27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 137/65


Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
Kodiċi tal-Komunità dwar il-Viżi ***I

P6_TA(2009)0208

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-2 ta' April 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ Kodiċi tal-Komunità dwar il-Viżi (COM(2006)0403 – C6-0254/2006 – 2006/0142(COD))

2010/C 137 E/19

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2006)0403),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 62 (2) (a) u (b) (ii) tat-Trattat KE, skond liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0254/2006),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li ikkunsidra r-rapport ta' Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A6-0161/2008),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


Il-Ħamis, 2 ta’ April 2009
P6_TC11-COD(2006)0142

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-2 ta' April 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi tal-Viża)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009.)