tal-aħħar għandu jikkontrolla d-data kkonċernata u, jekk ikun hemm bżonn, jikkorreġiha jew iħassarha mingħajr telf ta’ żmien.
5. L-Awtorità tal-Ġestjoni ma għandhiex tittrasferixxi jew tagħmel disponibbli lill-awtoritajiet ta’ xi pajjiż terz data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali , sakemm ma tkunx speċifikament awtorizzata li tagħmel hekk fil-qafas ta’ ftehim komunitarju dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali.
Artikolu 21
Żamma ta’ reġistrazzjonijiet
1. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha żżomm reġistrazzjoni ta’ kull ħidma ta’ pproċessar ta’ informazzjoni fis-Sistema Ċentrali. Dawn ir-reġistrazzjonijiet għandhom juru l-għan tal-aċċess, id-data u l-ħin, id-data trażmessa, id-data użata għal interrogazzjoni u l-isem ta’ kemm l-unità li ddaħħal jew li taqra l-informazzjoni u l-persuni responsabbli.
2. Dawn ir-reġistrazzjonijiet jistgħu jintużaw biss għall-kontroll dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni fuq l-ammissibilità tal-ipproċessar ta’ data kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data konformement mal-Artikolu 19. Ir-reġistrazzjonijiet għandhom ikunu protetti b’miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u għandhom jiġu mħassra wara perjodu ta’ sena wara li jkun skada l-perjodu tal-ħżin msemmi fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 12(1), jekk ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta’ kontroll li jkunu diġà bdew.
3. Kull Stat Membru għandu jieħu l-miżuri meħtieġa sabiex jikseb l-għanijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 rigward is-sistema nazzjonali tiegħu. Barra minn dan, kull Stat Membru għandu jżomm rekords dwar il-persunal debitament awtorizzat li jkollu aċċess għad-data jew li jeħodha.
Artikolu 22
Responsabbiltà
1. Kull persuna li, jew Stat Membru li, tkun sofriet ħsara minħabba ħidma ta’ proċessar kontra l-liġi jew minħabba kull att inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament tkun intitolata li tirċievi kumpens mill-Istat Membru responsabbli għall-ħsara li tkun sofriet. Dak l-Istat Membru għandu jkun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu, kollha kemm hi jew parti minnha, jekk jagħti prova li ma jkunx responsabbli għall-ġrajja li biha tkun seħħet il-ħsara.
2. Jekk in-nuqqas ta’ Stat Membru milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża ħsara lis-Sistema Ċentrali , dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal dik il-ħsara, sakemm u safejn l-Awtorità tal-Ġestjoni jew Stat Membru ieħor jkunu naqsu li jieħdu passi raġonevoli sabiex ma jħallux li ssir il-ħsara jew sabiex jitnaqqas l-impatt.
3. It-talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għall-ħsara msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu rregolati mid-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru konvenut.
Artikolu 23
Drittijiet tas-soġġett tad-data
1. Persuna koperta b’dan il-Regolament għandha tkun infurmata mill-Istat Membru ta’ oriġini bil-miktub, u fejn xieraq, oralment, fi lsien li hi tifhem jew li jkun jista’ jiġi preżunt raġonevolment tifhem dwar dan li ġej:
|
(a) |
l-identità tal-kontrollur u tar-rappreżentant tiegħu, jekk ikun hemm; |
|
(b) |
l-għan li għalih id-data li jkollha x’taqsam miegħu jew magħha ser tkun ipproċessata fil-Eurodac inkluża deskrizzjoni tal-għanijiet tar-Regolament ta’ Dublin, skont l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament; |
|
(ċ) |
dawk li ser jirċievu id-data; |
|
(d) |
għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 6 jew ║ 10, l-obbligu li jittieħdulha l-marki ta’ swaba’; |
|
(e) |
▐ id-dritt ta’ aċċess għal data relatata miegħu jew magħha u d-dritt li jirrikjedu li d-data mhux eżatta li tirrigwarda lilu jew lilha tiġi korretta jew li data tirrigwarda lilu jew lilha ipproċessata illegalment titneħħa, inkluż id-dettalji ta’ kuntatt tal-kontrollur u tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ Superviżjoni msemmija fl- Artikolu 24 , li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta’ data personali. |
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 6 jew ║ 10, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun provduta meta jittieħdu l-marki tas-swaba’ tagħha.
Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ persuna koperta bl-Artikolu 13, l-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata mhux aktar tard mill-ħin meta l-data li jkollha x’taqsam mal-persuna tkun trażmessa lis-Sistema Ċentrali. Dan l-obbligu ma japplikax fejn l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jkun impossibbli jew ikun jinvolvi sforz sproporzjonat.
Fil-każ li l-persuna koperta b’dan ir-Regolament tkun minorenni, l-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni b’mod adattat għall-età.
2. F’kull Stat Membru kull tad-data jista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, jeżerċita d-drittijiet previsti fl-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE.
Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jagħti informazzjoni oħra skont il-punt (a) tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 95/46/KE, is-suġġett tad-data jkollu d-dritt li jikseb komunikazzjoni tad-data li jkollha x’taqsam miegħu/magħha reġistrata fis-Sistema u tal-Istat Membru li ttrażmettiehom lis-Sistema Ċentrali. Dak l-aċċess għal data jista’ jingħata biss minn Stat Membru.
3. F’kull wieħed mill-Istati Membri, kull persuna tista’ titlob li data li tkun fil-fatt mhux korretta tiġi kkoreġġuta jew li dik d-data li tkun ġiet rreġistrata kontra l-liġi tkun imħassra. Il-korrezzjoni u t-tħassir għandhom jitwettqu mingħajr dewmien eċċessiv mill-Istat Membru li ttrażmetta d-data, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tiegħu.
4. Jekk id-drittijiet ta’ korrezzjoni u tħassir jiġu eżerċitati fi Stat Membru, li ma jkunx dak li, jew ma jkunux dawk li, ttrażmettew d-data, l-awtoritajiet ta’ dak l-Istat Membru għandhom jikkomunikaw mal-awtoritajiet tal-Istat Membru, jew Stati Membri, inkwistjoni sabiex dan tal-aħħar jkun jista’ jikkontrolla l-korrettezza tad-data u l-legalità tat-trażmissjoni u r-reġistrazzjoni tagħha fis-Sistema Ċentrali.
5. Jekk jinstab li data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali tkun fil-fatt inkorretta jew tkun ġiet irreġistrata kontra l-liġi, l-Istat Membru li ttrażmettieha għandu jikkoreġi jew iħassar l-informazzjoni skont l-Artikolu 20(3). Dak l-Istat Membru għandu jikkonferma bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv li hu jkun ħa l-passi sabiex jikkoreġi jew iħassar d-data dwaru/dwarha.
6. Jekk l-Istat Membru li ttrażmetta d-data ma jaqbilx li informazzjoni rreġistrata fis-Sistema Ċentrali hi fil-fatt mhux korretta jew li ġiet irreġistrata kontra l-liġi, għandu jispjega bil-miktub lis-suġġett tad-data mingħajr dewmien eċċessiv il-għala mhuwiex lest li jikkoreġi jew iħassar d-data.
Dak l-Istat Membru għandu jgħaddi wkoll lis-suġġett tad-data l-informazzjoni li tispjega l-passi li hu/hi jista’ jieħu jekk hu/hi ma jaċċettax l-ispjegazzjoni mogħtija. Din għandha tinkludi informazzjoni dwar kif tinġieb azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru u kull għajnuna finanzjarja jew għajnuna oħra li tkun disponibbli skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru.
7. Kull talba taħt il-paragrafi 2 u 3 għandu jkun fiha d-dettalji kollha neċessarji sabiex ikun identifikat is-suġġett tad-data, inklużi l-marki tas-swaba’. Din id-data għandha tkun użata esklużivament sabiex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 u għandha tkun meqruda immedjatament wara.
8. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikoperaw b’mod attiv sabiex jenforzaw fil-pront id-drittijiet preskritti fil-paragrafi 3, 4 u 5.
9. Kull meta persuna titlob għal data relatata magħha skont il- paragrafu 2 , l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra li din it-talba saret fil-forma ta’ dokument miktub u għandha, mingħajr dewmien u fuq it-talba tagħhom, tpoġġi dad-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ superviżjoni msemmija fl- Artikolu 24 .
