8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/212


L-Erbgħa, 22 ta’ April 2009
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 717/2007(telefonija mobbli) u tad-Direttiva 2002/21/KE (komunikazzjonijiet elettroniċi) ***I

P6_TA(2009)0249

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-netwerks ta' komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (COM(2008)0580 – C6-0333/2008 – 2008/0187(COD))

2010/C 184 E/55

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0580),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 95 tat-Trattat KE, skont liema Artikoli il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0333/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, l-opinjoni tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A6-0138/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni sabiex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li titbiegħed mit-test b'mod sostanzjali jew li tibdlu b'test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
P6_TC1-COD(2008)0187

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-22 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 717/2007 dwar roaming fuq networks pubbliċi tat-telefonija mobbli fi ħdan il-Komunità u d-Direttiva 2002/21/KE dwar kwadru regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru 544/2009.)