5.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 212/310 |
L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Il-firxiet ta' frekwenza għal komunikazzjonijiet mobbli ***I
P6_TA(2009)0363
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli ċellulari diġitali terrestri pubbliċi pan-Ewropej fil-Komunità (COM(2008)0762 – C6-0452/2008 – 2008/0214(COD))
2010/C 212 E/43
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0762),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0452/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0276/2009),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sostanzjali jew li tibdilha b'test ieħor; |
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
P6_TC1-COD(2008)0214
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-6 ta' Mejju 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex temenda d-Direttiva 2009/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 87/372/KEE dwar il-firxiet ta' frekwenza li għandhom jiġu rriżervati għall-introduzzjoni koordinata ta' komunikazzjonijiet mobbli terrestri pubbliċi ċellulari diġitali pan-Ewropej fil-Komunità
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Direttiva 2009/114/KE.)