|
27.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 137/68 |
Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
Trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali *
P6_TA(2009)0211
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali (COM(2008)0426 – C6-0291/2008 – 2008/0140(CNS))
2010/C 137 E/22
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0426),
wara li kkunsidra l-Artikolu 13(1) tat-Trattat KE, skond liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0291/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A6-0149/2009),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; |
|
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinnotifika lill-Parlament jekk għandu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
|
4. |
Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
|
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
|
TEST PROPOST MILL-KUMMISSJONI |
EMENDA |
||||||||||
|
Emenda 1 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 2 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 2 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 2 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 3 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 2 b (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 4 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 2 c (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 5 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 2 d (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 6 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 3 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 7 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 4 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 8 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 4 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 9 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 7 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 11 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 8 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 12 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 9 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 13 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 9 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 14 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 9 b (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 15 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 11 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 16 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 17 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 82 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 b (ġdida |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 19 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 c (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 20 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 d (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 21 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 e (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 22 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 12 f (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 23 u 10 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 13 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 24 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 14 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 83 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 15 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 26 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 15 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 27 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 16 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 28 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 17 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 85 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 18 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 30 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 19 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 31 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 19 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 32 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 21 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 34 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 25 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 35 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 26 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 36 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Premessa 31 a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 37 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 1 |
