8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/519


Il-Ġimgħa, 24 ta' April 2009
Is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali *

P6_TA(2009)0326

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-evażjoni tat-taxxa marbuta mal-importazzjoni u ma' transazzjonijiet oħra transkonfinali (COM(2008)0805 – C6-0039/2009 – 2008/0228(CNS))

2010/C 184 E/86

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0805),

wara li kkunsidra l-Artikolu 93 tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0039/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A6-0189/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skond l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE;

3.

Jistieden lill-Kunsill sabiex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

4.

Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI

EMENDA

Emenda 1

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 5

(5)

Il-VAT għandha titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa mill-persuna li hi responsabbli għall-ħlas. Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ħlas tal-VAT, l-Istati Membri madankollu jistgħu jipprovdu li, f'ċirkustanzi xierqa, persuna oħra tinżamm responsabbli għall-ħlas ta' dik il-VAT b'mod konġunt u separat.

(5)

Il-VAT għandha titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa mill-persuna li hi responsabbli għall-ħlas. Sabiex jiġi ssalvagwardjat il-ħlas tal-VAT, l-Istati Membri madankollu jistgħu jipprovdu li, f'ċirkustanzi xierqa, persuna oħra tinżamm responsabbli għall-ħlas ta' dik il-VAT b'mod konġunt u separat. Meta jagħmlu hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe miżura li tikkumbatti l-frodi tkun proporzjonata u mmirata lejn il-persuni li jkunu kkommettew frodi.

Emenda 2

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Premessa 6

(6)

Sabiex jiġi ggarantit li fornitur tal-merkanzija li jikkontribwixxi għat-telf tal-VAT li jseħħ meta l-merkanzija fornuta li tkun eżentata mill-VAT tiġi akkwistata minn persuna oħra wkoll ikun jista' jinżamm responsabbli, b'mod konġunt u separat, għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija fi Stat Membru fejn il-fornitur ikkonċernat mhuwiex stabbilit (fornitur mhux stabbilit), huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal dik il-possibbiltà.

(6)

Sabiex jiġi ggarantit li fornitur tal-merkanzija li jikkontribwixxi għat-telf tal-VAT li jseħħ meta l-merkanzija fornuta li tkun eżentata mill-VAT tiġi akkwistata minn persuna oħra wkoll ikun jista' jinżamm responsabbli, b'mod konġunt u separat, għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija fi Stat Membru fejn il-fornitur ikkonċernat mhuwiex stabbilit (fornitur mhux stabbilit), huwa xieraq li wieħed jipprovdi għal dik il-possibbiltà. Sa… (1), il-Kummissjoni għandha tevalwa l-funzjonament ta' responsabilità konġunta u separata u, jekk ikun xieraq, tissottometti proposta għall-emenda tiegħu.

Emenda 3

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 1 – punt 2

Direttiva 2006/112/KE

Artikolu 205 – paragrafu 2

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 200 , il-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 138, għandha tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija meta ma tkunx ikkonformat mal-obbligu pprovdut fl-Artikoli 262 u 263 li tissottometti dikjarazzjoni rikapitulattiva li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-provvista jew meta d-dikjarazzjoni rikapitulattiva li tkun ippreżentat ma tkunx tinkludi l-informazzjoni dwar din il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264.

2.   Fis-sitwazzjoni msemmija fl-Artikolu 200 , il-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikoli 138, għandha tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat għall-ħlas tal-VAT dovut fuq l-akkwist intraKomunitarju ta' dik il-merkanzija meta ma tkunx ikkonformat mal-obbligu pprovdut fl-Artikoli 262 u 263 li tissottometti dikjarazzjoni rikapitulattiva li jkun fiha l-informazzjoni dwar il-provvista jew meta d-dikjarazzjoni rikapitulattiva li tkun ippreżentat ma tkunx tinkludi l-informazzjoni dwar din il-provvista kif meħtieġ skont l-Artikolu 264.

 

Qabel ma persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikolu 138 tinżamm responsabbli b'mod konġunt u separat, l-awtoritajiet li dik il-persuna għandha tagħtihom id-dikjarazzjoni rikapitulattiva tagħha skont l-Artikolu 262 għandha tinnotifikaha dwar in-nuqqas ta' konformità u għandha tagħtiha l-opportunità li tiġġustifika tali nuqqas f'perjodu mhux iqsar minn xahrejn.

Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

L-ewwel subparagrafu m'għandux japplika meta:

(a)

meta l-klijent ikun issottometta denunzja tal-VAT kif ipprovdut fl-Artikolu 250 li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar din it-tranżazzjoni għall-perjodu li matulu tista' tintalab it-taxxa fuq it-tranżazzjoni kkonċernata;

(a)

meta l-klijent ikun issottometta denunzja tal-VAT kif ipprovdut fl-Artikolu 250 li jkun fiha l-informazzjoni kollha dwar din it-tranżazzjoni għall-perjodu li matulu tista' tintalab it-taxxa fuq it-tranżazzjoni kkonċernata;

(b)

meta l-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 138 tkun tista' tiġġustifika kif suppost in-nuqqas tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, b'mod li jissodisfa lill-awtoritajiet kompetenti.

(b)

meta l-persuna li tkun qed tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikolu 138 tkun tista' tiġġustifika kif suppost lill-awtoritajiet kompetenti li lilhom trid tintbagħat id-dikjarazzjoni rikapitulattiva skont l-Artikolu 262 in-nuqqas tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu; jew

 

(c)

meta jkunu għaddew iktar minn sentejn bejn il-provvista tal-merkanzija u d-data li fiha l-persuna li tipprovdi l-merkanzija skont l-Artikoli 138 tkun irċeviet notifika msemmija fit-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

Emenda 4

Proposta għal direttiva – att li jemenda

Artikolu 2 a (ġdid)

 

Artikolu 1a

Evalwazzjoni tal-Kummissjoni

Sa … (2), il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fejn tevalwa l-impatt ta' responsabilità konġunta u separata skont l-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112/KE, inkluż l-impatt fuq spejjeż amministrattivi għall-fornituri u fuq dħul minn taxxi akkwistati mill-Istati Membri. Jekk dan ikun xieraq, u sakemm il-Kummissjoni tkun kapaċi tagħti prova li l-bażi tad-dejta tas-Sistema ta' Skambju ta' Informazzjoni dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VIES) u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri jaħdmu kif suppost, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għal emenda tal-Artikolu 205 tad-Direttiva 2006/112/KE.


(1)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

(2)   Ħames snin wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.