|
25.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 76/108 |
Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
Statistika tal-ħsad ***I
P6_TA(2009)0070
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-ħsad (COM(2008)0210 – C6-0179/2008 – 2008/0079(COD))
2010/C 76 E/22
(Proċedura ta' kodeċiżjoni: l-ewwel qari)
Il-Parlament Ewropew,
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2008)0210),
wara li kkunsidra l-Artikolu 251(2) u l-Artikolu 285(1) tat-Trattat KE, skond liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C6-0179/2008),
wara li kkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar l-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0472/2008),
|
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
|
2. |
Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b’test ġdid; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Il-Ħamis, 19 ta’ Frar 2009
P6_TC1-COD(2008)0079
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fid-19 ta' Frar 2009 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (KE) Nru …/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward statistika tal-għelejjel u li tħassar ir-regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 837/90 u (KEE) Nru 959/93
(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament fl-ewwel qari jaqbel ma' l-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (KE) Nru 543/2009.)