|||||||||||
|
Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jiġġieled id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, sabiex ikollu effett fl-Istati Membri l-prinċipju ta’ trattament ugwali minbarra fl-oqsma ta’ impjieg u professjoni. |
1. Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas li jiġġieled id-diskriminazzjoni , inkluża d-diskriminazzjoni multipla, għal raġunijiet ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali, sabiex ikollu effett fl-Istati Membri l-prinċipju ta’ trattament ugwali minbarra fl-oqsma ta’ impjieg u professjoni. 2. Ikun hemm diskriminazzjoni multipla meta d-diskriminazzjoni tkun ibbażata:
3. F’din id-Direttiva, diskriminazzjoni multipla u raġunijiet multipli għandhom ikunu interpretati skont dawn. |
||||||||||
|
Emenda 38 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Għall- finijiet tal-paragrafu 1:
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
|
||||||||||
|
Emenda 39 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Fastidju għandu jitqies bħala forma ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, meta kondotta mhix mixtieqa li għandha x'taqsam ma' kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu sseħħ bl-iskop jew effett li tmur kontra d-dinjità ta’ persuna u ta’ ħolqien ta’ ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv. |
3. Mingħajr preġudizzju għal-libertà tal-espressjoni, fastidju għandu jitqies bħala forma ta’ diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1, meta kondotta mhix mixtieqa li għandha x'taqsam ma' kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu sseħħ bl-iskop jew effett li tmur kontra d-dinjità ta’ persuna u ta’ ħolqien ta’ ambjent intimidanti, ostili, degradanti, umiljanti jew offensiv. F'dan il-kuntest, il-kunċett tal-fastidju jista' jiġi definit f'konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali tal-Istati Membri. |
||||||||||
|
Emenda 40 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 |
|||||||||||
|
4. Istruzzjoni li tiddiskrimina kontra persuni minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandhom ikunu ikkunsidrati li jkunu diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1. |
(4) Istruzzjoni jew rikjesta, ibbażata fuq relazzjoni ġerarkika, li tiddiskrimina kontra persuni minħabba kwalunkwe mir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 1 għandha tkun ikkunsidrata li tkun diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1. |
||||||||||
|
Emenda 41 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 4 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
4a. Id-diskriminazzjoni bbażata fuq suppożizzjonijiet dwar ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età u l-orjentazzjoni sesswali ta’ persuna jew minħabba l-assoċjazzjoni tagħha ma’ persuni ta’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali partikulari, għandha titqies bħala diskriminazzjoni skont it-tifsira ta' paragrafu 1. |
||||||||||
|
Emenda 42 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 5 |
|||||||||||
|
5. Ċaħda ta’ akkomodazzjoni raġonevoli f’każ partikolari kif provdut fl-Artikolu 4 (1)(b) ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ persuni b’diżabilitajiet għandhom ikunu kkunsidrati li jkunu diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1. |
5. Ċaħda ta’ akkomodazzjoni raġonevoli f’każ partikolari kif provdut fl-Artikolu 4(1)(b) ta’ din id-Direttiva fir-rigward ta’ persuni b’diżabilitajiet jew persuni li jkunu ma' persuna b'diżabilità fejn l-akkomodazzjoni tkun meħtieġa biex tippermetti li dawn il-persuni jagħtu assistenza personali lil persuna b'diżabilità, għandha tkun ikkunsidrata li tkun diskriminazzjoni fis-sens tal-paragrafu 1. |
||||||||||
|
Emenda 43 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 6 |
|||||||||||
|
6. Minkejja l-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu li differenzi fi trattament għal raġunijiet ta’ età ma għandhomx jikkostitwixxu diskriminazzjoni, jekk, fil-kuntest ta’ liġi nazzjonali, huma ġustifikati minn għan leġittimu, u jekk il-mezzi ta’ ksib ta’ dak l-għan huma xierqa u neċessarji. B’mod partikolari, din id-Direttiva ma għandhiex tipprekludi l-istabbiliment ta’ età speċifika għall-aċċess għal benefiċċji soċjali, għal edukazzjoni u għal ċerti provvisti jew servizzi. |
6. Din id-Direttiva ma tipprekludix id-differenzi fit-trattament għal raġunijiet ta’ età jekk huma ġustifikati b'mod oġġettiv u raġonevoli minn għan leġittimu, u jekk il-mezzi ta’ ksib ta’ dak l-għan huma xierqa, proporzjonati, neċessarji u effettivi . |
||||||||||
|
Emenda 87 u 44 |
|||||||||||
|
Proposta ta' direttiva Artikolu 2 – paragrafu 7 |
|||||||||||
|
7. Minkejja l-paragrafu 2, fl-għoti ta’ servizzi finanzjarji l-Istati Membri jistgħu jippermettu differenzi proporzjonati fi trattament fejn, għall-prodott ikkonċernat, l-użu ta’ età jew diżabilità bħalahuwa fattur ewlieni fl-evalwazzjoni ta’ riskju bbażat fuq dejta preċiża attwarjali jew ta’ statistika. |
7. Minkejja l-paragrafu 2, fl-għoti ta’ servizzi finanzjarji differenzi proporzjonati fi trattament fejn, għall-prodott ikkonċernat, l-użu ta’ età jew diżabilità huwa fattur determinanti fl-evalwazzjoni ta’ riskju bbażat fuq prinċipji attwarji rilevanti, data statistika preċiża jew għarfien mediku dan m’għandhomx jitqiesu li jikkostitwixxu dikriminazzjoni skont din id-Direttiva. Din id-dejta għandha tkun preċiża, reċenti u rilevanti u għandha tkun disponibbli fuq talba, b'mod aċċessibbli. Il-fatturi attwarji u ta' riskju għandhom jirriflettu t-tibdil pożittiv fl-istennija tal-ħajja u t-tixjiħ b'mod attiv, kif ukoll iktar mobilità u aċċessibilità għall-persuni b'diżabilità. Il-fornitur tas-servizz għandu jkun jista' juri b'mod oġġettiv li hemm riskji ogħla b'mod sinifikanti u jiżgura li d-differenza fit-trattament tkun iġġustifikata b'għan leġittimu u b'mod oġġettiv u raġonevoli u li l-mezzi biex jintlaħaq dak l-għan ikunu proporzjonati, meħtieġa u effettivi. |
||||||||||
|
Emenda 45 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 8 |
|||||||||||
|
8. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal miżuri ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali li, f’soċjetà demokratika, huma neċessarji għal sigurtà pubblika, għaż-żamma tal-ordni pubblika u l-prevenzjoni ta’ offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u l-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn. |
8. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għal miżuri ġenerali stabbiliti fil-liġi nazzjonali li, f’soċjetà demokratika, huma neċessarji u proporzjonali għas-sigurtà pubblika, għaż-żamma tal-ordni pubblika u l-prevenzjoni ta’ offiżi kriminali, għall-protezzjoni tas-saħħa u l-protezzjoni tad-drittijiet u libertajiet ta’ oħrajn. |
||||||||||
|
Emenda 46 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 2 – paragrafu 8 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
8a. Din id-Direttiva tirrikonoxxi li d-dritt għall-privatezza huwa mezz għall-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu. |
||||||||||
|
Emenda 47 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 - punt d |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 48 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1– subparagrafu 1 -punt d a (ġdida) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 49 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 |
|||||||||||
|
Subparagrafu (d) għandu japplika għal individwi biss safejn ikunu qed iwettqu attività professjonali jew kummerċjali . |
Subparagrafu (d) ma jikkonċernax tranżazzjonijiet bejn individwi privati li għalihom it-tranżazzjonijiet ma jikkostitwixxux attività kummerċjali jew professjonali. |
||||||||||
|
Emenda 50 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal liġijiet nazzjonali dwar l-istat ċivili jew familjari u drittijiet riproduttivi . |
2. Din id-Direttiva ma tibdilx il-qsim tal-kompetenzi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha . |
||||||||||
|
Emenda 89 u 51 |
|||||||||||
|
Proposta ta' direttiva Artikolu 3 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Din id-Direttiva hija bla ħsara għar-responsabbiltajiet ta’ Stati Membri għall-kontenut ta’ tagħlim, attivitajiet u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi tagħhom , inkluż l-għoti ta’ edukazzjoni ta’ bżonnijiet speċjali. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal differenzi fi trattament għal aċċess f’istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq reliġjon jew twemmin. |
3. Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għall-kontenut ta’ tagħlim, attivitajiet u l-organizzazzjoni tas-sistemi edukattivi nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-Istati Membri għandhom jiżguraw id-drittijiet tal-persuni b'diżabilità għal edukazzjoni bla diskriminazzjoni fuq il-bażi ta' opportunitajiet indaqs . L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li, meta jiġu biex jiddeterminaw liema tip ta' edukazzjoni jew taħriġ ikun xieraq, il-fehmiet tal-persuni b'diżabilità jkunu rrispettati . L-Istati Membri jistgħu jippermettu differenzi fi trattament għal aċċess f’istituzzjonijiet edukattivi bbażati fuq reliġjon jew twemmin, sabiex iżommu l-karattru u l-ispirtu partikolari ta’ istituzzjonijiet simili u l-pluralità tas-sistemi edikattivi, sakemm dan ma jkunx jirrappreżenta ksur tad-dritt għall-edukazzjoni u ma jkunx jikkostitwixxi diskriminazzjoni fuq kwalunkwe bażi oħra. L-Istati Membri għandhom jiggarantixxu li dan ma jwassalx għaċ-ċaħda tad-dritt għall-edukazzjoni. |
