21.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 285/124 |
It-Tlieta, 24 ta’ Novembru 2009
Ftehim bejn il-KE u d-Danimarka dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (emenda tad-Deċiżjoni 2006/325/KE) *
P7_TA(2009)0078
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Novembru 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 2006/325/KE biex tipprevedi proċedura għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 5(2) tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (COM(2009)0101 – C6-0109/2009 – 2009/0034(CNS))
2010/C 285 E/27
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2009)0101),
wara li kkunsidra l-Artikoli 61(c) u 300(2), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE,
wara li kkunsidra l-Artikolu 300(3), l-ewwel subparagrafu tat-Trattat KE, skont liema Trattat il-Kunsill ikkonsulta l-Parlament (C6-0109/2009),
wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A7-0056/2009),
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni; |
2. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
3. |
Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sostanzjali; |
4. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |