1.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 87/188


It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Armenja: servizzi tal-ajru *

P6_TA(2009)0082

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (COM(2007)0729 – C6-0519/2008 – 2007/0251(CNS))

2010/C 87 E/41

(Proċedura ta' konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2007)0729),

wara li kkunsidra l-Artikoli 80(2) u 300(2), l-ewwel subparagrafu, l-ewwel sentenza, tat-Trattat KE,

wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat KE, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0519/2008),

wara li kkunsidra l-Artikoli 51, 83(7) u 43(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A6-0049/2009),

1.

Japprova l-konklużjoni tal-ftehima;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u l-Kummissjoni, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lir-Repubblika tal-Armenja.