10. F’kull Stat Membru, l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali għandha tgħin lis-suġġett tad-data skont l-Artikolu 28(4) tad-Direttiva 95/46/KE fl-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu/tagħha.
11. L-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li ttrażmettiet l-informazzjoni u l-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li fiha s-suġġett tad-data jkun preżenti għandhom jassistu u, fejn mitlub, jagħtuh/jagħtuha parir dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu/tagħha sabiex tkun ikkoreġuta jew titħassar l-informazzjoni. Iż-żewġ awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali għandhom jikkoperaw għal dan il-għan. Talbiet għal dik l-għajnuna jistgħu jkunu magħmula lill-awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali tal-Istat Membru li fih is-suġġett tal-informazzjoni jkun preżenti, li għandha tittrażmetti t-talbiet lill-awtorità tal-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni.
12. F’kull Stat Membru kull persuna tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri ta’ dak l-Istat Membru, tibda azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru jekk hi/hu ma jkunx ingħatalu d-dritt ta’ aċċess preskritt fil-paragrafu 2.
13. Kull persuna tista’, skont il-liġijiet, ir-regolamenti u l-proċeduri tal-Istat Membru li ttrażmetta l-informazzjoni, tibda’ azzjoni jew, jekk ikun xieraq, ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew qrati ta’ dak l-Istat Membru dwar l-informazzjoni li jkollha x’taqsam magħha rreġistrata fis-Sistema Ċentrali, sabiex teżerċita d-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 3. L-obbligu tal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali sabiex jgħinu u, fejn mitlub, jagħtu parir lis-suġġett tad-data, skont il-paragrafu 11, jibqa’ jeżisti matul il-proċedimenti.
Artikolu 24
Sorveljanza mill- Awtorità ta’ Sorveljanza Nazzjonali
1. Kull Stat Membru għandu jara li l-awtorità jew awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali maħtura bis-saħħa tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 95/46/KE tikkontrolla indipendentement, skont il-liġi nazzjonali rispettiva tagħha, il-legalità tal-ipproċessar, skont dan ir-Regolament, ta’ data personali mill-Istat Membru inkwistjoni, inkluża t-trażmissjoni tagħha lis-Sistema Ċentrali.
2. Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità jew awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali tiegħu jkollha aċċess għal parir minn persuni b’tagħrif suffiċjenti dwar informazzjoni fuq marki ta’ swaba’.
Artikolu 25
Sorveljanza mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jivverifika jekk l-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-Awtorità tal-Ġestjoni jitwettqux skont dan ir-Regolament. Id-dmirijiet u s-setgħat imsemmija fl-Artikoli 46 u 47 ttar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom għaldaqstant japplikaw. Is-Superviżur Ewropew tal-Protezzjoni tad-Dejta jista’ jitlob kwalunkwe informazzjoni mill-Awtorità ta’ Ġestjoni li huwa jqis bħala neċessarja biex iwettaq il-funzjonijiet li huwa inkarigat minnhom taħt dak ir-Regolament.
2. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li titwettaq verifika tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data personali tal-Awtorità tal-Ġestjoni kull erba’ snin skont l-istandards tal-verifika internazzjonali. Għandu jintbagħat rapport dwar din il-verifika lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità tal-Ġestjoni ║ u lill-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tingħata opportunità tikkumenta qabel jiġi adottat ir-rapport.
Artikolu 26
Koperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta’ Sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
1. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, għandhom jikkoperaw attivament fil-qafas tar-responsabbiltajiet tagħhom u jiżguraw sorveljanza koordinata tal-Eurodac.
2. Huma għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fl-ambitu tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ verifiki u ispezzjonijiet, jeżaminaw id-diffikultajiet ta’ interpretazzjoni jew applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw problemi li jirrigwardaw it-twettiq ta’ sorvaljanza indipendenti jew l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tal-informazzjoni, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet dwar il-protezzjoni tad-data, hekk kif ikun meħtieġ.
3. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu għal dak il-għan mill-inqas darbtejn fis-sena. L-ispejjeż u l-servizzi ta’ appoġġ ta’ dawn il-laqgħat għandhom jitħallsu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data Għandhom jiġu adottati r-regoli ta’ proċedura fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta’ ħidma ulterjuri hekk kif ikun meħtieġ. Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt dwar l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Awtorità tal-Ġestjoni.
KAPITOLU VII
DISPOSIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 27
Spejjeż
1. L-ispejjeż inkorsi b’konnessjoni mat-twaqqif u t-tħaddim mis-Sistema Ċentrali u mill-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni għandhom jitħallsu mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
2. L-ispejjeż inkorsi minn unitajiet nazzjonali u l-ispejjeż għall-konnessjoni tagħhom mas-Sistema Ċentrali għandhom jitħallsu minn kull wieħed mill-Istati Membri.
Artikolu 28
Rapport annwali, montroll u valutazzjoni
1. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tissottometti rapport annwali dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ċentrali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport annwali għandu jinkludi informazzjoni dwar il-ġestjoni u l-prestazzjoni tal-Eurodac skont indikaturi definiti minn qabel għall-għanijiet imsemmijin fil-paragrafu 2.
2. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tiżgura li jkun hemm f’posthom proċeduri sabiex jikkontrollaw il-funzjonament tas-Sistema Ċentrali skont l-għanijiet, relatati mal- output, effettività fl-infiq u kwalità ta’ servizz.
3. Għall-għanijiet tal-manutenzjoni teknika, ir-rappurtar u l-istatistika, l-Awtorità tal-Ġestjoni għandu jkollha aċċess għall-informazzjoni meħtieġa relatata mal-operazzjonijiet tal-ipproċessar magħmula fis-Sistema Ċentrali.
4. Kull sentejn l-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tas-Sistema Ċentrali inkluża s-sigurtà tal-istess sistema.
5. Tliet snin wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament kif previst fl-Artikolu 33(2) u kull erba’ snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni totali tal-Eurodac, billi teżamina r-riżultati miksuba meta mqabbla ma’ għanijiet u tagħmel stima dwar il-validità kontinwata tar-raġunijiet bażiċi li għalihom ġie mwaqqaf, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tas-Sistema Ċentrali, is-sigurtà tas-Sistema Ċentrali, u kull implikazzjoni għal ħidmiet fil-futur. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.
6. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità tal-Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex ifasslu r-rapporti msemmija fil-paragrafi 4 u 5.
7. L-Awtorità tal-Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tħejji l-valutazzjonijiet totali msemmija fil-paragrafu 5.
Artikolu 29
Penali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull użu ta’ data rreġistrata fis-Sistema Ċentrali li ma jaqbilx mal-għan tal-Eurodac kif stabbilit fl-Artikolu 1(1) huwa punibbli b’penalitajiet, inklużi penalitajiet amministrattivi u/jew kriminali skont id-dritt nazzjonali, li jkunu effettivi proporzjonati u diżważivi.
Artikolu 30
Skop territorjali
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament ma għandhomx japplikaw għal xi territorju li r-Regolament ta’ Dublin ma japplikax għalih.
Artikolu 31
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Data mblukkata fis-Sistema Ċentrali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000 għandha tiġi żblukkata u mmarkata skont l-Artikolu 14(1) ta’ dan ir-Regolament fid-data li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 33(2).
Artikolu 32
Tħassir
Ir-Regolamenti (KE) Nru 2725/2000 u ║ (KE) Nru 407/2002 ║ qed jiġu mħassra b’effett mid-data li hemm dispożizzjoni għaliha fl-Artikolu 33(2) ta’ dan ir-Regolament.
Referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom għandhom jinqraw bħala referenzi għal dan ir-Regolament u skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 33
Dħul fis-seħħ u applikabilità
1. Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea.
2. Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data li fiha l-Kummissjoni tippubblika fil-Ġurnal Uffiċjali tal- Unjoni Ewropea, meta jkunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
kull Stat Membru jkun innotifika lill-Kummissjoni li jkun għamel l-arranġamenti tekniċi neċessarji sabiex jittrażmetti data lis-Sistema Ċentrali skont dan ir-Regolament; u |
|
(b) |
il-Kummissjoni tkun għamlet l-arranġamenti tekniċi neċessarji sabiex is-Sistema Ċentrali tibda topera skont dan ir-Regolament. |
3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-Kummissjoni malli l-arranġamenti msemmija fil-paragrafu 2(a) jkunu saru, li f’kull każ għandhom isiru mhux aktar tard minn 12-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
4. Waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni msemmi fl-Artikolu 4(4), referenzi għall-Awtorità tal-Ġestjoni f’dan ir-Regolament għandhom jinftehmu bħala referenza għall-Kummissjoni.
║ Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea.
Magħmul fi ║,
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
Għall-Kunsill
Il-President
(1) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Mejju 2009.
(2) ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1.
(4) ĠU L …
(5) ĠU L 304, 30.9.2004, p. 12.
(6) ĠU L 16, 23.1.2004, p. 44.
(7) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(9) ĠU L 12, 17.1.2004, p. 47.
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS I
Format tad-data għall-iskambju tad-data dwar il-marki tas-swaba’
Il-format li ġej huwa stabbilit għall-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba’:
ANSI/NIST-ITL 1a-1997, Ver.3, Ġunju 2001 (INT-1) u kull żvilupp futur ulterjuri ta' dan l-istandard.
Norma għall-ittri ta' identifikazzjoni tal-Istat Membru
Għandha tapplika n-norma ISO li ġejja: ISO 3166 – kodiċi b'żewġ ittri.
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS II
Regolamenti mħassra
(msemmija fl-Artikolu 32)
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 |
|
|
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 407/2002 |
Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju 2009
ANNESS III
Tabella ta' Korrelazzjoni
|
Regolament (KE) Nru 2725/2000 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1(1) |
Artikolu 1(1) |
|
Artikolu 1(2) l-aħħar subparagrafu |
Artikolu 3(1) |
|
Artikolu 1(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 3(4) |
|
Artikolu 1(3) |
Artikolu 1(2) |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 2 |
|
Artikolu 3(1) |
Artikolu 3(1) |
|
║ |
║ |
|
Artikolu 3(2) |
Artikolu 3(3) |
|
Artikolu 3(3) |
Artikolu 5 |
|
Artikolu 3(4) |
— |
|
Artikolu 4(1) |
Artikolu 6(1) |
|
Artikolu 4(2) |
— |
|
Artikolu 4(3) |
Artikolu 6(4) |
|
Artikolu 4(4) |
Artikolu 6(5) |
|
Artikolu 4(5) |
Artikolu 6(6) |
|
Artikolu 4(6) |
Artikolu 17(4) |
|
Artikolu 4(7) |
— |
|
Artikolu 5 |
Artikolu 7 |
|
Artikolu 6 |
Artikolu 8 |
|
Artikolu 7 |
Artikolu 9 |
|
Artikolu 8 |
Artikolu 10 |
|
Artikolu 9 |
Artikolu 11 |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 12 |
|
Artikolu 11(1)-(4) |
Artikolu 13(1)-(4) |
|
Artikolu 11(5) |
— |
|
Artikolu 12 |
Artikolu 14 |
|
Artikolu 13 |
Artikolu 15 |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 19 |
|
Artikolu 15 |
Artikolu 20 |
|
Artikolu 16 |
Artikolu 21 |
|
Artikolu 17 |
Artikolu 22 |
|
Artikolu 18 |
Artikolu 23 |
|
Artikolu 19 |
Artikolu 24 |
|
Artikolu 20 |
Artikolu 25 |
|
Artikolu 21 |
Artikolu 27 |
|
Artikolu 22 |
— |
|
║ |
║ |
|
Artikolu 23 |
— |
|
Artikolu 24 |
Artikolu 28 |
|
Artikolu 25 |
Artikolu 29 |
|
Artikolu 26 |
Artikolu 30 |
|
Artikolu 27 |
Artikolu 33 |
|
— |
Anness II |
|
Regolament (KE) Nru 407/2002 |
Dan ir-Regolament |
|
Artikolu 1 |
— |
|
Artikolu 2 |
Artikolu 16 |
|
Artikolu 3 |
Artikolu 17 |
|
Artikolu 4 |
Artikolu 18 |
|
Artikolu 5(1) |
Artikolu 3(3) |
|
Anness I |
Anness I |
|
Anness II |
— |