8.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 184/183


L-Erbgħa, 22 ta' April 2009
L-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) *

P6_TA(2009)0230

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-22 ta' April 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Protokoll dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni Alpina fil-qasam tat-Trasport (Protokoll dwar it-Trasport) (COM(2008)0895 – C6-0073/2009 – 2008/0262(CNS))

2010/C 184 E/44

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2008)0895),

wara li kkunsidra l-Artikolu 71 u l-Artikolu 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0073/2009),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51 u 83(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0219/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri bil-pożizzjoni tal-Parlament.