||||||||||
|
Emenda 52 u 95 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 4 |
|||||||||||
|
4. Din id-Direttiva hija bla ħsara għal għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tiżgura n-natura sekulari tal-Istat, istituzzjonijiet jew korpi tal-Istat, jew edukazzjoni, jew li tikkonċerna l-istatus u l-attivitajiet ta’ knejjes u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq reliġjon jew twemmin. Hija bl-istess mod bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tippromwovi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. |
4. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal-liġi nazzjonali li tiżgura n-natura sekulari tal-Istat, tal-istituzzjonijiet jew korpi tal-Istat, jew tal-edukazzjoni, jew li tikkonċerna l-istatus, l-attivitajiet u l-qafas legali ta’ knejjes u organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq reliġjon jew twemmin fejn dan ma jkunx fil-kompetenza tal-UE. Fejn l-attivitajiet ta' knejjes jew organizzazzjonijiet oħra bbażati fuq ir-reliġjon u t-twemmin m'humiex fil-kompetenza tal-UE, huma jkunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet kontra d-diskriminazzjoni tal-Unjoni. Hija bl-istess mod bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tiggarantixxi l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa. |
||||||||||
|
Emenda 53 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 3 – paragrafu 5 |
|||||||||||
|
5. Din id-Direttiva ma tkoprix differenzi ta’ trattament ibbażati fuq nazjonalità u hija bla ħsara għal dispożizzjonijiet u kundizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju ta’ Stati Membri, u għal kwalunkwe trattament li jinħoloq mis-sitwazzjoni legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat ikkonċernati. |
5. Din id-Direttiva ma tkoprix differenzi ta’ trattament ibbażati fuq nazzjonalità u hija bla ħsara għal dispożizzjonijiet u kundizzjonijiet li jirrigwardaw id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat fit-territorju ta’ Stati Membri, u għal kwalunkwe trattament li jinħoloq mis-sitwazzjoni legali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni mingħajr stat ikkonċernati. Diskriminazzjoni fuq bażi ta' reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali li tkun ippreżentata bħala differenza fit-trattament ibbażata fuq in-nazzjonalità għandha tkun trattata bħala diskriminazzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 1. |
||||||||||
|
Emenda 91 |
|||||||||||
|
Proposta ta' direttiva Artikolu 3 - paragrafu 5 a (ġdid |
|||||||||||
|
|
5a. Is-setturi tar-riklamar u tal-midja għandhom jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva . |
||||||||||
|
Emenda 55 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 - parti introduttorja |
|||||||||||
|
1. Sabiex ikun garantit twettiq tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ persuni b’diżabilitajiet: |
1. Sabiex ikun garantit twettiq tal-prinċipju ta’ trattament ugwali fir-rigward ta’ persuni b’diżabilitajiet, fejn “diżabilità” trid tinftiehem fid-dawl tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilitajiet u persuni b'mard kroniku: |
||||||||||
|
Emenda 97 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 57 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 98 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4–paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Sabiex jiġi evalwat jekk miżuri neċessarji biex jikkonformaw mal-paragrafu 1 humiex se jimponu piż sproporzjonat, għandhom jitqiesu, b’mod partikolari, id-daqs u r-riżorsi ta’ l-organizzazzjoni, in-natura tagħha, il-prezz estimat, il-ħajja tal-provvisti u servizzi u l-benefiċċji possibbli ta’ aċċess miżjud għal persuni b’diżabilitajiet . Il-piż ma għandux ikun sproporzjonat meta huwa rimedjat biżżejjed minn miżuri eżistenti fil-qafas tal-politika ta’ trattament ugwali ta’ l- Istat Membru kkonċernat. |
2. Il-miżuri biex jinkiseb l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju m'għandhomx jimponu piż sproporzjonat jew jesiġu li ssir alterazzjoni fundamentali. Sabiex jiġi evalwat jekk il-miżuri msemmija jwasslux għal piż sproporzjonat, għandu jitqies jekk il-miżura msemmija tkunx imprattikabbli jew mhux sikura u jekk tistax issir prattikabbli u sikura b'bidla raġonevoli tar-regoli, tal-politiki jew tal-prattiki, jew bit-tneħħija tal-ostakli strutturali, komunikattivi jew tat-trasport jew bl-għoti ta' għajnuniet jew servizzi awżiljarji . Bidla tkun fundamentali jekk tbiddel il-prodotti jew is-servizzi jew in-natura tal-kummerċ, il-professjoni jew in-negozju, sal-punt li l-fornitur tal-prodotti jew servizzi jkun qiegħed effettivament jipprovdi tip differenti għalkollox ta’ prodotti jew servizzi. L-akkomodazzjoni raġonevoli m'għandhiex bilfors teħtieġ tibdil strutturali sinifikanti għall-bini li l-istruttura tiegħu tkun imħarsa b'mod speċifiku bil-liġi nazzjonali minħabba l-valur storiku, kulturali jew arkitettoniku tiegħu. Il-piż m'għandux jitqies sproporzjonat meta huwa rimedjat biżżejjed minn miżuri eżistenti fl- Istat Membru kkonċernat. Il-prinċipji ta’ akkomodazzjoni raġonevoli u ta’ piż sproporzjonat għandhom ikunu interpretati fid-dawl tad-Direttiva 2000/78/KE u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità. |
||||||||||
|
Emenda 60 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 4 – paragrafu 3 |
|||||||||||
|
3. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew regoli nazzjonali li jkopru l-aċċessibilità ta’ provvisti jew servizzi partikolari. |
3. Din id-Direttiva għandha tkun bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja jew regoli nazzjonali li jkopru l-aċċessibilità ta’ provvisti jew servizzi partikolari. Madankollu, kull fejn ikun possibbli, l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE għandhom jieħdu miżuri sabiex iħeġġu lil dawk li jipprovdu prodotti u servizzi, b’mod partikulari prodotti manifatturati, biex ifasslu soluzzjonijiet aċċessibbli, pereżempju permezz ta’ prattiċi ta’ akkwisti pubbliċi. Prodotti u servizzi aċċessibbli huma dawk imfasslin biex ikunu jistgħu jintużaw mill-utenti kollha. |
||||||||||
|
Emenda 61 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 5 |
|||||||||||
|
Sabiex tkun żgurata ugwaljanza totali fil-prattika, il-prinċipju ta’ trattament ugwali ma għandux jostakola kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa żvantaġġi konnessi ma’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. |
Sabiex tkun żgurata ugwaljanza totali fil-prattika, il-prinċipju ta’ trattament ugwali ma għandux jostakola kwalunkwe Stat Membru milli jżomm jew jadotta miżuri speċifiċi jew jippermetti li dawn il-miżuri jkunu mwettqa mis-settur pubbliku, privat jew volontarju sabiex jipprevjeni jew jikkumpensa żvantaġġi konnessi ma’ reliġjon jew twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali. |
||||||||||
|
Emenda 62 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, inkluż meta jikkunsidraw li huma xierqa proċeduri ta’ konċiljazzjoni, għall-infurzar ta’ obbligazzjonijiet skond din id-Direttiva, ikunu disponibbli għall-persuni kollha li jħossuhom li kien hemm nuqqas kontrihom fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, anki wara li r-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret tkun spiċċat. |
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li proċeduri ġudizzjarji u/jew amministrattivi, anke meta jikkunsidraw li huma xierqa proċeduri ta’ konċiljazzjoni, għall-infurzar ta’ obbligazzjonijiet skond din id-Direttiva, ikunu disponibbli fil-prattika għall-persuni kollha li jħossu li kien hemm nuqqas kontrihom fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali, anki wara li r-relazzjoni li fiha d-diskriminazzjoni hija allegata li saret tkun spiċċat. |
||||||||||
|
Emenda 64 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 7 – paragrafu 3 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
3a. L-Istati Membri għandhom jintroduċu fis-sistemi legali nazzjonali tagħhom dawk il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw kumpens jew rimedji effettivi, kif stabbiliti mill-Istati Membri, għat-telf u d-dannu mġarrba minn persuna offiża bħala riżultat ta' diskriminazzjoni fi ħdan it-tifsira ta’ din id-Direttiva, b'mod li jkun dissważiv u proporzjonat għad-danni mġarrba. |
||||||||||
|
Emenda 65 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 8 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola Stati Membri milli jintroduċu regoli ta’ evidenza li huma iktar favorevoli għal rikorrenti. |
2. Il-paragrafu 1 ma għandux jostakola Stati Membri milli jintroduċu regoli li huma iktar favorevoli għall-kwerelanti. |
||||||||||
|
Emenda 66 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 9 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
