|
6.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 117/235 |
L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
L-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru ***I
P6_TA(2009)0170
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam tal-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2006/23/KE (COM(2008)0390 – C6-0251/2008 – 2008/0128(COD))
2010/C 117 E/45
(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0390),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2), u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0251/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0515/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sustanzjali jew tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0128
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta’ Marzu 2009 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 216/2008 fil-qasam ta’ l-ajrudromi, il-ġestjoni tat-traffiku ta’ l-ajru u s-servizzi tan-navigazzjoni ta’ l-ajru u li jħassar id-Direttiva 2006/23/KE
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ….)