18.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 67/152 |
Azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi *
P6_TA(2009)0046
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Frar 2009 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar ir-Regolament (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta' informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi (COM(2008)0431 – C6-0313/2008 – 2008/0131(CNS))
(2010/C 67 E/24)
(Proċedura ta' konsultazzjoni)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2008)0431), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 36 u 37 tat-Trattat KE, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C6-0313/2008), |
— |
wara li ikkunsidra l-Artikolu 51 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A6-0004/2009), |
1. |
Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata; |
2. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex konsegwentement tbiddel il-proposta tagħha, skont l-Artikolu 250(2) tat-Trattat KE; |
3. |
Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament; |
4. |
Jitlob lill-Kunsill sabiex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b'mod sustanzjali; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
Test propost mill-Kummissjoni
Emenda
1. Fin-nuqqas ta' programmi li għandhom jiġu attwati fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), imressqa skond l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru interessat għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
1. Fin-nuqqas ta' programmi li għandhom jiġu attwati fis-suq intern, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(b), imressqa skont l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru interessat, wara li jkun evalwa l-ħtieġa għal dawn il-programmi u l-perspettivi tagħhom f'dak jew dawk l-Istati Membri u wara li jkun ikkonsulta l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali attivi fis-settur ikkonċernat, għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(1), wara evalwazzjoni rigward il-bżonn u rigward jekk ikunx xieraq li jkun hemm- dawk il-programmi fl-Istati Membri kkonċernati, u fuq il-bażi ta' konsultazzjonijiet mal-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali li joperaw fis-settur ikkonċernat, programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
2. Fin-nuqqas ta' programmi li għandhom jiġu attwati f'pajjiżi terzi, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c), imressqa skond l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(2), programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
2. Fin-nuqqas ta' programmi li għandhom jiġu attwati f'pajjiżi terzi, għal waħda jew aktar mill-azzjonijiet ta' informazzjoni msemmija fl-Artikolu 2(1)(a), (b) u (c), imressqa skont l-Artikolu 6(1), kull Stat Membru interessat, wara li jkun evalwa l-ħtieġa għal dawn il-programmi u l-perspettivi tagħhom f'dak jew dawk l-Istati Membri u wara li jkun ikkonsulta l-assoċjazzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet professjonali attivi fis-settur ikkonċernat, għandu jħejji, abbażi tal-linji gwida msemmija fl-Artikolu 5(2), wara evalwazzjoni rigward il-bżonn u rigward jekk ikunx xieraq li jkun hemm dawk il-programmi fl-Istati Membri kkonċernati, u fuq il-bażi ta' konsultazzjonijiet mal-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet kummerċjali li joperaw fis-settur ikkonċernat, programm u l-ispeċifikazzjoni tiegħu, u jagħżel permezz ta' sejħa pubblika għall-offerti l-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun qiegħed jimpenja ruħu għall-kofinanzjament tiegħu.
Il-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun eventwalment intagħżel mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i) jista' jkun organizzazzjoni internazzjonali, speċjalment meta l-programm ikollu x'jaqsam mal-promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa jew dak taż-żebbuġ ta' l-ikel f'pajjiżi terzi.
Il-korp inkarigat mit-twettiq tal-programm li jkun eventwalment intagħżel mill-Istat(i) Membru/i konċernat(i) jista' jkun organizzazzjoni internazzjonali, speċjalment meta l-programm ikun dwar il-promozzjoni tas-settur taż-żejt taż-żebbuġa jew dak taż-żebbuġ ta' l-ikel, jew tal-inbejjed b'indikazzjoni ta' oriġini protetta u b'indikazzjoni ġeografika protetta f'pajjiżi terzi.
(c) |
il-valutazzjoni tal- valur għall-flus tal-programm; |
(c) |
il-valutazzjoni tal-effikaċja meta mqabbla mal-ispejjeż mal- tal-programm; |
Artikolu 1a
L-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 3/2008 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“2. Is-sehem finanzjarju tal-Komunità fil-programmi magħżula msemmija fl-Artikoli 8 u 9 ma għandux jeċċedi s-60% tal-ispiża reali tal-programmi. Fil-każ ta' programmi ta' informazzjoni u promozzjoni ta' tul ta' sentejn jew tliet snin, is-sehem għal kull sena ta' twettiq ma għandux jaqbeż dan il-livell massimu.
Il-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu hija ta' 70% għall-azzjonijiet ta' promozzjoni tal-frott u l-ħaxix maħsuba speċifikament għat-tfal fl-iskejjel tal- Komunita'.”