8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/260


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
Aċċess għas-suq internazzjonali tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) ***II

P6_TA(2009)0275

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-23 ta' April 2009 dwar il-pożizzjoni komuni tal-Kunsill fir-rigward tal-adozzjoni ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank (tfassil mill-ġdid) (11786/1/2008 – C6-0016/2009 – 2007/0097(COD))

2010/C 184 E/62

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni komuni tal-Kunsill (11786/1/2008 – C6-0016/2009) (1),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2007)0264),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0215/2009),

1.

Japprova l-pożizzjoni komuni kif emendata;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


(1)  ĠU C 62 E tas-17.3.2009, p. 25.

(2)  Testi adottati, 5.6.2008, P6_TA(2008)0249.


Il-Ħamis, 23 ta' April 2009
P6_TC2-COD(2007)0097

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fit-tieni qari fil-23 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (tfassil mill-ġdid)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru …)