6.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 117/233


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
Garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment ***I

P6_TA(2009)0168

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità (COM(2008)0910 – C6-0025/2009 – 2008/0268(COD))

2010/C 117 E/43

(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0910),

wara li kkunsidra l-Artikolu 251 u l-Artikoli 179 u 181(a) tat-Trattat KE, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0025/2009),

wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A6-0109/2009),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.


L-Erbgħa, 25 ta’ Marzu 2009
P6_TC1-COD(2008)0268

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fil-25 ta' Marzu 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tad-Deċiżjoni Nru …2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-għotja ta’ garanzija Komunitarja lill-Bank Ewropew tal-Investiment kontra telf minn self u garanziji għal self għall-proġetti barra mill-Komunità

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġislattiv finali, d-Deċiżjoni Nru 633/2009/KE)