|
5.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 212/259 |
L-Erbgħa, 6 ta’ Mejju 2009
Abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2009
P6_TA(2009)0356
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Mejju 2009 dwar l-abbozz ta' baġit ta' emenda Nru 5/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III - Kummissjoni (9127/2009 – C6-0157/2009 – 2009/2040(BUD))
2010/C 212 E/39
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-Artikolu 272 tat-Trattat KE u l-Artikolu 177 tat-Trattat Euratom,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanazjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (1), u b'mod partikulari l-Artikoli 37 u 38 tiegħu,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, adottat b'mod definittiv fit-18 ta' Diċembru 2008 (2),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba (3),
wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 5/2009 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 ppreżentat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2009 (COM(2009)0177),
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 5/2009, li l-Kunsill stabbilixxa fis-27 ta' April 2009 (9127/2009 – C6-0157/2009),
wara li kkunsidra l-Artikolu 69 u l-Anness IV tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0282/2009),
|
A. |
billi l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 5 tal-baġit ġenerali tal-2009 jkopri l-ibbaġitjar tal-bilanċ favorevoli li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena 2008, |
|
B. |
billi l-għan tal-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 5/2009 huwa li jdaħħal formalment dawn l-aġġustamenti baġitarji fil-baġit tal-2009, |
|
1. |
Jieħu nota tal-abbozz preliminari tal-baġit ta' emenda Nru 5/2009; |
|
2. |
Japprova l-abbozz tal-baġit ta' emenda Nru 5/2009 mingħajr emendi; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.