Artikolu 9a Promozzjoni tal-ugwaljanza L-Istati Membri għandhom jippromwovu b’mod attiv l-ugwaljanza bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali meta jifformulaw u jimplimentaw liġijiet, regolamenti, dispożizzjonijiet amministrattivi, politiki u attivitajiet fl-oqsma li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. |
||||||||||
|
Emenda 86 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 10 |
|||||||||||
|
Stati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skond din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ, jitpoġġew fl-attenzjoni tal-persuni kkonċernati permezz ta’ mezzi approprjati fit-territorju tagħhom. |
Stati Membri għandhom jiżguraw li d-dispożizzjonijiet adottati skont din id-Direttiva, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ, jitpoġġew fl-attenzjoni tal-persuni kkonċernati permezz ta’ mezzi xierqa, fosthom l-Internet, fit-territorju tagħhom. Bil-ħsieb li jiġi promoss il-prinċipju tat-trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom jorganizzaw kampanji u taħriġ ad hoc ta' informazzjoni u sensibilizzazzjoni. |
||||||||||
|
Emenda 68 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 11 |
|||||||||||
|
Sabiex ikun promoss il-prinċipju ta’ trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu ma’ partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, li għandhom, skond il-liġi u l-prattika nazzjonali, interess leġittimu sabiex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra diskriminazzjoni għar-raġunijiet u fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva. |
Sabiex ikun promoss il-prinċipju ta’ trattament ugwali, l-Istati Membri għandhom iħeġġu djalogu ma’ partijiet interessati rilevanti, b’mod partikolari organizzazzjonijiet mhux governattivi, u konsultazzjoni bħal din għandha tinkludi wkoll il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-Direttiva . |
||||||||||
|
Emenda 69 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali tal-persuni kollha irrispettivament mir-reliġjon jew mit-twemmin tagħhom, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali. Dawn il-korpi jistgħu jiffurmaw parti minn aġenziji inkarigati fuq livell nazzjonali bid-difiża ta’ drittijiet tal-bniedem jew is-salvagwardja ta’ drittijiet ta’ individwi, inkluż drittijiet skond atti Komunitarji oħra inklużi d-Direttivi 2000/43/KE u 2004/113/KE. |
1. L-Istati Membri għandhom jaħtru korp jew korpi indipendenti u ffinanzjati b’mod adegwat għall-promozzjoni ta’ trattament ugwali tal-persuni kollha irrispettivament mir-reliġjon jew mit-twemmin tagħhom, diżabilità, età, jew orjentazzjoni sesswali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korp jew korpi għandu jew għandhom kompetenza fl-oqsma koperti minn din id-Direttiva u l-oqsma ta’ impjieg u xogħol skont id-Direttiva 2000/78/KE. Dawn il-korpi jistgħu jiffurmaw parti minn aġenziji inkarigati fuq livell nazzjonali bid-difiża tad-drittijiet skont atti Komunitarji oħra inklużi d-Direttivi 2000/43/KE , 2000/78/KE u 2004/113/KE. |
||||||||||
|
Emenda 70 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż -1 (ġdid) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 71 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż -1a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 72 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż 2 |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 73 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 – inċiż 3 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
|
||||||||||
|
Emenda 74 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 12 – paragrafu 2 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
2a. L-Istati Membri għandhom jagħtu lil dan il-korp jew lil dawn il-korpi riżorsi suffiċjenti biex iwettqu r-rwol tagħhom b’mod effettiv u faċilment aċċessibbli. |
||||||||||
|
Emenda 75 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 13 – punt a |
|||||||||||
|
|
||||||||||
|
Emenda 76 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 14 |
|||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jkunu applikati. Is-sanzjonijiet jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-istabbiliment ta’ limitu preċedenti ta’ fuq, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv. |
L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet applikabbli għall-ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skond din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li jkunu applikati. Is-sanzjonijiet jistgħu jinvolvu l-ħlas ta’ kumpens, li ma jistax ikun ristrett bl-istabbiliment ta’ limitu preċedenti ta’ fuq, u għandu jkun effettiv, proporzjonat u dissważiv u jwasslu għall-waqfien tal-imġiba diskriminatorja u għat-tneħħija tal-effetti tagħha . |
