|
6.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 117/218 |
It-Tlieta, 24 ta’ Marzu 2009
Ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) *
P6_TA(2009)0147
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti komponenti u karatteristiċi ta’ tratturi bir-roti għall-agrikoltura jew għall-foresterija (verżjoni kodifikata) (COM(2008)0690 – C6-0414/2008 – 2008/0213(COD))
2010/C 117 E/36
(Proċedura ta' kodeċiżjoni – kodifikazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0690),
wara li kkunsidra l-Artikoli 251(2) u 95 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0414/2008),
wara li kkunsidra l-Ftehima Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 dwar metodu ta' ħidma aċċellerat tal-kodifikazzjoni uffiċjali tat-testi leġiżlattivi (1),
wara li kkunsidra l-Artikoli 80 u 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-0130/2009),
|
A. |
billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta kkonċernata tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tat-testi eżistenti, mingħajr tibdil sostanzjali, |
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni; |
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |