6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/234


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni ***I

P6_TA(2009)0169

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta’ Marzu 2009 dwar il-proposta għal regolament (KE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni (COM(2008)0388 – C6-0250/2008 – 2008/0127(COD))

2010/C 117 E/44

(Proċedura ta’ kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0388),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 80(2) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0250/2008),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A6-0002/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b’mod sostanzjali jew tibdilha b’test ieħor;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0127

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 549/2004, (KE) Nru 550/2004, (KE) Nru 551/2004 u (KE) Nru 552/2004 biex itejjeb il-prestazzjoni u s-sostenibbiltà tas-sistema Ewropea ta’ l-avjazzjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, r-Regolament (KE) Nru ….)