||||||||||
|
Emenda 77 u 59 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 15 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Sabiex ikunu kkunsidrati kundizzjonijiet partikolari, Stati Membri jistgħu, jekk ikun neċessarju, jistabbilixxu li l-obbligazzjoni li jkun provdut aċċess effettiv kif stabbilit fl-Artikolu 4 għandu titwettaq [sa mhux aktar tard minn] … erba’ [snin wara adozzjoni]. L-Istati Membri li jixtiequ jużaw dan il-perjodu addizzjonali għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-ġurnata stabbilita fil-paragrafu 1 u jagħtu r-raġunijiet . |
2. Sabiex jikkonformaw mal-obbligu li jagħtu aċċess effikaċi mhux diskriminatorju għal infrastrutturi, politiki jew proċeduri eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 4(1)(a), l-Istati Membri, jekk ikun meħtieġ, jista' jkollhom perjodu ieħor ta' għaxar snin [mid-data ta' skadenza għat-traspożizzjoni] biex jikkonformaw ma' dak l-obbligu. L-Istati Membri li jixtiequ jużaw il-perjodu addizzjonali għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni bi pjan ta' konformità progressiva mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 4(1)(a), li jkun jinkludi l-għanijiet, il-mezzi u skeda skont iż-żmien Kull Stat Membru li jkun jixtieq juża dan il-perjodu addizzjonali għandu jagħmel rapport kull sentejn lill-Kummissjoni bil-miżuri li jkunu ttieħdu biex jingħata l-aċċess effikaċi mhux diskriminatorju u dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a). Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Kunsill kull sitt xhur. |
||||||||||
|
Emenda 78 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 |
|||||||||||
|
1. L-Istati Membri u l-korpi ta’ ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. L-Istati Membri u l-korpi ta’ ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. jew kull ħames snin wara dan, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-Kummissjoni sabiex tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
1. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. L-Istati Membri u l-korpi ta’ ugwaljanza nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, sa mhux aktar tard minn …. jew kull ħames snin wara dan, l-informazzjoni kollha neċessarja għall-Kummissjoni sabiex tagħmel rapport lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. |
||||||||||
|
Emenda 79 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 1 a (ġdid) |
|||||||||||
|
|
1a. Mhux aktar tard minn … snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, qafas legali Komunitarju komprensiv li jirrigwarda n-nuqqas ta’ diskriminazzjoni għandu jiddaħħal fis-seħħ fil-forma ta’ Direttiva unika li tikkonsolida u għalhekk tissostitwixxi d-Direttivi eżistenti kollha bbażati fuq l-Artikolu 13 tat-Trattat KE, fosthom din id-Direttiva. Id-direttiva l-ġdida għandha tipprevedi livell indaqs ta’ protezzjoni għal kull raġuni ta’ diskriminazzjoni. |
||||||||||
|
Emenda 80 |
|||||||||||
|
Proposta għal direttiva Artikolu 16 – paragrafu 2 |
|||||||||||
|
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, il-perspettivi ta’ l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet rilevanti mhux governattivi, kif ukoll l-Aġenzija ta’ Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Skond il-prinċipju dwar studji tas-sessi, dan ir-rapport għandu, inter alia, jipprovdi stima ta’ l-impatt tal-miżuri meħuda fuq nisa u rġiel. |
2. Ir-rapport tal-Kummissjoni għandu jqis, kif xieraq, il-perspettivi ta’ l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet rilevanti mhux governattivi, kif ukoll l-Aġenzija ta’ Drittijiet Fundamentali ta’ l-Unjoni Ewropea. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni tal-prattiki kurrenti fl-Istati Membri fir-rigward tal-Artikolu 2(7), rigward l-użu tal-età jew tad-diżabilità bħala fattur fil-kalkolu tal-primjums u tal-benefiċċji. Skond il-prinċipju dwar studji tas-sessi, dan ir-rapport għandu, inter alia, jipprovdi stima ta’ l-impatt tal-miżuri meħuda fuq nisa u rġiel. Ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dwar id-diskriminazzjoni multipla, li tkopri mhux biss id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' reliġjon jew ta' twemmin, orjentazzjoni sesswali, età u diżabilità, iżda wkoll id-diskriminazzjoni għal raġunijiet ta' sess, razza u oriġini etnika. Fid-dawl ta’ l-informazzjoni li waslet, dan ir-rapport għandu jinkludi, jekk neċessarju, proposti għar-reviżjoni u emenda ta’ din id-Direttiva. |
||||||||||
(1) ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114.
(2) ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.